Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274
Sports 28 illum Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 Elena Borg tkompli tagħmel unur għal Malta ma' Verona -Italja minn Cristian Antony Muscat ELENA Borg - fost l-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-waterpolo tan-nisa f 'Malta u li matul is-sajf li għadda rebħet il-Kampjonat ma' Exiles, biex imbagħad irħetielha lejn l-Italja biex hemmhekk tkompli bl-esperjenza mill-aqwa tagħha ma' Verona. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Bdejt nilgħab il- waterpolo meta kelli madwar għaxar snin. Niftakar li kont qed nattendi għal-lezzjonijiet tal-għawm mal-klabb tal-Exiles u l-fatt li kont nara lil ħuti jilagħbu dan l-isport, bħal qisu ħajjarninibdieh jien ukoll. Għal bidu Joe Sciortino kien il-kowċ tiegħi u nista' ngħid li għeni ħafna f 'dan il-vjaġġ tant sabiħ. Daħħal ġo fija sens ta' dixxiplina li kompliet tgħini fl- iżvilupp tal-ħiliet tiegħi f 'din il-logħba. Tgħallimt li trid tkun dixxiplinata u fl-istess ħin tkun lesta tagħmel is-sagrifiċċji sabiex tirnexxi fl-isport li tkun qed tipprattika. Kien hawnhekk li bdejt in-namra tiegħi għal dan l-isport għax innutajt li bdejt inħossni kunfidenti waqt dawk is-sagħtejn ta' taħriġ. Illum li għaddew tmien snin, inħossni komda bija nnifsi u b'dak li nkun qed nagħmel waqt dak il-ħin tat-training. Is-sena l-oħra ġietniopportunita' tad- deheb li mmurnilgħab barra minn Malta u b'hekk ingħaqadt mat-tim Taljan ta' CSS Verona. Ħadna sehem fil-kampjonat Serie A2 fejn bdejna l-istaġun mingħajr aspettattivi żejda u spiċċajnih billi rbaħna l-play-offs u ġejna promossi għall-ogħla kampjonat Taljan Serie A1. Kienet xi ħaġa li ma stajtx nemminha. Il-fatt li kelli nitlaq mid-dar ta' 17-il sena u nibda ħajja ġdida, żgur li ma kinitx xi ħaġa faċli. Bla dubju li kelli ħafna x'nitgħallem u li ridt niskopri aktar f 'dan l-isport. Bdejt ninnota li fiżikament kont fl-istess livell ta' sħabi għalkemm kont qed inbati mil-lat tekniku u psikoloġiku tal-logħba. Iktar ma beda għaddej iż-żmien, aktar bdejt noqgħod u kont nilgħab mal-ewwel sebgħa fil-pitch filwaqt li bdejt nara d-differenza dwar kif għandek tiddefendi kif ukoll tattakka waqt il- logħba. Spiċċajt l-istaġun bil-kbir hekk kif skorjajt erba' gowls kruċjali fil-finali tal-play-offs u dawn għenuna sabiex ġejna promossi fis-Serie A1. Is-sena kollha kienet esperjenza ta' tagħlim u m'hemmx dubju li mhux ser ninsiha malajr. Wara din l-esperjenza fl-Italja, fis-sajf irritornajt lura Malta sabiex niffoka fuq il-kampjonat Malti ma' Exiles. Wara li tlifna fil-kwarti tal-finali tan-KO kontra Sliema, irnexxielna niġu lura billi aktar tard irbaħnilhom fil-kampjonat u flimkien ma' żewġ rebħiet oħra kontra San Ġiljan u Birżebbuġa, irnexxielna nirbħu l-kampjonat tas-sajf għat- tieni sena wara l-oħra. Nemmen illi mertu kbir ta' dan is-suċċess huwa dovut għall-kowċ tagħna Gordon Zammit mhux biss għax rebbaħna l-kampjonat iżda wkoll għax irsista ferm sabiex wasal għal dan it- tragward. Fil-mumenti l-aktar diffiċli ma qatax qalbu mill-waterpolo femminili f 'Malta. L-objettiv prinċipali tiegħu kien li jkompli jżid il- parteċipazzjoni filwaqt li jħarreġ lill-plejers attwali tat-tim. Ma kienx jagħmel dan biex jirbaħ biss iżda wkoll biex iżid il-ħiliet f 'dan l-isport fost it-tfajliet Maltin . Naħseb li l-waterpolo tan-nisa mhuwiex jingħata mportanza daqs dak maskili forsi minħabba diversi raġunijiet. Madankollu naħseb li l-għerq tal-problema huwa lil hinn mill-waterpolo. Ħafna jgħidu li m'hawnx biżżejjed ħeġġa biex iżżid dan in-numru. Hemm ċertu sterjotip li l-waterpolo huwa sport għall-irġiel biss u naħseb hemm bżonn li nżidu aktar l-għarfien li anke n-nisa kapaċi jilagħbu dan l-isport. Hawn ħafna tfajliet ta' talent fil-gżejjer Maltin u rridu nżidu aktar l-isforzi tagħna. Naf li n-numri mhux ser jitilgħu f 'daqqa iżda bil-mod il-mod fiduċjuża li niżdiedu. Kien hemm żmien fejn kont l-unika tfajla fit-tim u l-fatt li issa għandna lig għalina diġa qed nara li mixjin fit-triq it-tajba. Madankollu mhux biżżejjed. Fl-opinjoni tiegħi, kampjonat b'erba' timijiet mhux biżżejjed kompetittiv u rridu nżidu dan in-numru. Idealment għandu jkun hemm seba' jew tmien timijiet. Issa jekk wieħed jixtieq jaqbad karriera fil- waterpolo, il-parir tiegħi hu li tilgħab barra minn Malta. Minn hemm tinduna li qatt m'għandek taqta' qalbek u jekk tkun ixxurtjata biżżejjed tingħata opportunita' tkompli hemmhekk. Mhux esperjenza faċli iżda fl-aħħar mill-aħħar tiswielekmitqlu deheb." għal Malta ma' Verona -Italja hemm bżonn li nżidu tfajla fit-tim u l-fatt li issa jaqbad karriera fil-