Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274
12 Intervista illum | Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 Politiku veteran u wiċċ ġdid fil-politika 1. Il-Partit Nazzjonalista mhux qiegħed fl-aħjar stat bħalissa. Sondaġġi juru, kontinwament, distakk ta' aktar minn 50,000. Ma taħsibx li din is-sitwazzjoni mhix tajba għall-pajjiż? Ma rrid inneħħi xejn mill-mod xjentifku li bih isiru s-sondaġġi, iżda jien nemmen li t-tiġrija sal- barkun. Ir-rebħiet elettorali fihom infushom ma jfissru xejn jekk il-Gvern ma jibqax jaħdem u jistinka ta' kuljum biex iwettaq dak li l-poplu qed jistenna mingħandu. Il-popolarità ta' dan il- Gvern ġejja proprju mill-fatt li r-rebħiet storiċi li kiseb qatt ma telgħulu għal rasu. Eżempju ċar tal-umiltà li jimxi biha dan il-Gvern huwa proprju l-mod iggalbat li Joseph Muscat u Evarist Bartolo solvew il-kwistjoni mal-MUT il-ġimgħa li għaddiet. Differenti ħafna minn kif kien jimxi l-Gvern Nazzjonalista meta kellu maġġoranza ta' ħames siġġijiet u kien jaħseb li jista' jgħaddi romblu minn fuq kulħadd. Naqbel miegħek li l-pajjiż għandu bżonn ta' oppożizzjoni serja. Anzi, nixtieq inżid li l-poplu jixraqlu li jkollu oppożizzjoni kostruttiva li tissuġġerixxi soluzzjonijiet minflok togħrok idejha quddiem il-problemi li jinqalgħu. Onestament jiddispjaċini bħala Malti li nara isem pajjiżi jiġi mkasbar barra minn xtutna mill-Ewroparlamentari Nazzjonalisti. 2. Bħala kandidat tal-PL kif tindirizza lil dawk li ma tantx jinsabu kuntenti bis-sitwazzjoni tal-ambjent f 'pajjiżna. X'se tgħidilhom biex tikkonvinċihom li l-PL verament għandu għal qalbu l-wirt naturali ta' pajjiżna? Ma rridux ninsew li dan il-Gvern kellu l-kuraġġ li jelimina darba għal dejjem il-'power stations' ta' Delimara u tal-Marsa li kienu jaħdmu bl-aktar żejt li jħammeġ fid-dinja. Dan kien pass kbir 'il quddiem fil-kwalità tal-ħajja tan-nies tal-Marsa, tal-Fgura, tal- Kottonera u tal-lokalitajiet tal-madwar li għalihom, in- nugrufun u l-arja mniġġsa sa ftit tas-snin ilu kienu parti mill-ħajja ta' kuljum tagħhom. Inizjattiva bħall-istabbiliment ta' Ambjent Malta bi pjan ċar biex nerġgħu niġġeneraw l-ambjent mitluf u biex dak kollu li jħassar l-ambjent jitnaqqas, il-kampanja biex Malta tiġi l-ewwel pajjiż fid- dinja ta' "plastic free ocean country" u l-opportunitajiet għal żvilupp ta' rziezet li jaħdmu bis-sistema solari, huma eżempji ċari ta' Gvern li għandu għal qalbu l-ambjent. F'dak li għandu x'jaqsam mal-qasam tal-kostruzzjoni, naħseb li għandna naħdmu aktar sabiex insibu bilanċ aħjar. Iċ-ċokon ta' pajjiżna jfisser li ma nifilħux għal żvilupp li ma jkunx sostenibbli u għal żvilupp li ma jkunx tassew ippjanat tajjeb. Ħafna drabi huma dawn is-sitwazzjonijiet li joħolqu kontroversja u li jdejqu lin-nies. 3. Tidħol għand familja. Jgħidulek "hawn ma nistgħux norqdu. Kuljum ġlied, bejn il-barranin. M'għadux sigur hawn.' X'se tgħidilhom u x'soljev toffrilhom lil dawn in-nies? Naħseb li l-Maltin u l-Għawdxin għandhom id-dritt li jgħixu fis- sigurtà u b'serħan il-moħħ. Il-maġġoranza l-kbira tal-barranin li jgħixu f 'pajjiżna huma ħaddiema beżlin li mingħajrhom ikollna problema serja biex insostnu s-setturi kollha tal-ekonomija tagħna; mis-settur tal-gaming għall-finanzi, mill-qasam tas-saħħa għal dak tal- kostruzzjoni u t-turiżmu. Madankollu, aħna wkoll poplu li jgħożż ir-rispett tal-paċi pubblika. Il-ftit li ma jirrispettawx il-liġi jispiċċaw jitfgħu dawl ikrah ħafna fuq il-ħaddiema ġenwini. Bħalma qiegħed isir ġewwa l-Marsa, preżenza aktar viżibbli tal- pulizija għandha tnaqqas l-inċidenza ta' ksur tal-paċi pubblika. San Pawl il-Baħar, il-Marsa u Birżebbuġa ma għandhomx ikunu anqas siguri minn bliet u rħula Maltin u Għawdxin oħrajn. 