Illum previous editions

ILLUM 14 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum Laura Galea tkompli r-renju ta' suċċess tal-familja l-waterpolo minn Cristian Antony Muscat LAURA Galea - plejer tal- ogħla livell fil-waterpolo lokali u li tilgħab ma' San Ġiljan. Tiġi wkoll bint l-ekx plejer leġġendarju tal-Ġiljaniżi, Toni Galea, kif ukoll oħt il-plejer indispensabbli ta' San Ġiljan, Andreas Galea. F'dan l-artiklu, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "L-imħabba tiegħi lejn il- waterpolo bdiet minn età żgħira ħafna. Dan għaliex ilni ħajti sħiħa nsegwieh kemm minħabba missieri Toni kif ukoll minħabba ħija Andreas. B'hekk nista' ngħid li trabbejt nara dan l-isport. Meta kont żgħira kienu jħeġġuni nibda nilgħab mas-subien flimkien ma' Denise Micallef u minn hemmhekk ingħaqadna ma' tim tan-nisa. Il-fatt li nara lil ħija Andreas jikseb ħafna suċċessi minn sena għal sena ikun ta' motivazjoni għalija biex inkompli nipprattika dan l-isport. Meta jsib xi ċans u ma jkollux trejning u jkolli xi logħba dejjem issibu hemm jarani u dik hija xi ħaġa li żżommni motivata għaliex ikun hemm xi ħaġa li nista' mmur aħjar fiha. Huwa dejjem ikun hemm biex jgħidli x'nista' nagħmel aħjar. Il-kowċ ta' San Ġiljan, Dale Dowling nista' ngħid li ilu jafni minn età żgħira ħafna u hu kien li tani l- kuraġġ sabiex inkompli dan l-isport bis-serjetà għaliex bdejt sew meta daħal kowċ hu. Dale dejjem jara kif se jagħmel sabiex jara lit-tfajliet ta' San Ġiljan jirnexxu u nista' ngħid li jagħmel minn kollox biex jarani nagħti l-100% tiegħi għax xi kultant ikun jaf biċ-ċert li nkun niflaħ iżjed milli nkun tajt. Kieku m'hemmx hu, ma nafx kemm it-tim kompla u nixtieq nirringrazzjah tas-sagrifiċċji kollha li għamel speċjalment dis-sena għaliex baqa' jemmen fina sal- aħħar logħba u tana l-kuraġġ sabiex ma naqtgħux qalbna u nittrenjaw kemm nifilħu għa l-istaġun li Jmiss. Din is-sena kien hemm kambjament kbir mis-sentejn ta' qabel. Dan għaliex tħallatna ma' iżjed plejers u kien hemm iktar dedikazzjoni u kontribut mill- kumitat ċentrali ta' San Ġiljan ASC. Dan l-istaġun kien pożittiv ħafna fejn urejna kambjament kbir u issa verament nistgħu naraw fejn irridu naħdmu u nidraw lil xulxin sabiex niksbu riżultatipożittivi." PETROLEA, kumpanija ewlenija fil-qasam tal- Household u giftwear, qiegħda tagħti appoġġ lill-Akkademja tat-Table Tennis, Sharp Shot. Petrolea se tkun l-isponsor prinċipali tal-kits ġodda esklussivament disenjati għall-akkademja. Petrolea temmen ħafna fl-isport u l-healthy lifestyle, madankollu Sharp Shot Academy tinsab kburia li tkun assoċjata ma' din il- kumpanija li tagħmel minn kollox biex taqdi kull bżonn tal-klijenti tagħha. L-Akkademja Sharp Shot se ssemmi wieħed mit- timijiet tagħha li jikkompeti fl-Ewwel Diviżjoni tal- Kampjonat Malti, bl-isem "Sharp Shot Table Tennis Academy Petrolea." Kemm l-akkademja Sharp Shot kif ukoll Petrolea huma protagonisti fil- kamp tagħhom u dan il- partnership ġie milqugħ tajjeb ferm bejn iż-żewġ partijiet. Riċentament grupp ta' ħmistax-il persuna mill- akkademja ġew lura Malta minn training camp li sar ġewwa l-Ungerija fejn l-istess akkademja u 'ttcampshungary' għandom ftehim bilaterali għall- iżvilupp ta' plejers Maltin. Il-preżentazzjoni saret fix-showroom ta' Petrolea ġewwa l- Imsida fejn preżenti kien hemm is- Sinjura Beatriz Zarb f 'isem il-kumpanija u s-Sur David Pace, Direttur tal- Akkademja 'Table Tennis Sharp Shot'. Petrolea jisponsorja l-Akkademja Table Tennis Sharp Shot Beatriz Zarb f'isem Petrolea imkien ma' David Pace, Direttur tal-Akkademja 'Table Tennis Sharp Shot'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 October 2018