Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 | illum SPORTSillum Ritratti - Valletta FC Futsal Minn Cristian Antony Muscat GĦAT-TIENI sena konsekuttiva, il-bandiera Maltija se tibqa' tidher fil-Main Round tal-UEFA Futsal Champions League u din id-darba bis-saħħa ta' Valletta FC Futsal. Il-Beltin wara li rebħu l-ewwel żewġ logħbiet tar- rawnd preliminari, rebħu wkoll l-aħħar u l-iktar logħba deċiżiva kontra t-tim ospitant ta' Veles tal- Maċedonja. Veles irnexxielhom jiftħu l-iskor wara tmien minuti u nofs logħob permezz ta' Igor Stojkovski. Madanakollu l-Beltin immedjatament dawru l-iskor, b'doppjetta fis-16 u fis-17-il minuta, permezz tal- Kolumbjan Camilo Gomez. B'hekk il-Beltin daħlu għall- mistrieħ 2-1 minn fuq. Valletta ħarġu ferm determinati fit-tieni taqsima u skurjaw żewġ gowls fl- ewwel żewġ minuti, permezz tal-Ispanjol Yerai Hernandez Gutierrez u l-Ġorġjan Murtaz Kakabadze. Minkejja li Veles naqqsu d-distakk fil-25 minuta permezz ta' Zoran Leveski, ftit wara t-Taljan Denis Di Maio għamel l-iskor parzjali għal 5-2. Ftit tas-sekondi wara Darko Rangotov skurja t-tielet gowl għal Veles. Ħames minuti mit-tmiem, Zoran Leveski għaqqad doppjetta personali biex niżżel id-distakk għal 5-4. Kien hawn li Veles ħadu r-riskju, tefgħu kollox fuq l-attakk u bdew jilagħbu bil-flying keeper. Min-naħa l-oħra Valletta ħadu vantaġġ mis- sitwazzjoni u Camilo Gomez għaqqad it-tripletta personali u għamilhom 6-4. L-aħħar parti tal-logħba kompliet tkun eċitanti u drammatika, hekk kif Aleksander Gligorov skorja mill-ewwel min-nofs il- grawnd u qawwa t-tamiet tat-tim ospitant. Kellu jkun il- goalkeeper Belti Tornike Bukja li qabad ballun u skorja minn lasta għall-oħra biex għamel l-iskor 7-5. Fl-aħħar għaxar sekondi, Yerai Hernandez Gutierrez ukoll kellu doppjetta personali u ssiġilla r-rebħa li kienet tfisser kwalifikazzjoni meritata għal Valletta FC Futsal. Intant, fl-ewwel partita, il- Beltin ħadu l-ewwel tliet punti meta għelbu liċ-champions Estonjani ta' Cosmos bl-iskor ta' 4-2. Wara biss tliet minuti l-plejer internazzjonali mill-Ġorġja Murtaz Kakabadze skurja l-ewwel gowl Belti. Fit-12-il minuta l-Ġorġjan l-ieħor Gia Nikvashvili qassam lejn il-Kolumbjan Camilo Gomez u dan tal-aħħar għamilhom 2-0. Għaldaqstant Cosmos naqsu l-marġni tal-iskor, meta żewġ u minuti u nofs qabel tmiem l-ewwel taqsima, Stepan Tsemoussov ikkonkluda fix- xibka. Il-Beltin ġew maħsuda fil- ftuħ tat-tieni taqsima, hekk kif biss wara seba' sekondi Cosmos għamlu l-iskor indaqs (2-2) permezz ta' Erik Grigorjev. Fit-33 minuta Valletta mill- ġdid fil-vantaġġ, b'xutt b'saħħtu mix-xellug tal-Ispanjol Yerai Hernandez Gutierrez. Cosmos ippruvaw iwettqu reazzjoni għal dan il-gowl billi daħħlu l-flying keeper f 'dawn l-aħħar minuti. Kien hawn li l-Beltin approffittaw mill-ispazji fid- difiża u ssiġġilaw l-ewwel rebħa fl-aħħar minuta permezz tas- Serb Ninislav Aleksic. Dan sabiex fit-tieni partita, Valletta FC Futsal, għelbu lit- tim Irlandiż ta' Futsamba Naas bl-iskor kbir ta' 5-0. Valletta għal darb'oħra marru kmieni fil-vantaġġ, preċiżament fit-tielet minuta u reġa' kien Murtaz Kakabadze b'xutt mid-distanza. Ħames minuti wara kien it-Taljan Denis Di Maio li rdoppja l-iskor u minuta biss wara Ninoslav Aleksic għamilhom 3-0. Fit-tieni taqsima l-Beltin komplew iżidu aktar gowls, b'kontrattakk ta' Camillo Gomez fis-27 minuta. Fit-38 minuta Aleksic b'xutt fil-baxx issiġilla doppjetta personali u għamel l-iskor finali 5-0 għall- Beltin. Biex ikollha