Illum previous editions

ILLUM 14 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 | illum 'ħajjitha...aktar u aktar wara mewtha Jobogħduha għax... • Ftit ġimgħat ilu l-Maġistrat Aaron Bugeja ppubblika rapport li sab illi ma kien hemm ebda evidenza li torbot Egrant Inc ma' Michelle Muscat. Aktar minn hekk sab ukoll li fuq id-dikjarazzjoni li suppost kienet turi illi l-kumpanija Egrant Inc. kienet ta' Muscat kien fiha firem foloz. Sab ukoll diskrepanza serja bejn dak li qaltlu Caruana Galizia u Efimova, b'tal-ewwel tgħid li kienet Efimova li wrietha d-dikjarazzjoni l-ewwel u Efimova tgħid li kienet Caruana Galizia li wrietha d-dikjarazzjoni l-ewwel. Għalkemm ir-rapport għadu mhux pubbliku fl-intier tiegħu, il-konklużjonijiet kienu pjuttost dannużi. Għal dawk li m'għandhomx grazzja jew saħansitra jobogħdu lil Caruana Galizia din l-istorja kixfet il-qerq ta' dik li jarawha bħala blogger u strateġista tal-Partit Nazzjonalista. Għal dawn ta' Egrant kienet fabrikazzjoni magħmula biex tneħħi gvern elett demokratikament. Għalhekk il- konklużjonijiet issodaw l-idea jew perċezzjoni li Caruana Galizia ma kinitx ġurnalista, imma aġent tal-mibgħeda u l-gideb. • Imma ħafna qabel Egrant, Daphne Caruana Galizia kienet qed tiżvela dettalji dwar il-kanċer ta' Alfred Sant, kienet qed tippubblika dettalji dwar iż-żwieġ tiegħu u tikteb analiżi sħiħa dwar il-parrokka tiegħu. L-isparaturi politiċi tagħha lejn Sant kienu personali u parti minn kampanja li permezz tagħha l-immaġini ta' Sant tiġi mtebba'. Imma, Sant mhux l-uniku wieħed. Caruana Galizia rriservat l-agħar attakki fuq kull mexxej Laburista. Meta miet l-ikona Laburista Dom Mintoff hija qalet hekk: 'Glory, Glory Hallelujah...Dom Mintoff kien disgustanti u raġel ta' mibgħeda, miġnun assolut, il- Muammar Gaddafi ta' Malta u ejja ma nippretendux mod ieħor għax miet...' Dan ifisser illi Caruana Galizia ħaditha kontra dak li għal ħafna nies kien meqjus kważi Alla u definittivament meqjus minnhom bħala salvatur. • Fil-każ ta' Joseph Muscat u allura dak il-mexxej li bħalissa u għal dawn l-aħħar snin kellu appoġġ massiċċ fil-pajjiż, l-artikli u l-kritika ma baqgħetx limitata għall-politiku nnifsu iżda nfirex fuq il-mara u t-tfal. Daphne Caruana Galizia kienet kitbet diversi drabi tgħid l-ismijiet Etoile u Soleil huma taż- żufjett, apparti li kitbet bosta artikli oħrajn illi fihom iddieħket bl-istil ta' Michelle Muscat, bl-ilbies xi kultant estravaganti li tilbes u fejn mar jixtri x-xufier tagħha u naturalment akkużatha li hija sidt kumpanija fil-Panama. Għal dawk li jobgħodu, imma mhux biss, lil Caruana Galizia dawn kienu attakki mill-aktar faħxija għaliex huma mmirati lejn l-aktar innoċenti. Naturalment Muscat u l-PL uża din il-kritika biex jakkumula aktar simpatija lejh u lejn il-mexxej tiegħu u biex ibiegħed aktar lin-nies mill-ġurnalista, strateġija li fil-fatt kienet suċċess. • Dak li jogħġob lil bosta f 'termini ta' kitba u klassi, idejjaq u jnaffar oħrajn. Fil-fatt taħt l-istmerrija lejn Caruana Galizia mibnija fuq il-kontenut tal-artikli tagħha, kien hemm antipatija ovvja klassista wkoll. Minn dawk li ftit kellhom imħabba lejha bħala persuna Caruana Galizia kienet meqjusa mneħirha mxammar, 'minn Tas-Sliema', 'tal- pepè', 'kiesħa' u b'laqam kważi perpetwu ta' 'saħħara'. Ħafna kienu jaraw fiha dak kollu li huwa 'anti-Malti'. Kontra l-festi, kontra użanzi partikolari Maltin, kontra l-kaċċa, kontra l-mod kif jieklu u jilbsu l-Maltin. Anke jekk din kienet perċezzjoni, kienet perċezzjoni b'għeruq fondi ħafna mibnija fuq l-idea li minkejja kollox Daphne kienet tappa importanti f 'establishment li kien ilu fil-gvern kważi 25 sena. • Il-qtil ta' Caruana Galizia ħadem il-kontra, fil-każ ta' dawn in-nies. Waqt li dan l-att barbaru tella' lil Caruana Galizia fuq pedestall ma' dawk li kienu u għadhom iħobbuha, il-mixjiet, stqarrijiet u l-azzjonijiet ta' luttu waslu għal riżentiment qawwi u li qed jiżdied fost dawk li qatt ma ġerħuha. Filwaqt li kulħadd kien ixxukkjat fil-bidu, iktar ma bdew jiżdiedu s-swaba' ppuntati lejn il-Gvern u iktar kemm tpoġġew xemgħat u fjuri, aktar żdied ir- riżentiment lejha. Dan probabilment huwa frott tal-fatt illi minkejja li ħafna mhumiex lesti qatt jaċċettaw l-att tal-qtil, lanqas jistgħu jaċċettaw li Caruana Galizia titpoġġa fuq pedestall. • U finalment, hemm sezzjoni ta' Nazzjonalisti li jobgħodu lil Caruana Galizia. Dawk li huma qrib Delia u li appoġġjawh kienu u għadhom jaraw lil Caruana Galizia bħala theddida lejn il-kariga ta' Delia. Fil-fatt għalkemm hi mejta, Daphne hija l-fattur ewlieni li qed iħalli lil Delia minn taħt f 'termini ta' popolarità. hekk: 'Glory, Glory mill-aktar faħxija fil-gvern kważi 25 sena.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 October 2018