Illum previous editions

ILLUM 14 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd14 ta' Ottubru 2018 TV/Ċinema Venom Films ġodda għal din il-ġimgħa KULL medda ta' madwar 20 sena l-film A Star is Born qed jerġa' jinħadem ambjentat għall-ġenerazzjoni ta' żmienu. Fl-1937 ħareġ il-film oriġinali, waqt li dak tal-1954, issa bil-kulur, ingħata trattament mużikali; fl-1976 dan ix-xogħol kien imxaqleb lejn il- mużika rock. Wara 41 sena. A Star is Born tfaċċa għar- raba' darba fuq il-liżar ċinematografiku, b'atmosfera ta' mużika pop. Fil-qalbha tagħha, l-istorja hi l-istess - kantant famuż tal-mużika country li għandu l-vizzju tax-xorb u anki tad-drogi, jiskopri kantanta żagħżugħa u prinċipjanta, li qed titħabat biex tikseb għarfien, isir iħobbha u jiżżewwiġha. Waqt li l-karriera tagħha tibda tifjorixxi, tiegħu tieħu sabta 'l isfel u anki ż-żwieġ tagħhom jaħbat mal-blat. B'mod evokattiv u reali din il-produzzjoni ġdida tesibixxi r-relazzjoni ħelwa, ġenjali u qarsa ta' Jack (Cooper) u Ally (Lady Gaga), żewġ kantanti li jirreaġixxu flimkien f 'armonija kemm fuq il-palk kif ukoll fil-ħajja. L-andament hu qisu vjaġġ ikkumplikat f 'baħar imqalleb, kemm fis-sbuħija u kemm fi qsim il-qalb ta' relazzjoni li qed titħabat biex tirnexxi. Barra li hu wieħed miż-żewġ protagonisti, Bradley Cooper hawn qed jagħmel id-debut tiegħu bħala direttur. Dan l-attur, erba' darbiet innominat għall-Oscar, verament tixraqlu l-parti ta' kantant tal-mużika country fl-istil ta' Kris Kristofferson, li nterpreta l-istess irwol fix-xogħol tal-1976. Tassew issorprendejt ruħi kemm hija naturali s-superstilla kantanta, Lady Gaga, f 'din l-ewwel parti integrali tagħha, mingħajr l-irtokk tas- soltu. Mingħajr dubbji, nħoss li din hi produzzjoni superjuri u aktar sodisfaċenti fl-iżvilupp tagħha, minkejja xi ftit tul żejjed, mill-aħħar darba li nħadem dan il-film. WAQT li l-films tas-supereroj qed jagħmlu suċċess kbir fid-dħul tal-flus, il-produtturi dejjem jiskopru kif jistgħu jippreżentaw aktar minn dan id-divertiment. Waħda mill-ideat konkreti hija dak il-ġeneru li jissejjaħ spin-off. Karattru li deher fi Spider- Man 3, kien dak ta' Venom, li issa għandu film, li jġib l-istess isem, fejn hu jkun il-protagonist assolut. Dan il-karattru kumpless jilqa' ġo fih organiżmu parassit aljen u verament jinbidel fl-aġir tiegħu. Eddie Brock (Hardy) hu ġurnalist li qed jipprova jneħħi mill-poter lill-infami Carlton Drake (Ahmed), dak li waqqaf il-Life Foundation fejn isiru esperimenti xjentifiċi misterjużi fuq l-umani. Din l-ossessjoni tiegħu irvinatlu l-karriera u anki kienet il- kaġun li r-relazzjoni tiegħu mal-ħabiba Anne Weying (Williams) intemmet. Waqt li jkun jinvestiga wieħed mill-esperimenti ta' Drake, l-organiżmu Venom jingħaqad mal-ġisem ta' Eddie li jakkwista setgħat inkredibbli u b'hekk jista' jagħmel li jrid. Dawn it-tnejn issa għandhom bżonn lil xulxin biex jakkwistaw dak li qed ifittxu. Fejn se jaslu Eddie u Venom? Minkejja li Venom hu film tas-supereroj, għandu ħafna mumenti li jmissu l-ġeneru tal- kummiedja, forsi wkoll mhux dejjem kif xtaq id-direttur. Tom Hardy hu attur ta' stoffa, sikwit b'ton serju fuqu, iżda hawn, ħafna drabi, jidher f 'burdata aktar leġġera. Kull min hu intiż fil-produzzjonijiet mill-kotba komik Marvel, se jħoss li din id-darba l-istil regolari nbidel. Kemm fl-azzjoni mħarrka, kemm teknikament u kemm fl-effetti speċjali viżwali Venom joffri divertiment xieraq! A Star is Born Atturi Ewlenin: Lady Gaga; Bradley Cooper; Andrew Dice Clay; Dave Chappelle; Sam Elliott. Direttur: Bradley Cooper. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 135 min. Ċert 15 NIGHT School hija kummiedja sfrenata msewsa fuq it-talenti ta' Kevin Hart dwar student li meta ffaċjat b'karta ta' eżami quddiemu tant jippanikja li jqum minn fuq is-siġġu u kważi jisfratta l-ordni u s-silenzju tal-klassi kollha u anki jabbanduna l-iskola. Ħafna snin wara, mingħajr xi forma ta' diploma, nsibu lil Teddy Walker (Hart) bħala bejjiegħ ta' oġġetti tal-barbecue. Meta jibda joħroġ ma' mara sinjura, Lisa (Echikunwoke), jagħmel tabiruħu li hu wkoll hu tat-tajjeb. Però, waqt li jipproponilha, it- tferfix u l-insigurezza li għandu fuqu jikkawżaw splużjoni li teqred il-ħanut. Issa, bla xogħol, iħoss li jkun aħjar li jakkwista il-GED (Ġeneral Educational Development) ħalli jsib post aktar diċenti. B'hekk, ikollu bilfors jattendi skola ta' filgħaxija fejn jieħu l-ikbar qata' ta' ħajtu meta jiskopri li l-prinċipal hu Stewart (Killan), it-tfajjel xipli li Teddy kien jittanta meta kienu fl-istess klassi. Night School hija farsa pjutost pwerili, b'xi sitwazzjonijiet interessanti li tfakkar fix-xogħlijiet ta' John Hughes, speċjalment f ' The Breakfast Club (1985), film aqwa u aktar realistiku dwar studenti li b'kastig ikollhom jidħlu l-iskola s-Sibt. Fuq kollox, Night School hu mimli azzjoni kultant esaġerata u farseska. Tassew tolqot il-likk is-sekwenza meta Teddy, bil-karta tal-eżami quddiemu jara l-ittri ħerġin iduru u jtiru quddiem wiċċu, bħad-dubbien fitt, tant li jippanikkja bil-kbir! Night School Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Tom Hardy; Michelle Williams; Riz Ahmed; Scott Haze; Reid Scott. Direttur: Rueben Fletcher. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 112 min. Ċert. 12 Atturi Ewlenin: Kevin Ħart; Tiffany Haddish; Rob Riggle; Taran Killan; Romany Malco; Megalyn Echikunwoke. Direttur: Malcolm D. Lee. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 111min. Ċert. 12A

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 October 2018