Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274
illum | Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 Aħbarijiet Iċ-ċentru ta' taħriġ MaritimeMT jgħin fl-iżvilupp ta' karriera marittima ISSETTUR marittimu f 'Malta qiegħed dejjem jikber. It-traffiku u l-kummerċ fil-portijiet tagħna ma jaqtgħu qatt u l-operaturi kummerċjali qegħdin ikattru wkoll. Tajjeb li wieħed jifhem li s-settur marittimu jinkorpora diversi oqsma u joffri diversi opportunitajiet ta' xogħol kemm għal min hu interessat ibaħħar fuq livell internazzjonali jew fit- territorju tal-ibħra Maltin, kif ukoll jekk wieħed irid jaħdem mill-art. Iċ-ċentru tat-taħriġ MaritimeMT ilu stabbilit għal dawn l-aħħar tmien snin. Meta fetaħ kien magħruf bħala MMRTC Coop Soc. Ltd – Mediterranean Maritime Research & Training Centre Coop Soc. Ltd, u primarjament kellu l-iskop li jħarreġ lill-piloti marittimi Maltin b'mod kontinwu, professjonali u akkreditat fuq is-simulaturi li kienu ġew installati fiċ-Ċentru. Illum il-ġurnata, iċ-ċentru tat-taħriġ ta' MaritimeMT, qiegħed jaħdem biex ikollu programm ta' studji u taħriġ li jissodisfa l-bżonnijiet tal-industrija marittima u ta' individwi li jixtiequ jsaħħu l-karriera tagħhom fis-settur jew jibdew karriera marittima. Bħala parti mill-impenn tagħhom lejn is- sostennibbiltà tal-industrija marittima, it-tmexxija ta' MaritimeMT qed tinvesti 'il fuq minn 3 miljun ewro fil-bini ta' ċentru ġdid f 'Ħal Far kif ukoll f 'simulaturi aktar moderni li jaqdu aħjar il-bżonnijiet tal-industrija. Il-programm ta' taħriġ ser ikopri dawk iċ- ċertifikati li wieħed ikollu bżonn biex jopera fuq bastimenti merkantili u kummerċjali, kemm fuq livell internazzjonali biċ- ċertifikazzjonijiet skont il-konvenzjoni tal-STCW, kif ukoll biċ-ċertifikati għall-operat kummerċjali fit-territorju tal-ibħra Maltin skont ir-Regoli tal-Bastimenti Kummerċjali tal-2002 maħruġa mid-Direttorat tal- Portijiet u Yachting fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport ta' Malta. Fil-fatt bħalissa hemm miftuħa l-applikazzjonijiet għall-kors li jmiss għal dawk l-individwi li jixtiequ javvanzaw minn Boatmaster Grade 1 għal-livell ta' Mate/ Master Certificate. B'dan iċ-ċertifkat, individwu jkun jista' jservi ta' Mate fuq bastiment kummerċjali minn 24 metru 'l fuq jew inkella bħala Master fuq bastiment kummerċjali taħt il-50 metru. MaritimeMT qiegħda wkoll tippjana biex fix- xhur li ġejjin tibda tilqa' l-applikazzjonijet għaċ- ċertifikazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-Regoli tal- Bastimenti Kummerċjali – minn General Purpose Hand, li jitqies bħala l-introduzzjoni għad-dinja tax-xogħol fuq il-bastimenti żgħar u kbar, għal Boatmaster Grade 2, Boatmaster Grade 1, Engine Driver Grade 3, Engine Driver Grade 2 kif ukoll Engine Driver Grade 1. Ic-Ċentru joffri diversi korsijiet oħra fosthom il-liċenza għall-VHF SRC ta' Transport Malta, First Aid, kif ukoll Fire Prevention u Fire Fighting. Għal min ma għandux bżonn ċertifikazzjonijiet kummerċjali iżda jixtieq jagħmel l-eżami għal dik li hija magħrufa bħala n-Nautical Licence, MaritimeMT ser tkun qiegħda tniedi dan il-kors fix-xhur li ġejjin. Għal aktar informazzjoni dwar il-korsijet li qed noffru bħalissa u korsijiet li għandna ppjanati, żur is-sit elettroniku www.maritimemt.com jew ibgħat email fuq courses@ maritimemt.com. Tista' wkoll iċċemplilna fuq 99434054 jew iżżur il-paġna tagħna fuq Facebook – MaritimeMT.