Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274
'Il-Kampanja 'Il-pinna tirbaħ il-biża' kienet biss illużjoni ' Il-fatt li sena wara l-assassinju, il-mandant għadu mhux magħruf, taħseb li huwa frott nuqqas ta' rieda, nuqqas ta' effiċjenza fis-sistema jew inkella frott il-kumplessità tal-każ? Il-fatt li f 'mumenti kruċjali tal-investigazzjonijiet ir-raġel ta' Ministru tal-Gvern kellu sehem ewlieni fl-istħarriġ tal- Pulizija fir-rigward ta' dan l-assassinju flimkien mal- fatt li l-Gvern għamel minn kollox biex din l-abnormalità tibqa' sseħħ huma provi ċari li l-investigazzjonijiet ma tħallewx isiru kif wieħed jistenna fejn teżisti s-saltna tad-dritt. Barra minn hekk, huwa evidenti li l-awtoritajiet Maltin illimitaw l-involviment attiv u ferm siewi ta' awtoritajiet investigattivi barranin għall-istħarriġ relattiv għall-eżekuturi materjali u forsi l-intermedjarji ta' dan l-assassinju u ma fittxewx tali għajnuna sabiex jinvestigaw il-possibilità li l-mandant huwa politiku. Anke l-mod spettakolari li bih tħabbru l-arresti tal-persuni li ġew akkużati bit-twettiq tal-assassinju u l-fatt li sirna nafu bl-arresti mill-Prim Ministru, minflok mill-Pulizija, jindikaw affinità mhux f 'lokha bejn il-Gvern u l-Pulizija. Huwa evidenti li minn kmieni ħafna fl- investigazzjonijiet tal- Pulizija ġiet skartata l-possibilità li xi politiku kien il-mandant. Ir- riskju hu li jinqabad l-intermedjarju jew l-persuna li ppjanat l-assassinju u minflok jingħad lilna li kien il- mandant. X'taħseb li huwa l-akbar wirt li ħalliet warajha Daphne Caruana Galizia? Taħseb li l-impatt tagħha fuq il-ġurnaliżmu ta' pajjiżna kien tajjeb jew ħażin? F'pajjiż fejn il-ġurnaliżmu investigattiv huwa rarità, Daphne spikkat għad- determinazzjoni li tikxef l-użu tal-politika għall- fini ta' abbuż. Irnexxielha tagħmel dan billi permezz tar-Running Commentary ħolqot kuntatt dirett mal- pubbliku u b'hekk żgurat li ma jkollha lil ħadd li jagħmlilha sarima ma' ħalqha. Daphne kixfet il- ħakma tal-korruzzjoni fuq pajjiżna, mhux li l-korruzzjoni bdiet f 'Marzu tal-2013, iżda li minn dakinhar il- korruzzjoni f 'Malta laħqet livell bla preċedent. F'dan ix-xenarju nemmen li l-wirt li ħalliet Daphne jikkonsisti fiż-żerriegħa li żergħat fost il-qarrejja tagħha u li nibtet fost uħud minnhom, iż-żerriegħa ta' ġlieda kontra l-abbuż tal- poter, ikun fejn ikun ġej. Bil-kampanja 'Il-Pinna tirbaħ lill-Biża'' fil-jiem ta' wara l-assassinju, ingħatat l-impressjoni li ser isir sforz ġurnalistiku kollettiv sabiex jitkompla x-xogħol investigattiv tagħha. Iżda din kienet biss illużjoni. Ħafna għadhom saħansitra jiċħdu li Daphne Caruana Galizia kienet ġurnalista. Il-fatt li għaddejjin proċeduri kriminali u anke għaddejja inkjesta maġisterjali, taħseb li huwa biżżejjed? Hemm bżonn inkjesta pubblika u indipendenti mill- awtoritajiet Maltin kif qed titlob il-familja Caruana Galizia? Il-bżonn għal inkjesta pubblika u indipendenti mill-awtoritajiet Maltin saret neċessità. Huwa evidenti li l-Pulizija dejjem qagħdu 'l bogħod milli jistħarrġu attivament l-involviment ta' politiċi f 'dan l-assassinju. Taħseb li l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant tappnu x-xogħol ta' Caruana Galizia u r-reputazzjoni tagħha bħala ġurnalista investigattiva? Jien konvint li l-istorja tal- Egrant għadha trid tinkiteb. Barra minn hekk, diversi partijiet mill-konklużjonijiet tal-inkjesta ngħataw tifsira totalment falza mill-Gvern. F'pajjiż fejn, minkejja li kważi l-Poplu kollu hu konvint li l-politika hi maħkuma mill- korruzzjoni, l-ebda deputat parlamentari qatt ma nstab ħati ta' att ta' korruzzjoni, kont niskanta li kieku l-konklużjonijiet tal-inkjesta kienu jkunu differenti. Fid-dawl tal-kwistjoni dwar il-fjuri u x-xemgħat li qed jitpoġġew u jitneħħew minn quddiem il-Qorti, taħseb li għandu jkun hemm mafkar fiss għal Daphne Caruana Galizia? Fejn taħseb li għandu jsir? Nemmen li sakemm tkun saret ġustizzja sħiħa fir- rigward tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u tal-abbużi ewlenin li hi kixfet għandha tibqa' fis-seħħ il-protesta għall- ġustizzja quddiem il-Qrati. Ma jeżisti l-ebda sostitut adekwat għal dan il-post. Jekk dan l-għan jintlaħaq, allura jkun jagħmel sens li jsir mafkar għaliha f 'post prominenti. Però fil-preżent din il-possibilità hi ta' importanza sekondarja. Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 Sena wara: Dak li ħalliet warajha, Occupy Justice; għaqda ff urmata wara l-mewt ta' Daphne, Robert Aquilina; attivist fi s-Civil Society Network u Manuel Micallef; eks kandidat tal-Partit Laburista u opinjonista...iwieġbu l-mistoqsijiet tal-ILLUM dwar Daphne... Miġbura minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi To: The Editor, Illum MediaToday Ltd, Vjal ir-Riħan, San Ġwann SĠN 9016 The Broadcasting Authority would like to place the below advert on Sunday 14th October 2018 Call for Applications: Office Assistant (Full Time) The Broadcasting Authority is seeking to fill the post of Office Assistant (Full Time) Duties and Responsibilities: The ideal candidate shall be required to: • carry out messengerial duties; • undertake car driving duties; • undertake basic maintenance and repair tasks. Skills and Qualifications: Applicants must be in possession of: • a clean driving licence; • a clean police conduct certificate; • a school leaving certificate (MQF Level 1); • have basic computer skills. Applicants must submit a letter of application together with a detailed copy of their CV by: • e-mail to administration.ba@ba.org.mt • not later than noon, Wednesday, 24th October 2018 Late applications will not be considered A detailed job description is to be found on the Broadcasting Authority's website: http://www.ba-malta.org The Broadcasting Authority is a constitutional entity which regulates, licences and monitors all radio and television broadcasts originating from the Maltese Islands. Broadcasting Authority 7, Mile End Road, HAMRUN HMR 1719, Malta. Telephone: +356 2201 6000 Mario Axiak