Illum previous editions

ILLUM 14 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 N insabu ftit xhur biss mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Mejju li ġej. Nifhem li fl-aħħar snin int dejjem ivvutajt għall-Partit Nazzjonalista għax dejjem emmint li dan hu l-partit naturali tiegħek. Wisq probabbli kbirt f 'ambjent u familja li dejjem segwew il-ħidma tal-PN kif ukoll għax dejjem ħassejt li dan hu l-partit l-iktar viċin tal- prinċipji, tal-valuri tiegħek. Wisq probabbli gawdejt ukoll mis-suċċessi u l-kisbiet ta' dan il-partit speċjalment meta kien fil-Gvern. Bqajt sod mal-prinċipju tiegħek anke meta eluf oħra imxew għall-moviment li bena Joseph Muscat fl-2008 u vvutaw fuq dik il-kaxxa ħamra fl-2013 u fl-2017... Bħala membru tal-Kabinett tat-tieni Gvern ta' Joseph Muscat, u għax naf minn fejn ġejna bħala moviment u fejn sejrin, għax naf fejn żbaljajna fil-passat u għax tajt sehemi biex nersqu iktar viċin ta' ċittadini bħalek, illum inħossni komdu niktiblek biex ngħinek tesplora tersaq lejn dan il- Moviment tal-progressivi u liberali u tippruvaħ għall- ewwel darba fil 25 ta Mejju 2019. Fil-Parlament din il- gimgħa tkellimt għal ħin twil dwar għaliex ħafna llum konvinti li dan sar il-moviment tax-xogħol, tal-edukazzjoni, tal-Unjoni Ewropea. Ngħiduha kif inhi, is-suċċess kulħadd jagħrfu u l-ħidma tal-Gvernijiet ta' Muscat tfakkrek fil-ħidma u grinta ta' Eddie Fenech Adami, iż-żminijiet glorjużi tal-PN. Tagħraf is-suċċess ekonomiku li pajjiżna kiseb, illum Malta għandha l-ikbar tkabbir ekonomiku minn fost il-Membri Stati kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-ġid wasal għandek ukoll, kemm jekk int anzjan biż-żidiet fil-pensjoni li qed intuk baġit wara baġit, kemm meta qed tgawdi minn roħs fil-kontijiet tad-dawl u ilma u kemm f 'miżuri li jħallulek iktar flus fil-but fosthom l-aħħar miżuri riċenti bil-Gvern iħallaslek it- trasport tal-iskola ta' uliedek jew servizz ta' childcare mingħajr ħlas. Int min int, u ġej minn fejn gej, se tgħid li llum tinsab f 'pożizzjoni ekonomika ferm aħjar milli kont fl-2012. Naf ukoll li bħala Nazzjonalist dejjem kont kontra l-abbuż tal-benefiċċji soċjali. Mhux għax int kontra l-għajnuna li l-Gvern jagħti lil min verament jinsab f 'diffikultajiet, iżda bħala persuna li ħadmet, stinkat u qatt ma kisbet xi ħaġa jekk mhux bl-għaraq ta' xbinek, toġġezzjona, u tagħmel sew, għal free riders li jirkbu fuq il- benefiċċji soċjali u jabbużaw minnhom. Għalhekk nifhem li tagħraf li dan il- Moviment ħa deċizjonijiet li ma kienu xejn popolari ma' nies li għal ħafna snin abbużaw mis-sistema u kien propju dan il-Gvern li waqqaf dak li haddieħor kien tabirruħu li mhux jara. Il-prinċipju tagħna hu li ngħinu min verament ħaqqu u ma nħallux lil min jabbuża. Għalhekk fi żmien sitt snin rajna rekord ta' nies li mxew minn fuq il- benefiċċji soċjali għad-dinja tax-xogħol. Illum