Illum previous editions

ILLUM 14 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 | illum Kemm tħossha r-responsabbiltà li trid tiskorja? Inħossha ħafna din ir- responsabbiltà iżda minkejja kollox nista' ngħid li jekk ma jkollokx ċerta pressjoni ma jkollokx motivazzjoni biex tkun aħjar. M'hemmx dubju li l-akkwist ta' Bojan Kaljevic għen mhux ftit lit- tim tagħkom. Bojan Kaljevic huwa attakkant li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Huwa wieħed mill- iskorers prolifiċi f 'Malta. L-attakk Belti magħmul minni, Piciollo u Kaljevic huwa wieħed tajjeb ħafna. Nittamaw li nkomplu niskorjaw. Kuntent bil-grawnd eżistenti f 'Malta? Iva, bħala grawnds tajbin speċjalment l-Istadium f 'Ta' Qali. Id-differenza mill-Italja hi li hawnhekk m'hawnx regola ta' home u away għax il-logħob jintlagħbu fl-istess erba' grawnds. Kif għedtlek Ta' Qali għandu turf sabiħ ħafna u l-atmosfera hija partikolari. Fil-grawnds l-oħra speċjalment Centenary Stadium u Victor Tedesco, l-istil ta' logħob huwa differenti anke għax dawn il- grawnds għandhom turf artifiċjali. Nixtieq li jsiru aktar strutturi bħal Ta' Qali. X'tixtieq tgħidilhom lill-partitarji ta' Valletta? Nixtieq nirringrazzjahom talli kienu magħna f 'dawn l-ewwel mumenti tal-kampjonat. Jien tifħir biss joħroġ minn fommi meta nsemmi lil dawn il-partitarji. Jien nwegħedhom li ser inkun qed nagħti l-aħjar tiegħi sabiex għal darb'oħra nirbħu l-kampjonat. U fl-aħħar nett nixtieqek tgħaddi appell liż-żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista fuq l-importanza tal-isport. L-isport huwa ferm importanti għas-saħħa tal-bniedem. Tieħu gost tilgħab, tiltaqa' ma' ħbieb ġodda u moħħok jaħdem ferm aħjar. nirrifjuta lil Valletta u rrid nirbaħ magħhom' "Bojan Kaljevic huwa attakkant li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Huwa wieħed mill- iskorers prolifiċi f 'Malta. L-attakk Belti magħmul minni, Piciollo u Kaljevic huwa wieħed tajjeb ħafna. Nittamaw li nkomplu niskorjaw." Huwa skorer proliku ta' Valletta FC . Huwa wieħed mill-aqwa plejers li jimmilitaw l-Kampjonat BOV Premier. Ingħaqad ma' Valletta mingħand il-ġirien iżda rivali kbar ta' Floriana FC matul is-sajf li għadda. MARIO FONTANELLA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 October 2018