Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343
15 Aħbarijiet Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 | illum minn 65 sena jinsabu f 'riskju ta' faqar pensjonanti Maltin. Cilia tkellem magħna li l-ideat ġieli jkunu ta' suċċess bħal każ ta' sena ilu meta l-għaqda proponiet li jinfetħu bonds għall-anzjani. Din l-organizzazzjoni mhix governattiva, tirrappreżenta wkoll lir-romol u l-anzjani f 'Malta. Membri attivi f 'din l-għaqda jammontaw għal 1,300 li jagħmlu lil din l-għaqda tal-pensjonanti waħda mill-akbar f 'Malta. Membri li jissieħbu f 'din l-għaqda għal ftit ewro fis-sena, huma intitolati għall-benefiċċji fosthom termini tal-assigurazzjoni favur l-anzjani membri meta jivjaġġaw barra mill-pajjiż. Cilia tkellem magħna kif dan il-ftehim hu importanti ħafna hekk kif l-anzjani partikolarment dawk ta' aktar minn 75 sena jsibu diffikultajiet sabiex jassiguraw lilhom infushom biex ikunu jistgħu jivvjaġġaw b'aktar serħan il-moħħ. Dawk membri f 'din l-għaqda jirċievu wkoll rivista kull erba' xhur bl-isem "Il- Pensjonant" b'informazzjoni interessanti għall-anzjani. Hekk kif kulma jmur qed jindika li l-anzjani dejjem qed jgħixu ħajja itwal, il-president ta' din l-għaqda jgħidilna li dan ifisser progress soċjali u ekonomiku. Mill-banda l-oħra dan il- fattur jista' joħloq xi problemi minħabba li l-anzjani huma fost dawk l-aktar vulnerabbli. B'hekk din l-għaqda tgħin sabiex taċċerta sigurtà fid- dħul tal-anzjani, telimina diskriminazzjoni tal-età li persuni jsibu ruħhom fihom fuq il-post tax- xogħol, komunità u fuq livell soċjali. Din l-għaqda wkoll tippromovi ħajja aktar attiva għall-anzjani b'għajnuna tal- awtoritajiet u taċċerta sistema ta' kura tas-saħħa aktar effettiva. Cilia żied jgħidilna li kull sentejn jipparteċipaw f 'laqgħat ġewwa Brussell mal-kumplament tal-Ewropa fejn jiġu diskussi żviluppi ġodda u ideat li jagħmlu ħajjet il-pensjonanti aktar faċli. "Inġustizzja kbira fuq min mexa mal-liġi u ħallas il- kontribuzzjonijiet kollha li jikkwalifikawh għal pensjoni taż-żewġ terzi" Ir-rapport tal-'Pension Adequacy' tal-2018 f 'paġna 173 jgħid "Effectively, the common perception is that in contemporary Malta one cannot survive on a pension. Paradoxically those at the bottom, who receive the lowest pensions generally through the non- contributory system, have improved, some substantially, but the reverse is that of middle-salaried persons who rely on the so-called two-thirds pension, which is capped." Dan ifisser li dawk li ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha matul ħajjithom u qed jirċievu pensjoni taż- żewġ terzi jew kif magħrufa aħjar, pensjoni kontributorja qegħdin f 'sitwazzjoni agħar minn dawk li ma ħallsux il- kontribuzzjonijet minħabba li l-pensjoni tagħhom ġiet ikkapjata, jiġifieri ma tistax tiżdied. Mill-banda l-oħra dawk li ma ħallsux il-kontribuzzjonijiet matul ħajjithom u qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja, qegħdin jingħataw żidiet kull sena. Louis Cilia jisħaq mal- ILLUM li din hi inġustizzja kbira. "Sar ħafna titjieb u ġid" Meta din il-gazzetta staqsiet lill-President tal-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti dwar x'differenza ra matul is-snin fil-mod ta' kif qegħdin jgħixu l-pensjonanti, it-tweġiba tiegħu kienet waħda pożittiva. Louis Cilia qalilna "ma nistax nikkompara l-pensjonanti tal-lum ma' dawk tal-1970, id-differenzi huma enormi." Cilia kompla jżid li sar ħafna titjieb u ġid u kulħadd xi ftit jew wisq qed jgħix aħjar minn missirijietna. Il- president jgħidilna li kontra l-imgħoddi, il-liġijiet tas- sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali qed joħolqu sigurtà biex ħadd ma jkun imwarrab u mitluq. Is-servizzi ta' assistenza, il-mediċina u l-isptarijiet fost servizzi oħra offruti, kollha qegħdin jagħmlu l-ħajja tal-anzjani ħafna aħjar minn ta' snin ilu, kompla jgħidilna Cilia. L-Għaqda Nazzjonali tal- Pensjonanti bi proposti għall-baġit tal-2019 Fi stqarrija li ħarġu għall-istampa u x-xandir, l-għaqda tal-pensjonanti pproponiet disa' proposti għall-baġit li jmiss. Fost il-proposti mniżżla hemm, li bħala għaqda jixtiequ li l-pensjoni tibda tkun ikkalkulata skont id-daqs tal-familja wkoll. Proposta oħra hi li tiżdied il-pensjoni tas-servizz kull sena sabiex tieqaf id-diskriminazzjoni bejn eks ħaddiema fis- servizz. L-għaqda tisħaq li "kulħadd għandu jiġi trattat l-istess mill-awtoritajiet responsabbli." It-tielet proposta tkun li r-rati tal- pensjonijiet ikunu relatati mal-kontribuzzjonijiet li jkunu tħallsu fis-snin ta' ħidma. Dan hekk kif l-għaqda tgħid li persuni assigurati li jħallsu l-kontribuzzjonijet skont id-dħul tagħhom qed jieħdu l-istess rati ta' pensjoni, daqs dawk li jkunu ħallsu l-kontribuzzjonijiet kollha. L-għaqda tkompli tisħaq fl-istqarrija li "għandha ssir ġustizzja għal min ikontribwixxa iktar." Ir-raba' proposta hi li l-bonds tal- Gvern li huma speċifikament għall-anzjani, għandhom ikunu b'imgħaxxijiet mhux taxxabbli. Proposti oħra mniżżla f 'din l-istqarrija huma li t-trasport pubbliku għall-anzjani għandu jkun bla ħlas u li anzjani rikoverati f 'istituzzjonijiet tal-Gvern għandhom jingħataw l-istess inċezzjonijet ta' taxxa daqs dawk f 'istituzzjonijet privati. L-aħħar proposta msemmija fl-istqarrija tkun li "l-anzjani ma jkomplux jiġu diskriminati bħala ċittadini tat-tieni klassi." F'din il-proposta, l-għaqda tkompli żżid li l-ġid li qed jiġi ġġenerat bl-ekonomija għandu jinqasam sabiex ma jkomplix jikber id-distakk bejn dawk li qed jgħixu ħajja komda u bejn dawk inqas ixxurtjati. those at the bottom, who nikkompara l-pensjonanti responsabbli." It-tielet bejn dawk li qed jgħixu ħajja Proposta oħra hi li tiżdied il-pensjoni tas-servizz kull sena sabiex tieqaf id-diskriminazzjoni bejn eks ħaddiema fis-servizz. L-għaqda tisħaq li "kulħadd għandu jiġi trattat l-istess mill-awtoritajiet responsabbli." Louis Cilia