dawn in-nies irringrazzjawna għax tajnihom dinjità. Premjajna l-għaqal u l-bżulija għalkemm għadna ma wasalniex fejn nixtiequ. Dan għamilnieħ billi tajna incentivi fiskali biex iktar nisa joħorġu jaħdmu, anke għax ħloqna eluf ta impjiegi ġodda. Imxejna biex nagħtu il-ħajja lill isnajja f 'Malta b'investiment kbir fit-tahriġ u edukazzjoni vokazzjonali. L-edukazzjoni ta' wliedna tibqa prijorita' għalik u bir- raġun. Kien għalhekk li fil- pajjiż illum hawn kunsens fuq id-destinazzjoni li ħadna u llum qed ikolna zghazagh li qed ikomplu jistudjaw. Dawk li mhumiex, qegħdin jaħdmu jew f 'apprentistat għax bħalek nemmnu li ebda talent fil-pajjiż m'għandu jkun wieqaf jew inattiv. Is-saħħa wkoll prijorità għall-familja tiegħek. M'hemm ħafna x'inżid hawn għax il-waiting lists u l-mediċini out of stock illum huma biss xi haġa tal-passat. Qed naħdmu biex ikollna pajjiż li jaħdem b'enerġija li tniggeż inqas, servizz state of the art u mekka tal-aqwa sptarijiet fid-dinja bħal Barts Medical school u Steward healthcare li se jerġgħu jagħtu l-ħajja lill isptar Karen Grech, St Luke's u l isptar f 'Għawdex. Illum il-ġurnata drajt, u tohodha for granted li l-proġetti infrastrutturali jitlestew fil-ħin u skont il-baġit allokat filwaqt li ħloqna eluf ta impjiegi permezz ta' ekonomija vibranti. Biex inkomplu nikbru u ngawdu minnha, jeħtieġ li jkollna iktar ħaddiema barranin. Dan qed naghmluħ b'mod ikkalkulat u bi pjan. Fuq kollox qed nagħżlu nies b'ħiliet li pajjiżna għadna bżonn. Fl- aħħar snin l-immigrazzjoni irregolari lejn pajjiżna bid-dgħajjes naqas bi 80%. Iżda xorta qed naħdmu biex dawk li m'għandhomx permess jibqgħu Malta jintbatu lura bħal mijiet li telqu fl-ahhar xhur. Immigranti oħra li daħlu Malta fl-aħħar gimgħat diġa tqassmu ma' numru ta pajjiżi oħra Ewropej għax anke hawn, Malta ħadet it-tmexxija fuq kif isiru l-affarijiet wara snin li kulħadd baqa ċass quddiem dan il-fenomenu. Naqbel miegħek li għandna sfidi li rridu negħlbu bħala moviment u bħala Gvern. Il-kredenzjali tagħna fl- ambjent, lil hinn minn dak li diġa sar, jeħtieġu bidla għall- aħjar. Irridu spazji iktar miftuħa, iktar parks, inqas bini. Għandna bżonn intejbu l-infrastruttura u rridu wkoll inkomplu nikkonvinċu li dan hu pajjiż li jimxi mas- saltna tad-dritt, li ħadd m'hu l fuq mill-liġi, s-suċċess li pajjiżna kiseb hu grazzi għal ħidma tagħna lkoll, grazzi għal muturi ekonomici taghna bħas-setturi tas- servizzi finanzjarji, it- turiżmu, il-manifattura u l-industriji tal-e-gaming u oħrajn ġodda bħal logistika, blockchain u cryptos. Permezz ta' dawn il ftit linji tajt ħarsa lejn dak li l-Moviment progressiv laburista hu llum. Moviment flessibbli għal ħtiġijiet, l-aspirazzjonijiet tiegħek li tejjeb id-drittijiet u l-għixien tiegħek. Moviment li fadallu ħafna x'jagħmel iżda li lkoll naqblu li ġab bidla għall- aħjar, stabbilita' u suċċessi fuq numru ta livelli, inkluż