Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 17 Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 | illum I l-ġrajja tat-tarbija ċkejkna tat-twelid li tħalliet fid- dħul ta' blokk ta' appartamenti fi Triq il-Pijunieri, Buġibba misset il-qalb tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Wara ġurnata fejn konna qed nisimgħu fuq il-monument u mhux monument tal-Assedju l-Kbir, ġriet l-aħbar li nstabet tarbija ċkejkna tat-twelid, abbandunata fid-dħul ta' blokk ta' appartamenti. Minnufih infetħet inkjesta Maġisterjali, kif xieraq, u l-Maġistrat Joseph Mifsud bħalma hu magħruf li jagħmel f 'kull każ li jiġi quddiemu, mexxa bla telf ta' żmien biex issir l-investigazzjoni meħtieġa. Ġie rapportat ukoll fil-mezzi tax-xandir li l-Maġistrat Mifsud ta direzzjoni li t-tifel – li sa dak il-ħin kien bla isem - jissemma Cristiano. Peress li naf li l-Maġistrat Mifsud iżomm mal-Juventus, daħalli suspett ċkejken li din l-għażla kienet motivata mit-trasferiment favur il-bianconeri tal- ġenju kalċistiku Ronaldo. Hu x'inhu nixtieq nirringrazzja lill-forzi tal-ordni li minnufih u bla dewmien daħlu fil-każ u l-investigazzjoni miexja ġmielha. It-tarbija tinsab, skont kif irrapportat, qawwija u sħiħa u hawn jixraq ringrazzjament ieħor għall- ħaddiema tal-isptarijiet tagħna li tant jagħmlu xogħolhom b'dedikazzjoni. M'għandix dubju wkoll li l-ħaddiema soċjali tagħna – li verament ħaqqhom kull prosit tal-ħidma tagħhom – se jieħdu ħsieb l-interessi ta' Cristiano tagħna bl-aħjar mod. Minnufih tqajmet reazzjoni fuq il-media soċjali u r-reazzjonijiet kienu pjuttost imħallta. Biss ikolli ngħid, ir-reazzjoni prevalenti fost il-pubbliku kienet biex wieħed jagħti għajnuna lil din il-mara, lil din l-omm li għal raġuni inspjegabbli ddeċidiet li twettaq dak li wettqet. Jien ili naħdem biżżejjed fost in-nies u fost il-familji – kemm bħala avukat u kemm bħala deputat u Ministru – biex nifhem id-diffikultajiet li tkun għaddejja minnhom persuna u li kultant jittieħdu deċiżjonijiet li f 'ċirkostanzi oħra tħoss li kellhom jittieħdu differenti. Għoġobni ħafna l-kumment ta' min qal li flok niġġudikaw, ikun aħjar jekk ngħinu. Ovvjament ma rridx nidħol f 'merti legalistiċi ta' responsabbilità f 'għajnejn il-liġi. Kemm għaliex il-liġi lili ma tħallinix nitkellem dwar pendenzi legali u kemm għaliex fil-fehma tiegħi din hi ħaġa iktar importanti minn hekk. Il-prinċipji tal-ħniena, tal-għajnuna u tal-appoġġ fil-fehma tiegħi għandhom jiggwidawna f 'dan il-każ delikat immens. L-omm ta' din it-tarbija ma nafx min hi u sal- ħin li qed nikteb dan l-artiklu, għadhom qed isiru l-investigazzjonijiet opportuni. Biss lil din l-omm ngħidilha biex tagħmel kuraġġ, tfittex l-għajnuna u titkellem ma' min jista' jismagħha u jgħinha. Ngħid għalija, il-bieb tal-uffiċċju tiegħi u persważ ta' sħabi kollha fil-Gvern miftuħ beraħ biex ngħinu soċjalment. Francis Ebejer Din il-ġimgħa kkommemorajna l-25 sena mit-telfa ta' Francis Ebejer. Qisu lbieraħ u diġà għaddew 25 sena! Bla dubju ta' xejn dan huwa d-drammaturgu per eċċellenza ta' pajjiżna. Id- drammi – u anke kotba tiegħu – huma uniċi. Il- mod ta' kif bil-kitbiet tiegħu kien jidħol fl-imħuħ ta' dak li "jagħmilna Maltin" u janalizzahom u anke jisfida l-miti kien uniku. Xogħlijiet bħal Il-Ħadd fuq il-Bejt u l-Imnarja Żmien