Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 KULL sena, madwar 30 persuna li jkunu sfaw vittmi ta' stupru qed ifittxu l-għajnuna ta' Victim Support Malta, organizzazzjoni volontarja li toffri appoġġ emozzjonali u anke informazzjoni legali lill-vittmi ta' kull reat kriminali. Mal-gazzetta ILLUM, id- Direttur tal-organizzazzjoni volontarja, Krista Tabone, spjegat kif 30 każ fis-sena diġà huwa ammont kbir għal pajjiż żgħir bħal Malta u dan meta wieħed jikkunsidra li jkun hemm vittmi oħra ta' stupru li jfittxu l-għajnuna bnadi oħra. Apparti dawn, Tabone saħqet li hemm vittmi oħra li jkunu sfaw abbużati sesswalment minn membri tal-familja u għalhekk isibuha diffiċli li jitkellmu jew inkella, il-każ tagħhom, ikun ikkunsidrat biss bħala 'vjolenza domestika.' Kompliet tispjega li fil- maġġoranza tal-każi li tiltaqa' magħhom Victim Support Malta, il-vittmi jkunu tfajliet li għandhom bejn it-18 u t-30 sena, għalkemm minn kemm ilha topera, għenet ukoll erbat irġiel li sfaw vittmi ta' stupru. Minkejja li l-għadd tal- vittmi rġiel huwa wieħed żgħir, meta kkumparat ma' dak tan-nisa, Tabone temmen li fil-verità hemm aktar każijiet li jibqgħu mistura, forsi anke għax għal raġel huwa aktar diffiċli li jfittex l-għajnuna. 'Ħafna jqumu filgħodu f 'appartament li ma jafux' Ma setax jonqos li Krista Tabone tappella lit- tfajliet biex meta joħorġu ma' sħabhom u jordnaw x'jixorbu, jassiguraw li t-tazza tgħaddi minn idejn tal-'bar' dritt għal għandhom u kemm jista' jkun iżommuha f 'idejhom u ma jitilquhiex minn taħt għajnejhom. Spjegat li l-maġġoranza tat-tfajliet li sfaw stuprati u li fittxew l-għajnuna tagħhom, għal xi raġuni jew oħra 'intilfu minn sensihom' waqt li kienu f 'xi 'club' jew 'party'. "Ħafna jqumu f 'appartament li ma jafux u jispiċċaw ma jistgħux isibu l-ħwejjeġ," qalet Tabone. "Oħrajn jistenbħu f 'postijiet oħra u jindunaw li qegħdin fil-periklu." Staqsejna lil Tabone jekk kellhomx każijiet fejn vittma ngħatat sustanza bla ma taf u minħabba fiha spiċċat mitlufa minn sensiha u stuprata. Minkejja li jkun hemm każijiet simili, spjegat li mhux dejjem ikun faċli li jiġi identifikat jekk vittma kinitx taħt l-effett ta' sustanza jew le. "Id-drogi hemm barra dejjem jinbidlu. Meta sustanza tindera jew jibdew isiru tfittxijiet għaliha, tinbidel u tibda tintuża oħra," kompliet Tabone. Minħabba li t-testijiet li jsiru jkunu qed ifittxu għal sustanza partikolari, ir-riżultat ġieli jkun fin- negattiv, iżda jista' jagħti l-każ li l-vittma tkun ingħatat sustanza ġdida u li dwarha ma jkunx sar test. 'L-appoġġ tal-familja huwa importanti…iżda mhux dejjem garantit' Mistoqsija x'effett iħalli stupru fuq saħħet il-vittmi, Tabone spjegat li ħafna mit- tfajliet jesperjenzaw trawma u xokk kbir li jistgħu jħallu effett negattiv fuq aspetti oħra tal-ħajja tal-vittma. "Ikun hemm tfajliet li jagħtu tort lilhom infushom għal dak li ġara," saħqet Krista. "Aħna nippruvaw nispjegawlhom li huma ma għandhomx tort. Dak hu l-ewwel pass." Minn hemm, wara li l-vittmi jkunu fittxew għajnuna medika, Victim Support Malta toffri servizzi ta' appoġġ emozzjonali, iżda anke pariri legali, għax fi kliem Tabone, ftit huma dawk li jafu x'inhuma d-drittijiet tagħhom bil- liġi u kif taħdem is-sistema legali. Minkejja l-għajnuna kollha li vittma tista' tirċievi mingħand il-voluntiera professjonisti, l-appoġġ ta' dawk madwar il-vittma jibqa' importanti, għalkemm fi kliem Tabone, dan mhux dejjem ikun garantit. "Mhux l-ewwel darba li s-sieħeb ta' min ikun ġie stuprat jispiċċa jiddubita mill-integrità ta' martu, is-sieħba jew l-għarusa tiegħu… Ikun hemm imbagħad familjari li Tliet tfajliet fix-xahar jisfaw stuprati Id-Direttur ta' Victim Support Malta, temmen li l-għadd tal-vittmi huwa akbar… ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio MINISTRY FOR HEALTH PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR EUROPEAN FUNDS AND SOCIAL DIALOGUE PUBLIC HEALTH IS YOUR GUARANTEE. TAKE PART. NATIONAL SURVEY ON THE SOCIAL DETERMINANTS OF HEALTH PROJECT PART-FINANCED BY THE EUROPEAN UNION Krista Tabone Victim Support Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018