Illum previous editions

ILLUM 14 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kont għadni żgħir u kont immur nara lil missieri jilgħab il-futbol. Fil- fatt hu kien jilgħab bħala attakkant ma' diversi timijiet mir-reġjun tal-Campania. Jien min-naħa tiegħi kont insegwih ħafna u kont ninnota kif kien jilgħab. F'liema kategorija tal-futbol kont tilgħab fl-Italja? Jien għamilt żmien kont nilgħab maż-żgħażagħ ta' Napoli. Lgħabt ma' Lorenzo Insigne wkoll. Plejers oħra li kont nilgħab magħhom għamlu l-grad u llum il-ġurnata jinsabu ma' diversi timijiet fis-Serie A u B. Madankollu jien lgħabt ħafna drabi ma' timijiet fis-Serie C u Serie D kif ukoll Lega Pro. Kif spiċċajt tilgħab Malta? Kien il-President ta' Floriana Riccardo Gauci li ġabni hawn. Kont qed nilgħab fil-kampjonat tas-Serie D ma' tim minn Sardenja u ċempilli Gauci. Hu qalli li xtaqni niġi nilgħab Malta mat-tim tiegħu. Jien min- naħa tiegħi ma qgħadx naħsibha darbtejn u aċċettajt. Kien ta' unur kbir li nilgħab fl-ogħla kampjonat ta' pajjiż u tajt il-mija fil-mija tiegħi mal-Greens. Int irnexxielek tirbaħ l-aqwa skorer ma' Floriana. X'fisser għalik dan l-unur? Kif għedtlek diġà, ridt nagħti l-aqwa tiegħi bil-flokk aħdar ta' Floriana. Kelli żmien sabiħ ħafna magħhom fejn barra l-aqwa skorer, irbaħt ukoll l-FA Trophy u s-Super Cup. Kelli ċ-ċans ukoll li nilgħab ukoll fil-UEFA EuropaLeague kontra Red Star Belgrade u dawn kienu memorji sbieħ għalija. Issa qiegħed ma' Valletta. Meta ser tilagħbu ma' Floriana x'emozzjonijiet ser tkun qed tħoss? L-ewwel nett mhux faċli tagħmel dan il-pass minn tim rivali għal ieħor. Jien xtaqt nilgħab ħafna ma' Valletta minħabba t-tim kbir li għandhom u l-partitarji li huma ferm akkaniti. Kelli aktar offerti mingħand diversi klabbs iżda xtaqt lil Valletta u mort magħhom. Madankollu xorta għandi lil Floriana f 'qalbi u ser nuri rispett kbir lejn l-eks tim tiegħi. Int lgħabt fil-UEFA EuropaLeague ma' Valletta u skorjajt. X'ħassejt? Kien gowl tajjeb li skorjajt away kontra Mostar. Kien gowl li tana t-tama għax ġejna 1-1 iżda mbagħad tlifna l-konfront tagħna hawn Malta. L-istess tim mill-Bożnja kkuntattjawni sabiex ningħaqad magħhom iżda jien ma ridtx minħabba li issa għandi tliet snin kuntratt mal-Beltin u beħsiebni nonorah. Ġejt ma' Valletta biex nirbaħ. Semmejt dak il-gowl li skorjajt kontra Mosta. Ħasra li Valletta dakinhar ġew eliminati! Iva verament konna sfortunati għax fuq żewġ logħbiet konna tajbin daqshom. Iżda wara kollox dan huwa l-futbol. Kif qatt ma ġiek iċ-ċans li tilgħab Serie A meta nqisek li kapaċi tilgħab f 'dan il-livell? L-ewwel nett nirringrazzjak tal- kummenti sbieħ li tajtni. Ma nafx x'naqbad ngħidlek. Qatt ma tawni opportunità li nagħmel dan. Iżda fil- verità bħalissa moħħni biex nilgħab u nirnexxi ma' Valletta. Ma' Valletta sibt kollega li kien jilgħab miegħek ma' Floriana iġifieri Matteo Piciollo. Erġajt sibt ruħek tilgħab miegħu. Iva, jien u Matteo ħbieb ħafna. Ma' Floriana diġà konna nilagħbu sew flimkien u jidher li anke ma' Valletta ser inkomplu bl-istess ritmu. Għalkemm s'issa ma lgħabtx kif xtaqt ma' Valletta iżda ser nipprova nagħti l-mija fil-mija tiegħi sabiex nasal fejn nixtieq. Jien ser nimxi skont dak li jkun hemm bżonn. Xi tgħidli dwar il- kowċ Giovanni Tedesco? Kemm tgħallimt mingħandu? Tedesco m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Huwa kowċ serju ħafna li jirraġuna b'mod professjonali u jieħu l-affarijiet b'serjetà