Illum previous editions

ILLUM 14 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 | illum x'qed ikun propost għall-Kottonera? Spazji pubbliċi miftuħa Apparti r-restawr u l-ftuħ tal- Cottonera Lines u s-Santa Margerita Lines u anke l-Park Distrettwali identifikat fil-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir tal-2002, l-istrateġija titkellem ukoll dwar il-bżonn ta' riabilitazzjoni taż-żoni bħat-Tarzna fil-Kalkara u anke siti ta' 'dumping' ġewwa u barra l-Cottonera Lines, fost oħrajn. Il-Kunsilli Lokali qed jirrakkomandaw: • Bormla 1. It-tisbiħ ta' Pjazza Santa Margerita biex tinkludi żona ta' rikreazzjoni, kjosk u ċentru kulturali 2. Riabilitazzjoni ta' spazji miftuħa bejn is-swar • Birgu 1. Riabilitazzjoni ta' spazji miftuħa bejn is-swar 2. Pavimentar mill-ġdid ta' Pjazza Vittorja 3. Implimentazzjoni tal-proġett f ''Tal-Glazziz' fi Triq San Dwardu • Isla 1. Manutenzjoni ta' spazji miftuħa fin-'Niżla tal-Ponta' 2. It-tisbiħ tal-Pjazza 4 ta' Settembru u Pjazza Dun Mauro Inguanez 3. Titjib fi Ġnien il-Gardjola • Kalkara 1. Pavimentar mill-ġdid u riorganizzazzjoni ta' Misraħ l-Arċisqof Gonzi 2. titjib tal-Promenade Waterfront u taż-żona tax-Xewkija 3. identifikazzjoni ta' spazji miftuħa ġodda Titjib fl-infastruttura, inkluż tat-trasport u l-parkeġġ L-istrateġija taħseb ukoll għall- infastruttura tat-trasport aħjar bil-għan li jkunu mħeġġa modi ta' trasport aktar favur l-ambjent u li jaqdu aħjar lit-tfal tal-iskola u lill- anzjani, ikun hemm ġestjoni aħjar tas-servizz bħall-ġbir tal-iskart u għall-kunsinna u jiżdied l-aċċess mhux biss tat-trasport pubbliku imma anke dak marittimu billi l-iskedi jkunu mfassla aħjar skont il-bżonnijiet tar-residenti u jiżdiedu faċilitajiet ta' 'park and ride' Ġew identifikat ukoll siti li jistgħu jkunu studjati biex ikun evalwat il-potenzjal tagħhom bħala parkeġġi. Dawn jinkludu Triq il-Kunċizzjoni u l-inħawi ta' Santa Margerita f 'Bormla u anke fil-Fortini. Titjib fit-toroq… • Ikun hemm dawl aħjar; • Isir pavimentar mill-ġdid ta' żoni li għandhom ikunu pedonali; • Jiġu rranġati l-bankini; • Isir kisi mill-ġdid tat-toroq; u • Jitħallew biss wajers ta' użu. Aċċess pubbliku kontinwu mal-kosta kollha… Id-dokument jitkellem dwar il-bżonn ta' ġestjoni operattiva tal-ħwienet tal-ikel u l-attivitajiet tagħhom fuq il-Waterfront, iż- żamma ta' żoni għar-rikreazzjoni informali u anke attivitajiet ta' tbaħħir. Jirrakomanda wkoll il-bini mill- ġdid ta' Triq Sally Port, it-Toqba fil-Birgu saż-żona tax-Xewkija fil-Kalkara, inkluż ir-rikostruzzjoni tal-Klabb tar-Regatta u l-ħolqien ta' 'Sensory Garden.' Jisħaq ukoll dwar il-bżonn ta' • aċċess pubbliku kontinwu mal- kosta mill-Kalkara sal-Isla; • Titjib tal-Faċilitajiet tal-Bajja tar- Rinella; u • Ġestjoni taż-żona tal-Wied tar- Rinella. Aktar kummerċ: Mill- ispazji fuq is-swar sa Smart City L-istrateġija ssemmi siti ewlenin matul il-kosta, li kienu ddentifikati mill-'Cottonera Waterfront Development Brief ' u li għadhom mhux żviluppati. Ħafna minn dawn huma siti kbar u ta' valur storiku u li għandhom bżonn manutenzjoni immedjata. Għalhekk tisħaq dwar il-bżonn li tittieħed azzjoni dwar l-ostakli li qed iżommuhom milli jkunu riabilitati. Tisħaq ukoll dwar il-bżonn ta' eżerċizzju li jirriklama l-Kottonera bħala destinazzjoni b'wirt kulturali