il-Qtil jibqgħu jitqiesu fost l-aqwa li qatt inkitbu bil-lingwa Maltija. B'omaġġ ta' dan il- personaġġ ħejjejna diversi attivitajiet u avvenimenti, fosthom id-dramm "Boulevard" (u llejla hemm l-aħħar rappreżentazzjoni) fit-Teatru Manoel. Din hija produzzjoni bejn żewġt itfal tal-Ministeru tagħna bl-għajnuna tat-tielet wild – ċioè t-Teatru Manoel, Teatru Malta u Żfin Malta. Nemmen li Teatru Malta qed jagħmel ħafna biex imexxi 'l quddiem it-teatru kemm bil-lingwa Maltija u kemm b'lingwi oħrajn. Jien nammira ħafna lil Sean Buhagiar – nemmen fih u dejjem tajtu spazju biex jimrah. Nemmen fih għaliex naqblu fuq prinċipju wieħed kardinali – li t-teatru – u l-arti – għandha tinfirex f 'kemm jista' jkun toroq u kemm jista' jkun djar. Pereżempju, li l-uffiċini ta' Teatru Malta jkunu ġo Teatru f 'komunità - fit- Teatru Pandora taż-Żejtun – hija fiha nnifisha stqarrija b'saħħitha ta' xi jrid jagħmel Teatru Malta. Aħna wegħedna li se ngħinu biex nirrijabilitaw numru ta' teatri f 'pajjiżna, speċjalment dawk f 'komunità. Din hija wegħda elettorali ċara. Mexjin ġmielna fuq dan il-proġett u fil-jiem li ġejjin se nkomplu mexjin 'il quddiem. Nemmen li qed isir ħafna ġid bil-ħidma li qed nagħmlu u nirringrazzja lil kulħadd tal-konsensus nazzjonali li jeżisti favur it-teatru u l-ħidma kulturali fil-kommunitajiet Valletta 2018 Ħafna jsaqsuni x'se jiġri mill-Fondazzjoni Valletta 2018 la tispiċċa s-sena 2018. Ir-risposta hi sempliċi – kif wegħedna, din se titrasforma ruħha f 'Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta u dan għal żewġ raġunijiet. L-ewwel raġuni hija sabiex il-legat li jkun ħalla Valletta 2018 f 'diversi attivitajiet ma jispiċċax fix-xejn imma jkompli. It-tieni raġuni hija sabiex il-ħafna għarfien u esperjenza tremenda li kisbu l-ħaddiema ta' Valletta 2018 jissokta fis-settur kulturali b'ħidma ffukata fuq il-Belt Valletta. Jien għalija din hija opportunità stupenda biex waqt li l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta tiffoka fuq il-Belt Valletta, il-Kunsill Malti għall-Arti jkun jista' jiffoka iktar fuq il-bqija tal-pajjiż – fuq il- kommunitajiet, fuq l-irħula u l-bliet l-oħra tagħna. Sintendi festivals li ilhom jittellgħu mill-Kunsill Malti għall-Arti fil-Belt Valletta ġenerazzjonijiet sħaħ - bħall–Karnival jew il-Festival tal-Arti biex insemmu tnejn biss – jridu jkomplu jittellgħu mill- Kunsill fil-Belt Valletta. Biss, il-prinċipju jibqa' li din tagħti opportunità stupenda biex il-Kunsill jimrah iktar fl-irħula u fid-djar ta' kull wieħed u waħda minna. L-Assedju l-Kbir Din is-sena erġajna fakkarna l-Jum Nazzjonali tal-Vitorja meta missirijietna rebħu fuq l-għadu f 'diversi epoki storiċi. Laqatni ħafna d-diskors tal-Professur Raymond Mangion fiċ-ċerimonja li għamilna biswit il- monument tal-Assedju l-Kbir. Kien diskors mirqum, intelliġenti u ħareġ mill-qalb. Ikkritika fejn kellu jikkritika, u faħħar fejn kellu jfaħħar. Qbilt miegħu ħafna fuq il-punt li bħala Maltin ma għandna qatt nagħmlu ħsara lil pajjiżna mal- barranin. Dak għalija prinċipju kardinali u ħadt gost nisimgħu ħiereġ minn fomm dan il-Professur bravu li kapaċi jesprimi ruħu bil-lingwa tagħna ferm iktar minn kemm kapaċi nesprimu rwieħna aħna lkoll. Opinjoni OWEN BONNICI Cristiano

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018