stampa aħjar ta' dan kollu, l-ILLUM tkellmet mal-kowċ ferm bravu u ħabrieki ta' Valletta FC Futsal, Xavier Saliba, li tana dawn il- kummenti esklussivi: "Hekk kif spiċċa l-kampjonat domestiku f 'Marzu li għadda, qisu ħmistax wara fil-bidu t'April bdejna naħsbu biex nibnu tim kompetittiv biex nippruvaw ngħaddu r-rawnd preliminari. Meta telgħu l-poloz u rajna t-timijiet li ġejna magħhom bdejt infittex fuqhom u rnexxieli nġib xi logħob biex inkun nista' nistudjahom sew. Konna nafu wkoll li l-aħħar logħba kienet ħa tkun l- itqal waħda u setgħet tkun l-eventwali finali kif fil- fatt ġara. L-ewwel impenn kien kontra tim milll-Estonja, FC Cosmos Tallinn, liema logħba rbaħnieha 4-2. Kellna bidu tajjeb ħafna fejn bnejna vantaġġ tajjeb ta 2-0 biex imbagħad ġejna rimontati għal 2-2 sal- bidu tat-tieni taqsima. Kif ġara dan, il-plejers taw kollox biex din il-logħba tintrebaħ u ħarġet il-qalb flimkien mal-klassi biex b'hekk ġibna riżultat mixtieq u tliet punti mistħoqqa. It-tieni mpenn kien kontra tim mill-Irlanda, Futsamba Naas FC, liema logħba ntrebħet minna bl-iskor kbir ta' 5-0. Kienet logħba li kkontrollajna mill-bidu sal-aħħar u rbaħna b'mod faċli u kif ukoll kienet logħba li fiha lagħbu l-14-il plejer imniżżel fil-line-up biex b'hekk ħa ċ-ċans tiegħu kulħadd. It-tielet impenn kien dak finali kontra t-tim mill- Maċedonja, KMF Veles, u lgħabna ġol-Maċedonja stess. Għal dan il-konfront wasalna t-tieni b'sitt punti imma huma b''goal difference' aħjar minn tagħna li jfisser li huma kellhom żewġ riżultati minn tlieta possibli, favurihom. Ħdimna ħafna fuq kif ħa nillimitaw id-danni peressli kien tim li ilu jilgħab flimkien u għandhom movimenti tajbin, biss però aħna bħala plejers individwali konna aħjar minnhom. Jien dejjem sħaqt li rridu nemmnu li li ħa ngħaddu għax aħna konna l-aqwa tim fil-grupp. Il-logħba kienet waħda bilanċjata u ġejna wkoll minn 1-0 minn taħt biex imbagħad għamilna reazzjoni kbira fejn ġejna 4-1 minn fuq. Huma bdew jaddottaw il-logħba tal-flying goalkeeper fejn irnexxielhom jiġu 5-4 favurina u daħlu fil-logħba sew, però l-qawwa u l-għatx tagħna rebaħ fuq kollox biex spiċċajna rbaħna l-logħba 8-5 u għaddejna għall-fażi prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League. Ktibna l-istorja tal- klabb ta' Valletta Futsal, kif ukoll ta' pajjiżna u anke tiegħi personali fejn jien sirt l-ewwel kowċ Malti li qatt irnexxielu jgħaddi mill-gruppi. Ta' min jgħid ukoll li rbaħt il-Kampjonat u għaddejt ir-rawnd mal-ewwel darba li kont il-kowċ tat-tim - xi ħaġa li ttini aktar saħħa biex inkompli naħdem. Issa rridu ndawru ħarsitna fuq is-Super Cup, li ħa nilgħabu fl-14 ta' Settembru kontra l-UOM biex wara fit-2 ta' Ottubru, immorru għall-main round tal-UEFA Futsal Champions League fis- Slovakkia. Nixtieq nagħlaq billi nirringrazzja lil kull min ħadem ħafna għal dan it- tragward - plejers, kumitat, staff tekniku, lil kull min dejjem emmen fija u lill-familja tiegħi- lil ommi u t-tfajla Donna għall-ħin li nqatta' 'l bogħod minnhom biex inkun nista' nagħmel dan ix-'xogħol'. Nixtieq ukoll niddedika dan is-suċċess lill-għeżież ħija u lil missieri li m'għadhomx magħna imma naf li jitolbu għalija biex nikseb aktar suċċess!" It-tim ta' Valletta FC Futsal li kiteb l-istorja b'ittri tad-deheb fil-Maċedonja 'Ktibna l-istorja ta' Valletta FC Futsal, ta' pajjiżna u anke tiegħi personali' - Xavier Saliba Xavier Saliba jmexxi lill-plejers tiegħu fil-Maċedonja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018