fuq livell internazzjonali. Naf ħafna li bħalek illum jistaqsu x'sar mill-partit li dejjem appoġġjajt, il-Partit Nazzjonalista. Ili nsegwi il-politika lokali għal dawn l-aħħar 22 sena. Il-problemi għal PN bdew mar-rebħa tal-elezzjoni ġenerali fl- 2008. Il-PN minn dakinhar tilef l-elezzjonijiet kollha b'maġġoranza assoluta, kemm fl-elezzjonijiet ġenerali u kemm fl- elezzjonijiet lokali u tal-Parlament Ewropew. Simon Busuttil irreżenja minn Kap, ġustament wara l-aħħar elezzjoni u sar l-ewwel Kap ta' partit li qatt ma sar Prim Ministru. Tfaċċa Adrian Delia li ikkontesta l-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista bħala l-uniku kandidat anti-establishment. Ried juri li hu mhuwiex parti mit-telfiet elettorali u wisq inqas parti mill-klikka ta` Simon Busuttil, il- predeċessur tiegħu. Gie elett u ha d-decizjoni għaqlija hekk kif giet ippubblikata l-inkjesta Egrant mill- Magistrat Bugeja, li jissospendi lil Busuttil. Dan għamlu għax ħadd f 'din il-pajjiż m'għandu dubju jew mistoqsijiet dwar il-Magistrat Bugeja u l-konklużjonijiet li jippuntaw lejn frameup b'firem foloz, gideb, fost akkużi serjissimi li Simon Busuttil għamilhom tiegħu. Iżda Delia sab ħajt, ċioe, il-fazzjoni ta' Simon Busuttil li waqfitlu u qalulu ċar u tond li jekk ma jirtirax is-sospensjoni ta' Busuttil, huma kienu se jirribellaw. Dak li ġara ftit tal-jiem wara kien li Delia irtira is-sospensjoni ta' Busuttil u b' hekk bela kliemu u l-pjattaforma li fuqha ġie elett. Iżda b'li ġara din il-ġimgħa fil-Parlament, meta Busuttil reġa' qal li għadu jemmen li Egrant hi tal-familja tal-Prim Ministru, b'Delia joħroġ jiddefendieħ, il-karti issa daru. Jidher li l-għajdut li kien hawn iduru issa jistgħu jiġu kkonfermati, jiġifieri li il-fazzjoni ta' Simon Busuttil issa ħadet it-tmun tal-partit u Adrian Delia jibqa f 'postu sakemm jagħmel dak li jgħidulu. Hu ċar allura li ma nistgħux nafdaw il-finanzi ta' pajjiżna, tal-futur t'uliedna f 'idejn dan il- Partit li tilef kull ċans li jkun Gvern alternattiv. Hu propju ghalhekk li minflok nidħol f 'konfronti diretti ma dak li fadal mill-Partit Nazzjonalista, iddeċidejt li ndur lejk u nistiednek tingħaqad ma' dan il- Moviment li jien nifforma parti minnu. Naċċertak li mhux biss se nibqgħu naħdmu kuljum biex niddefendu isem pajjiżna, iżda se nkomplu dak li jagħmilna popolari, jiġifieri li nibqgħu viċin tan-nies, tan-negozji, tal-isfidi u l-aspirazzjonijiet tiegħek. Nistiednek tgħina nkomplu nibnu l-Malta tagħna, il- Malta ta' għada - il-Malta li tkun l-aqwa fl-Ewropa. 18 Opinjoni Ittra miftuħa lil votant tal-Partit Nazzjonalista AARON FARRUGIA Jidher li l-għajdut li kien hawn iduru issa jistgħu jiġu kkonfermati, jiġifieri li l-fazzjoni ta' Simon Busuttil issa ħadet it-tmun tal-partit u Adrian Delia jibqa f 'postu sakemm jagħmel dak li jgħidulu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 October 2018