Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274
10 illum | Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 Aħbarijiet ILKOTTONERA għadha żona ftit li xejn apprezzata. L-istigma marbuta ma' din iż-żona għadha qawwija tant li wħud lanqas tgħaddilhom minn rashom li jersqu lejha. Madanakollu, mawra qasira sa Bormla, l-Isla, il-Birgu jew il-Kalkara, tgħinek tirrealizza li din hija żona mogħnija b'wirt storiku rikk u uniku biex ma nsemmux it-tradizzjonijiet sbieħ li jagħtu identità lill- komunitajiet li jgħixu fiha. Wara li f 'Marzu li għadda, il-Gvern ħabbar li għandha titfassal Strateġija għall-Kottonera, il-ġimgħa li għaddiet ippreżenta dokument għall- konsultazzjoni pubblika, bl-għan li din il-ġawhra fin-Nofsinhar tal-port tkun riġenerata. L-istrateġija hija mibnija fuq tliet objettivi, jiġifieri: it-titjib tal-kapital soċjali, it-titjib tal-ambjent urban u żieda fl-attrazzjoni tan- negozju. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn id-dokument li qed jippreżenta l-Gvern għall- konsultazzjoni pubblika li tagħlaq fis-16 ta' Novembru: Aktar opportunitajiet ta' xogħol; trasport issussidjat u servizzi aħjar L-istrateġija titkellem dwar il- bżonn li titwaqqaf 'koperattiva' bl-għan li tipprovdi l-istruttura organizattiva li hemm bżonn biex jinħolqu opportunitajiet ta' xogħol fil-Kottonera. L-istess koperattiva għandha tieħu ħsieb issaħħaħ is-servizzi soċjali ta' appoġġ. Dan hekk kif waqt li qed titħejja l-istrateġija kien innutat li ma hemm l-ebda faċilità ta' Klabb 3-16 u anke hemm nuqqas "serju" ta' faċilitajiet għall-kura tat-tfal viċin ċentri residenzjali. "Dan jeħtieġ li jkun indirizzat u kkumplimentat minn trasport issussidjat lejn u minn postijiet tax- xogħol, identifikazzjoni ta' postijiet għat-taħriġ fil-Kottonera u anke użu aħjar u sħiħ tal-faċilitajiet soċjali u komunitarji eżistenti." L-istrateġija tisħaq ukoll dwar il-bżonn ta' aktar flessibbilità fis-servizzi sportivi u ta' appoġġ. L-istrateġija tisħaq li dan ifisser li faċilitajiet bħaċ-'child care centres' u ċ-ċentri ta' matul il-jum u matul il- lejl għall-anzjani, jinfetħu għal aktar sigħat, inkluż fil-btajjel pubbliċi. Appoġġ soċjali aktar wiesa' lill-istudenti…iżda mhux biss L-istrateġija tinnota li hemm bżonn jitnaqqas l-assenteiżmu fl-iskejjel u għalhekk tipproponi li ssir evalwazzjoni kwalitattiva tal-fatturi li qed iwasslu biex student jaqbżu l-iskola u anke tipproponi l-miżuri li hemm bżonn. Tisħaq dwar il-bżonn li l-istudenti li jieqfu mill-iskola kmieni, ikunu milħuqa aktar u jingħataw taħriġ vokazzjonali skont l-opportunitajiet tax-xogħol fiż-żona. "Il-ħolqien ta' pożizzjonijiet ta' apprentistat ma' entitajiet governattivi u kumpaniji privati għal żgħażagħ fi ħdan il-Kottonera u l-viċinanzi immedjati se jgħin fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri," ikompli jgħid id- dokument. Jgħid ukoll li jeħtieġ aktar korsijiet ta' ħiliet tal-ħajja fir-rigward tat-tmexxija tad-dar, tqassim ta' flus, imġiba u ħiliet bażiċi oħra u anke twaqqif ta' ċentri tal-kura tat-tfal biex jgħinuhom fl- edukazzjoni tagħhom. L-istrateġija tinsisti li anke l-istituzzjonijiet bħall-MCAST, l-ITS u l-Università joħorġu b'inizjattivi li jħajru aktar u jgħarrfu lill-istudenti mill-Kottonera b'korsijiet li jistgħu jieħdu. Apparti l-istudenti, l-istrateġija tindirizza wkoll appoġġ soċjali għan- nies ta' kull età. Fost oħrajn