Illum previous editions

ILLUM 14 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

F 'pajjiżna hawn sezzjoni żgħira tal-poplu li tgħid li tħobb is-saltna tad- dritt. Li tgħid f 'kull nifs li għidna x'għarukaża ta' Gvern għandna għax skont hi jirrispettax is-saltna tad- dritt. Tant għandhom din l-ossessjoni li darba minnhom kienu anke għamlu xi tlett ijiem jaqlgħuli għas-sempliċi raġuni li flimkien ma' sħabi tal- Kabinett u flimkien mal-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu kont preżenti fl-awla waqt kawża ta' importanza nazzjonali. Aħna dejjem irrispettajna d-deċiżjonijiet tal-Qrati, iktar u iktar meta kien jidhrilna li għandna raġun u ma ħadniehx. Irrispettajna d-deċiżjoni tal- Qrati dwar il-każ taż-żewġ siġġijiet fil-Parlament u sa ftit ilu dwar il-każ ta' punt tekniku li tqanqal dwar ir-rwol regolatorju tal-Kummissjoni Elettorali fil-liġi tal- Finanzjament tal-Partiti. Aħna nirrispettaw id- deċiżjonijiet tal-Qrati. Biss, fejn tidħol is-sezzjoni tal-Busuttiljani fil-Parlament magħmula minn erba', ħames deputati li għandhom rabja għal kulħadd, inkluż għall- kap tagħhom stess, ir-regoli jinbidlu. Huma jridu li aħna nirrispettaw is-saltna tad- dritt (u hekk għandu jkun) u jikkritikawna fuq kull millimetru fejn assolutament ma jkollhomx raġun. Imma fejn jidħlu huma, hemmhekk le. Huma għandhom dritt li fl-istess ċirkostanzi eżatt jimxu l-oppost ta' dak li jridu lilna nimxu bih. Fl-aħħar jiem rajna żewġ deputati Busuttiljani – Simon Busuttil innifsu u l-king tal-ħdura Jason Azzopardi – għax bniedem aħdar daqsu għadni qatt ma ltqajt miegħu – joħorġu jmeru bl-iktar mod dirett u ċar il-konklużjonijiet ewlenin tal-inkjesta Egrant, liema konklużjonijiet ewlenin ġew ippubblikati minnufih mill-Avukat Ġenerali. Mela allura għandna sitwazzjoni fejn Maġistrat Inkwerenti ħa iktar minn 15-il xahar biex jikkonduċi inkjesta li swiet lill-pajjiż €1.5 miljun, ikkonkluda li l-akkuża fuq Joseph Muscat u familtu kienet gidba u giddieba fiha nfisha (għax kien hemm ukoll falsifikazzjoni ta' dokumenti) u l-bravi Busuttiljani joħorġu jgħidu li għadhom jemmnu dak li l-Maġistrat Inkwerenti qal li ma kienx minnu u li kien falsifikazzjoni mill-bidu sal-aħħar. Jekk temmen fis-saltna tad-dritt, għandek tirrispetta d-deċiżjonijiet tal-Qrati. Adrian Delia F'dan kollu Adrian Delia għandu responsabbiltà wkoll. Waqt li jien nifhem u napprezza ċ-ċirkostanzi diffiċli li jinsab fihom Dr Delia li fil-grupp Parlamentari tiegħu għandu dawn id-deputati Busuttiljani li għandhom biss ħdura ġo fihom, irid jifhem li bħala Kap ma jistax iħalli kollox għaddej. Veru, Dr Delia qagħad attent ħafna kif jippronunzja ruħu u l-Onor Herman Schiavone għamilha ċara li Dr Busuttil kien qed juri biss fehma strettament personali. Biss Dr Delia jrid jiftakar li l-membri tal-Partit Nazzjonalista lilu eleġġew bħala kap u lil ħadd iktar. MICAS Kemm ħadt gost din il- ġimgħa nkun preżenti għall- pass li jmiss tal-ispazju ta' arti Kontemporanja. Il-Prim Ministru, iċ-Chairperson tal-MICAS is-Sinjura Phyllis Muscat u jien kellna l-unur li nindirizzaw udjenza magħmula minn nies mill- iktar distinti biex intuhom togħma ta' dan il-proġett ambizzjuż li miexi ġmielu. Kull min jiftakar kif kien il-ġnien tal-Milorda sa ftit xhur ilu u min ra r-restawr estensiv tas- swar li ra fiż-żona u l-viżjoni straordinarja ta' Mrs Muscat u t-tim tagħha jaf li qed issir xi ħaġa fantastika. M'għandi ebda dubju li l-MICAS se jkun proġett kapitali kulturali ieħor li se jkompli jimla vojt kbir li n-nies midħla tal-kultura ilhom iħossu. Żigużajg Ma nistax ma ngħidx erba' kelmiet dwar il-festival għat-tfal Żigużajg li issa qiegħed wara l-bieb. Kull sena mill-Fondazzjoni Kreattività ntellgħu jiem ta' ċelebrazzjonijiet kulturali għat- tfal ta' kull età u din is-sena mhijiex se tkun eċċezzjoni. Jien kuntent ħafna bil- mod kif qed jiżviluppa ċ-ċentru Kreattività li llum trasforma ruħu f 'ċentru per eċċellenza tal-espressjoni kulturali. Rupert Cefai u l-bqija tat-tim qed jagħmlu xogħol straordinarju u llum hemmhekk għandna tim b'saħħtu ħafna u nista' ngħid li Fondazzjoni Kreattività qed isservi ta' mudell għall- Organizzazzjonijiet Pubbliċi Kulturali l-oħra kollha. Appell lill-ġenituri – ħudu lil uliedkom għal dawn l-avvenimenti kulturali li qed nagħmlu apposta għalihom. Ir-rispons s'issa huwa wieħed kbir ħafna u hekk jixraq għax Żigużajg hu festival tajjeb ħafna li jgħin biex nattiraw lit-tfal tagħna lejn il-kultura sa minn età żgħira. illum | Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 16 Opinjoni OWEN BONNICI Simon Busuttil innifsu u l-king tal-ħdura Jason Azzopardi, joħorġu jmeru bl-iktar mod dirett u ċar il- konklużjonijiet ewlenin tal-inkjesta Egrant, liema konklużjonijiet ewlenin ġew ippubblikati minnufih mill- Avukat Ġenerali Min jgħid li jħobb is-saltna tad-dritt għandu jirrispetta d-deċiżjonijiet tal-Qrati

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 October 2018