mżewwaq, bi tradizzjonijiet lokali, festi u avvenimenti oħra. Promozzjoni ta' snajja' u arti lokali… Spazji fis-swar tal-Kottonera Lines u postijiet storiċi oħra jistgħu jintużaw biex jinħolqu opportunitajiet ta' impjiegi fil- Kottonera, li fost oħrajn ikunu jinkludu attivitajiet bħal snajja' tradizzjonali marbuta direttament mal-Kottonera u li jistgħu jkunu ppratikkati min-nies tal-lokal. Smart City tista' tilgħab irwol ċentrali… Id-dokument isemmi wkoll siti bil-potenzjal li jattiraw investiment fuq skala kbira u fost dawn isemmi lil Smart City, li jidentifikaha bħala "ċentru ta' kummerċ fi ħdan il-Kottonera li għandha l-potenzjal li tassumi rwol ċentrali ekonomiku," u anke bħala "opportunità fil-Kottonera." Tisħaq li investimenti simili jistgħu jwasslu biex jiġu attirati familji żgħażagħ lejn iż-żona u jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol fil-viċin ta' żoni residenzjali. Kif se tkun implimentata l-istrateġija? X'se jsir l-ewwel? Id-dokument qiegħed jirrakomanda li titwaqqaf 'Fondazzjoni Kottonera,' bl-għan prinċipali tagħha jkun li tippjana, torganizza u tmexxi l-fażijiet kollha tal-istrateġija. Fondazzjoni Kottonera għandha tissorvelja l-implimentazzjoni f 'qasir żmien ta' dawn il-proġetti: • Birgu: Ir-rikostruzzjoni ta' Triq Sally Port (It-Toqba tal-Birgu), l-iżvilupp tas-'Sensory Garden,' u l-implimentazzjoni ta' miżuri li jirrispettaw iż-żoni pedonali • Bormla: L-iżvilupp ta' Santa Margerita f 'Bormla biex tinkorpora ġonna, żona ta' logħob, kjosk u ċentru kulturali • Isla: Ir-restawr tas-Sur ta' San Mikiel, inkluż it-Torri tal- Arloġġ, it-titjib tal-Pjazzetta Ġorġ Mitrovich u xogħol ieħor fi Ġnien Gardjola u l-Isla Waterfront • Kalkara: Titjib tal-promenade Kalkara Waterfront minn Triq Marina għax-Xewkija, inkluż Misraħ l-Arċisqof Gonzi. Fatti interessanti li fuqhom kienet imfassla l-istrateġija Popolazzjoni • Fl-erba' lokalitajiet jgħixu 13,400 persuna • 3% biss huma barranin • Il-maġġoranza għandhom bejn l-40 u s-60 sena Faqar • 24.2% tal-familji fil-Kottonera huma mċaħħda materjalment • 12.1% huma severament imċaħħda materjalment • Iżda kien hemm tnaqqis sinifikanti fuq dawk li jiddependu mill-benefiċċji Xogħol • 40% tal-popolazzjoni hija impjegata • 60% hija inattiva (tinkludi wkoll lill-pensjonanti) • L-aktar li għandhom dħul baxx Edukazzjoni • 68,787 student fl- istituzzjonijiet post- sekondarja u terzjarji; 1,060 biss huma mill-Kottonera • 20% tal-istudenti f 'korsijiet vokazzjonali huma mill- Kottonera • Ir-rata tal-litteriżmu fil- Kottonera hija ta' 89% (xorta taħt ir-rata medja nazzjonali) Bini • F'Bormla biss hemm 645 proprjetà mhux abitata • In-numru ta' familji li huma sidien ta' darhom huwa baxx • F'Bormla biss 1,334 familja jikru r-residenza li fiha jgħixu Xi jridu r-residenti? Minn stħarriġ li sar fost 557 resident tal-Kottonera, irriżulta li r-residenti jridu aktar: ċentri ta' billejl, ċentru ta' kura ta' kuljum, ċentri tas-saħħa u djar tal- anzjani. Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu saħqu li jkollhom imorru f 'lokalitajiet oħra għal dawn is- servizzi Ir-residenti kienu l-aktar kritiċi dwar il-faċilitajiet ta' parkeġġ u jixtiequ li jkollhom aktar spazji miftuħa, faċilitajiet sportivi u 'playing fields.'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 October 2018