Illum previous editions

ILLUM 14 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 | illum Trasport pubbliku b'xejn: 'Kif inhi s-sistema llum il-miżura ma tistax taħdem' ILGENERAL Manager tal-Malta Public Transport (MPT) Konrad Pulè sostna ma' din il-gazzetta illi minkejja li l-idea li t-trasport pubbliku b'xejn għal kulħadd hija proposta tajba, din ma tistax isseħħ fl-istat preżenti tat-trasport pubbliku. Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat illi żewġ Ħdud ilu sostna li l-viżjoni tal-Gvern hija li t-trapsort pubbliku jkun b'xejn għal kulħadd. Din il-gazzetta, nhar il-Ħadd li għadda, ippubblikat analiżi ta' x'ġara fejn din l-inizjattiva saret, anke fejn din saret għal settur tal-popolazzjoni biss, kif fil-fatt diġà qed iseħħ f 'Malta. Ir-riżultati kienu inkoraġġanti f 'postijiet bħall-Istati Uniti, Brussell u Chateauroux (Franza) b'żidiet ta' bejn 70% u 200% fl-ammont ta' passiġġieri u diżappuntanti f 'postijiet oħrajn bħal Hesselt (il-Belġju) fejn wara 16-il sena reġgħet iddaħħlet is-sistema ta' nollijiet minħabba li t-trasport b'xejn ma baqax sostenibbli. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Pulè, li sostna illi huwa fatt illi inizjattiva bħal dik li ħabbar il-Prim Ministru hija pożittiva fis-sens li għandha potenzjal li tattitra mijiet jekk mhux eluf ta' passiġġieri ġodda. "Imma biex taħdem din l-inizjattiva jeħtieġ ikun hemm l-ispazju. Ċerti rotot," kompla jinsisti l-General Manager tal-MPT, "diġà bilkemm qed ilaħħqu bħalissa aħseb u ara kemm se jlaħħqu għal dawk iż-żidiet li ġġib magħha miżura bħal din." Fil-fatt, kif qal Pulè, ċertu rotot, speċjalment dawk li jgħaddu minn Tas- Sliema, San Ġiljan u jispiċċaw Paceville, dawk li jgħaddu jew jibdew mill-Qawra/San Pawl il-Baħar kif ukoll dawk li jibdew miċ-Ċirkewwa u jgħaddu mill-Mellieħa għall- Belt/ Tas-Sliema, ikunu qed joperaw b'vetturi imballati bin- nies. Dan jinħass speċjalment fix-xhur illi fihom ikun hawn ħafna turisti (peak season), liema perjodu kompla jiżdied fl-aħħar snin bil-miġja ta' aktar turisti fix-xhur tar-rebbiegħa u l-ħarifa. Pulè fakkar illi apparti żieda fil-vjaġġi, li tista' tfisser il-bżonn ta' żieda fir-riżorsa, trasport mingħajr ħlas jista' jfisser illi tiżdied id-domanda f 'żoni fejn għalissa m'hemmx domanda, li tfisser ukoll allura illi l-kumpanija jkollha tibda rotot ġodda, jew tbiddel dawk eżistenti jew saħansitra testendi rotta partikolari għal aktar sigħat. "Kif inhi s-sistema tat- trasport pubbliku bir-rotot u d-domanda kif inhi llum din il-proposta mhix possibbli li tkun attwata," insista Pulè, li kompla jiċċara illi biex issir irid ikun hemm bidliet fis-sistema. "Kif kien hemm fl-analiżi tagħkom stess, din il-miżura tista' taħdem, imma mhux waħedha. Irid ikun hemm miżuri oħrajn." Mistoqsi x'tip ta' miżuri qed jirreferi għalihom, Pulè elenka lista qasira ta' miżuri. "L-ewwel nett irid ikun hemm iktar spazju fejn indaħħlu aktar passiġġieri. Iktar spazju jfisser, iktar passiġġieri. Imma hemm ukoll il-bus lanes, għandna bżonn inżidu l-karreġġjati għal tal-linja," sostna Pulè li rrikonoxxa illi ħafna sewwieqa ma tantx huma ħerqana dwar il-karreġġjati għal tal-linja. Żied jgħid imma li din hija waħda mill-miżuri importanti li trid tiġi attwati jekk irridu li jiżdied l-użu tat-trasport pubbliku. Pulè, kif kien fil-fatt diġà sostna f 'intervista ma' din il- gazzetta lura f 'Jannar tas-sena l-oħra, qal illi hemm bżonn ta' infurzar serju fejn jidħol parkeġġ fuq il-bus stops. Huwa fakkar illi meta vettura oħra tkun ipparkjata f 'bus stop dan joħloq problemi għal tal-linja li tipprova tidħol fl-ispazju. Ġeneralment dan ikun ifisser li tal-linja tostakola t-triq u jinħoloq it-traffiku. Il-proposta biex tal-linja ssir b'xejn hija tajba, jgħid Konrad Pulè, imma biex issir realtà jeħtieġ isiru ħafna bidliet u estensjonijiet mis-sistema li għandna fi l-preżent TOROQ AĦJAR GĦALIK €17IL MILJUN INVESTIMENT FISSAJF 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 October 2018