tisħaq dwar il-bżonn ta' aktar għajnuna lill-anzjani li jgħixu fid-djar tagħhom b'mod indipendenti. Użu aħjar ta' spazji vojta f 'bini pubbliku L-istrateġija titkellem ukoll dwar il-bżonn li jkunu użati spazji vojta f 'bini pubbliku, fosthom spazji fl- iskejjel li mhux qed jintużaw. Fost oħrajn, tirrakkomanda li spazju vojt fl-iskejjel primarji jista' jintuża biex jipprovdi ċentri għall- anzjani, inkluż matul il-lejl. Apparti l-istudenti, l-istrateġija tindirizza wkoll appoġġ soċjali għan-nies ta' kull età. Fost oħrajn tisħaq dwar il-bżonn ta' aktar: • għajnuna lill-anzjani li jgħixu fid-djar tagħhom b'mod indipendenti; • aktar aċċess għall-persuni bi bżonnijiet speċjali fil-faċilitajiet kollha; u • promozzjoni ta' anzjanità aktar attiva. Proprjetà bi prezzijiet raġonevoli u aktar inċentivi għax-xerrejja Il-Gvern qiegħed jipproponi li l-iżvilupp ewlieni fil-Kottonera għandu jwassal għall-provvista ta' akkomodazzjoni għall-but ta' kulħadd madwar l-erba' lokalitajiet. L-istrateġija tipproponi wkoll: • inċentivi għall-użu ta' djar abbandunati jew vojta • skemi għax-xerrejja li jixtru l-ewwel jew it-tieni darba biex jinvestu fi proprjetà fil- Kottonera • stħarriġ dwar min huma s-sidien tal-proprjetajiet u tal-art biex ikunu identifikati s-sidien ta' djar vojta L-istrateġija tesiġi wkoll titjib "urġenti" ta' akkomodazzjonijiet inferjuri minħabba l-fatt li dan għandu effett negattiv dirett fuq il-komunità. Tisħaq li jista' jkun hemm opportunitajiet għar- residenti biex jitgħallmu ħiliet biex ikunu involuti fil-manutenzjoni u t-titjib tad-djar tagħhom. Niċċa storika mdawra bil-baħar; x'qed Il-Kottonera sottoreġjun; apprezzament aħjar ta' siti ta' patrimonju Il-Gvern irid li l-Kunsilli Lokali tal- erba' lokalitajiet jingħataw is-setgħa li jkollhom irwol aktar proattiv fir- riġenerazzjoni tal-lokalità. Għalhekk l-istrateġija tipproponi li l-Kottonera titqies bħala sottoreġjun. Użu mill-ġdid tal-Forti Ricasoli… L-istrateġija tisħaq li siti bħalma huma l-Forti Ricasoli u siti oħra li ma għadhomx jintużaw fiż-żona tal-Waterfront, jistgħu jintużaw biex fihom jingħataw servizzi soċjoekonomiċi u joħolqu mpjiegi ġodda. Għalhekk l-istrateġija tipproponi wkoll li 'użu inkompatibbli' bħalma hija l-faċilità tat-tindif tat-tankijiet tal-vapuri, li 'potenzjalment tista' ddgħajjef ir-riabilitazzjoni tal-Forti" għandhom "jittaffew jew ikunu rilokati." Proġetti oħra jinkludu: • restawr u l-ftuħ tal-Cottonera Lines u s-Santa Margerita Lines; u • restawr tal-kappelli, imtieħen, statwi u niċeċ Id-dokument jisħaq ħafna dwar l-importanza li l-manutenzjoni wara t-tlestija tar-restawr għandha wkoll tkun parti essenzjali minn kwalunkwe ftehim, bl-għan li jkun assigurat l-użu tagħhom fit-tul. Għal dan il-għan, il-Kunsilli Lokali qed jipproponu dawn il-proġetti: • Birgu 1. Ir-restawr tal-faċċata tal-Berġa ta' Franza inkluż twaħħil ta' lift 2. Ir-restawr tal-faċċata tal-Berġa Ingliża inkluż it-twaħħil tal-lift • Isla 1. Ir-restawr tal-Bastjun u l-entratura ta' San Mikiel 2. Ir-restawr tal-Arloġġ tat-Torri 3. Ir-restawr tal-'arzella' f 'Villa Davies • Bormla 1. Ir-restawr tal-Mina ta' Santa Liena ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-Gvern ħejja strateġija għar-riġenerazzjoni tal-Kottonera, iff ukata l-aktar fuq il-komunitajiet li jgħixu fi ha. X'qed jipproponi l-Gvern għall-erba' lokalitajiet? Xi jridu r-residenti?