kbira. Kien Tedesco li għallimni nokkupa rwol ġdid u llum il-ġurnata nirringrazzjah għax sirt aktar versatili bħala plejer. Kif tarah il-livell tal- futbol Malti? Qabel ma ġejt nilgħab f 'Malta kien hemm ħafna qaluli li jeżisti livell baxx fil-kampjonat Premier. Madankollu rajt il-logħba Malta kontra Ażerbajġan u stajt ninnotali ma kienx hemm livell ħażin. Anzi Malta għamlu reazzjoni wara li tilfu kontra l-Gżejjer Faroe. Jekk noqogħdu nqisu anke t-timijiet Maltin fil- kompetizzjonijiet Ewropej ma marrux ħażin għax apparti aħna, anke Balzan u Gżira kisbu riżultati tajbin. Fil-kampjonat iktar nara nuqqas ta' livell bejn l-ewwel ħames timijiet fil-klassifika u l-oħrajn mis-sitt post 'l isfel. Taqbel ma' kampjonat b'14-il tim? Iva naqbel. Jien li mdorri nilgħab madwar 33 partita fi staġun, anke 26 logħba narahom ftit, aħseb u ara kieku jonqsu t-timijiet. U x'taħseb dwar il-proposta ta' 11-il barrani fil-kampjonat Premier? Jien ili erba' snin nilgħab Malta. Fil-verità ma tantx naqbel li jiżdiedu l-plejers barranin. Jiddispjaċini għall-plejers Maltin li telgħin u anke għat-tim nazzjonali għax imbagħad mhux ser tkun faċli li tagħżel it-tim. Imbagħad irridu naraw x'tip ta' barranin oħra jiġu. Togħġbok Malta? Iva togħġobni ħafna. Ninsab kuntent mal-familja tiegħi hawnhekk u avolja kelli xi offerti minn barra nixtieq nibqa' hawn. Xi tgħidli dwar il-kumitat ta' Valletta FC? Diġà għedtlek, ninsab għal qalbi ħafna. Fil-perjodu meta ma skorjajtx, il-kumitat baqgħu juru fiduċja fija u jagħtuni ħafna kuraġġ. Verament kuntent li għażluni biex ningħaqad magħhom. Jien min-naħa tiegħi għandi kuntratt ta' tliet snin u nixtieq nonorah kollu. Kellkom bidu mhux daqstant tajjeb għalkemm issa rkuprajtu tajjeb... Minkejja li kellna bidu ħażin, innutajt li xorta kien hemm bilanċ fit-tim. Aħna xorta bqajna naħdmu u nxammru l-kmiem u r-riżultati xorta bdew jaslu. Xi tgħidli dwar il-partitarji ta' Valletta? I l - kuraġġ li jagħtuk il-partitarji huwa impressjonanti. Laqgħuni ħafna u napprezza li minkejja li kont għadni ma skorjajtx baqgħu juru interess kbir fija. 'Kelli diversi offerti iżda ma stajtx nirrifjuta Cristian Antony Muscat Mario Fontanella - Skorer proli ku ta' Valletta FC u li huwa wieħed mill-aqwa plejers li jimmilitaw l- Kampjonat BOV Premier. "Nixtieq nirringrazzja lill-partitarji numerużi ta' Valletta FC talli kienu magħna f 'dawn l-ewwel mumenti tal-kampjonat. Jien tifħir biss joħroġ minn fommi meta nsemmi lil dawn il-partitarji. Jien nwegħedhom li ser inkun qed nagħti l-aħjar tiegħi sabiex għal darb'oħra nirbħu l-kampjonat." skont dak li jkun Xi tgħidli dwar il- kowċ Giovanni Tedesco? Kemm tgħallimt introduzzjoni. Huwa kowċ serju ħafna li jirraġuna b'mod professjonali u jieħu l-affarijiet b'serjetà kbira. Kien Tedesco li għallimni nokkupa rwol ġdid u llum il-ġurnata nirringrazzjah għax sirt aktar versatili bħala hemm ħafna qaluli li jeżisti livell baxx fil-kampjonat Premier. Verament kuntent li għażluni biex ningħaqad magħhom. Jien min-naħa tiegħi għandi kuntratt ta' tliet snin u nixtieq nonorah kollu. Kellkom bidu mhux daqstant tajjeb għalkemm issa rkuprajtu tajjeb... Minkejja li kellna bidu ħażin, innutajt li xorta kien hemm bilanċ fit-tim. Aħna xorta bqajna naħdmu u nxammru l-kmiem u r-riżultati xorta bdew jaslu. Xi tgħidli dwar il-partitarji ta' Valletta? I l - għadni ma skorjajtx baqgħu juru interess kbir fija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 October 2018