Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 14 ta' 0ttubru 2018 ....Tkompli minn paġna 5 Iħobbuha għax... • Dawk li jħobbuha u jammirawha, l-aktar li jagħmlu dan minħabba l-istorja illi kixfet kif ċ-Chief of Staff fl- Uffiċċju tal-PM, Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, kienu fetħu kumpanija fil- Panama. Caruana Galizia żvelat din l-istorja grazzi wkoll għall-kuntatti tal- familja li kellha fl-ICIJ li ftit ġranet wara kienu kixfu kull min kellu kont il-Panama miftuħ permezz ta' Mossack Fonseca. Din kienet waħda mill-ikbar stejjer fl-aħħar snin u l-għerq ta' ħafna dubji fuq il- Gvern, ir-reputazzjoni tiegħu u tal-pajjiż. Il-Partit Nazzjonalista mexxa kampanja sħiħa b'bosta mistoqsijiet dwar l-intenzjoni wara l-ftuħ ta' dawn il- kontijiet. Dak li żvelat l-ewwel Caruana Galizia kiber fi kwistjoni li ddominat ix-xenarju politiku għal sentejn sħaħ u li dwarha hemm numru ta' inkjesti għaddejjin fil-Qorti. • Iħobbuha għax wieġbet il-mistoqsija dwar Egrant Inc u għadhom jemmnu li Egrant hija jew setgħet kienet tal-PM Joseph Muscat. Fil-fatt l-allegazzjoni Egrant ippersonifikat l-istrateġija ta' Daphne Caruana Galizia. Kien hemm binja sħiħa, b'aspettativi kbar, stennija twila mbagħad, tefgħet l-allegazzjoni. Mill-ewwel bdiet kampanja mill-Partit Nazzjonalista u talba biex il-PM jirreżenja u jkun interrogat. Caruana Galizia bniet din l-allegazzjoni fuq ix-xhieda li allegatament tatha Maria Efimova u baqgħet tinsisti li Egrant kienet ta' Michelle Muscat u li minnha għaddew mal- miljun dollaru. Dawk li jammirawha jew ħafna minnhom għadhom qed jagħtuha l-benefiċċju tad-dubju minkejja li l-inkjesta tgiddeb jew tgħid li ma sabitx biżżejjed provi dwar l-allegazzjoni. Egrant ma kinitx ir-raġuni waħedha, imma kienet parti mir-raġuni għaliex morna għal elezzjoni sena qabel iż-żmien. Kienet Caruana Galizia li prattikament wittiet it-triq li bosta ħasbu li biha l-PN seta' jerġa' jkun fil-Gvern. • Tħobbha jew tobgħodha Daphne kienet kittieba prima klassi. Kellha l-kapaċità li tgħaddi messaġġ, li tgħaddih fil-qosor u li toqros b'sarkażmu artikolat fl-ifjen forma tiegħu. Din hija waħda mir- raġunijiet għaliex bosta jammiraw lil Caruana Galizia. Il-qarrejja ta' Caruana Galizia kienu ġeneralment iktar litterati u allura setgħu jifhmu aħjar u japprezzaw l-ironija, is-sarkażmu goff u anke l-messaġġi sottili li jkunu qed jintbagħtu. L-istil ta' Caruana Galizia kien uniku u allura segwit ħafna. • Imma apparti l-istil, ħafna drabi Daphne Caruana Galizia kienet ittella' ritratti ta' persuni sejrin jew waqt li qegħdin mass meeting tal-Labour. Kienet speċifikament tagħżel lil dawk in-nies li huma l-anqas attraenti u li l-inqas li għandhom sens ta' moda. Kienet tagħżilhom apposta, biex ittella' fuq il-blog li kienet tmexxi u titfagħhom fiċ-ċirku taż-żufjett, mhux għax kien verament jimpurtaha li twaqqa' lil dawn iċ-ċittadini għaż-żufjett, imma għax riedet twaqqa' għaż-żufjett lill-Partit Laburista. Dan setgħet tagħmlu għax tħares jew tqis li kellha udjenza li kienet ġejja minn klassijiet iktar għolja u li kienet tirrigwarda lil-Laburisti bħala 'ħamalli'. Dawn ir-ritratti kienu sempliċiment (u b'suċċess) qed jinforzaw l-isterjotip. L-udjenza ġenerali u leali tagħha jidher li mill-isterjotip l-aktar li kien jinteressaha, kieku ma kienx hekk ma kinitx taqla' tifħir għal dawk it-tip ta' blogs. • Daphne Caruana Galizia bniet il- karriera tagħha, prinċipalment, fuq stejjer kontra l-Partit Laburista. Iżda, kellha wkoll stejjer u kummentarju li kienu kontra individwi fil- Partit Nazzjonalista. Pereżempju, mhux sigriet li kienet fetħet attakk kontra l-eks President u eks Viċi Prim Ministru Guido De Marco, kif kienet ukoll ikkritikat lil Simon Busuttil fl- ewwel xhur tiegħu għax akkużatu li bilkemm kien qed jagħmel ħoss. Caruana Galizia iżda fetħet il-kanuni l-aktar fuq Adrian Delia, meta ppubblikat allegazzjonijiet li kellu kont f 'Jersey illi minnu kienu għaddejjin flus mill- prostituzzjoni f 'Londra, allegazzjonijiet li Delia ċaħad. Malli kien elett kap tal-PN, Daphne fetħet il-kanuni kontra l-PN. Prattikament għall-ewwel darba b'dik il-qawwa. Naturalment minkejja li baqgħet l-akbar avversarju tal-Partit Laburista, l-attakk fuq Delia taha l-kredenzjali ta' ġurnalista 'li tikkritika liż-żewġ partiti' u li ma tarax kulur politiku, anke jekk il-problema tagħha kien dan l-individwu, iktar minn kollox. • U finalment il-qtil tagħha nnifsu ta lil dawk li jħobbuha u jammirawha raġuni biex għall-ewwel darba jkollhom raġuni għall- eżistenza politika u soċjali tagħhom. Il-qtil ta skop b'saħħtu lil dan il- grupp ta' votanti, kbir biżejjed biex jhedded l-eżistenza tal-Partit Nazzjonalista kif nafuh illum. Ma' dawk li jsegwuha l-qtil ta' Caruana Galizia poġġieha fuq pedestall, minn fejn mhux se titniżżel u li ssolidifika l-ġlieda tagħhom kontra l-avversarju, illum ippersonifikat f 'Joseph Muscat u t-tmexxija tal-pajjiż, flimkien ma' Adrian Delia. Għal dawn in-nies Caruana Galizia hija d-dawl li jiggwidahom u l-mara tal-azzar li ma beżgħetx mill-avversarju, mit- theddid u mill-mewġa ta' kundanni ġejjin minn kull rokna tal- pajjiż. ....Tkompli minn paġna 5 Fil-fatt l-allegazzjoni Egrant ippersonifikat b'sarkażmu artikolat fl-ifjen forma tiegħu. prinċipalment, fuq stejjer kontra l-Partit votanti, kbir biżejjed biex jhedded l-eżistenza Daphne: Kontroversjali f 'ħajjitha...aktar lil-Laburisti bħala 'ħamalli'. Dawn ir-ritratti kienu sempliċiment (u b'suċċess) qed jinforzaw l-isterjotip. L-udjenza ġenerali u leali tagħha jidher li mill-isterjotip l-aktar li kien jinteressaha, kieku ma kienx hekk ma kinitx taqla' tifħir għal dawk it-tip ta' blogs. • D Caruana Galizia bniet il- karriera tagħha,