4. Numru ta' Laburisti għal darb'oħra qed jgħidu illi mhux se jivvutaw fl-2019 għax inqabżu jew "ġew injorati" mill-partit. Kemm qed tiltaqa' ma' dawn it-tip ta' votanti? Din mhux kwistjoni ta' Laburisti jew Nazzjonalisti. Jien persuna li dejjem nipprova nsib soluzzjoni għal kull min javviċinani b'xi problema. Ċerti sitwazzjonijiet idumu ma jiġu solvuti minħabba burokrazija jew minħabba nuqqas ta' kommunikazzjoni effettiva mal-awtoritajiet kompetenti u mhux minħabba nuqqas ta' rieda tajba min-naħa tal-entitajiet. Madankollu rridu nifhmu li għall- individwu, il-kwistjoni tiegħu tkun l-aktar ħaġa importanti f 'dak il-mument, speċjalment jekk din il- ħaġa tkun qed taffettwalu l-ħajja tiegħu ta' kuljum. Għalhekk nemmen li qatt mhu biżżejjed li nsaħħu d-dipartimenti tal-'customer care' fil- ministeri u fl-awtoritajiet, innaqqsu l-burokrazija u nsibu s-soluzzjonijiet għaċ- ċittadini tagħna. 5. Tidħol għand familja Laburista illi tħoss li l-bidliet fil-liġi tal-IVF b'aktar bajd iffriżati qed jiftaħ il-bibien għall-abbuż mill-ħajja umana. Kif se tikkonvinċihom li l-Gvern għamel dak li hu sew? Din mhux kwistjoni ta' partit jew ieħor. Vera li hawn min, ġenwinament, ikollu ċerti riservi iżda quddiem il-ferħ u l-imħabba li ġġib magħha tarbija ġdida fil-familja, ix-xettiċiżmu dejjem iċedi postu għall- kuntentizza. Min jgħaddi minn dan il-kalvarju jaf xi tfisser id-dieqa tal-qalb li tkun tixtieq l-ulied. Ma' dawn il-familji nżid ukoll lil dawk il-ġenituri li jiddeċiedu li jadottaw tfal bħala uliedhom. Dan il-Gvern qed jgħin mhux ftit biex jappoġġa lil dawn il-familji fid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom. 6. Tidħol għand familja b'paga minima li qed tħallas madwar 50% mill- paga f 'kirja. Jgħidulek li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja u msallbin. X'tgħidilhom? Inħoss li għandna naħdmu aktar f 'dan ir-rigward. Għandna nies li qegħdin jgħixu fil-biża' li ma jkollhomx saqaf fuq rashom fl-aħħar tax-xahar għax ma jistgħux ilaħħqu mal- kirjiet dejjem jogħlew. Il- kwistjoni tweġġagħni aktar meta xi sidien jabbużaw mis-sistema u ma joffrux kuntratti tal-kera biex jevitaw li jħallsu t-taxxa. Dan ifisser li għandna familji li lanqas biss qed jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera għax saħansitra m'għandhomx kuntratt li juri li qed jikru. Din mhux sitwazzjoni aċċettabbli u għandha tiġi rregolata llum qabel għada. Il-Gvern diġà qed jaħdem sabiex jipprovdi aktar minn 1,100 appartament ta' housing soċjali ġdid b'investiment ta' aktar minn mitt miljun ewro, anke grazzi għal fondi miġbura mill- programm ta' ċittadinanza b'investiment. Dan il-Gvern se jkun qiegħed ukoll jirresponsabilizza mingħajr ma joħnoq is-suq tal-kirjiet. 7. Tidħol f 'dar ta' kaċċatur jew nassab u jgħidlek "jien x'nivvota nagħmel jekk il-kaċċa dejjem taħt attakk mill-UE?" X'se tgħidlu biex tikkonvinċih? Il-kaċċaturi kollha jafu li l-Partit Laburista minn dejjem kien onest magħhom u dejjem ħadem biex jissalvagwardja d-delizzju tagħhom. L-onestà ma tixtrihiex bil-kliem. Wieħed irid jagħti xhieda tagħha bil-fatti. Bħalma dejjem sar, il-Membri Parlamentari Laburisti se jkunu qed jagħmlu dak kollu possibbli biex il-kaċċaturi Maltin u Għawdxin ma jiġux trattati b'mod inqas vantaġġjuż minn kaċċaturi Ewropej. 8. Għal ħafna, inti wiċċ ġdid fil-politika. Kif se tikkonvinċi lil dawk li tidħol għandhom u jgħidulek li ma jafukx u jsaqsuk għaliex għandhom jafdawk? Għalkemm din hija l-ewwel darba li ser inkun qed nikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, jiena m'iniex ġdid fjamant fi ħdan il-partit u anke fi ħdan il-GWU. Nemmen ħafna fl-impenn u fil- lealtà, u fil-fatt, dan huwa l-islogan tal-kampanja tiegħi. Din mhijiex xi wegħda li qiegħed nagħmel illum għax kull min jafni jista' jgħid li ili nwettaq dan l-impenn għal dawn l-aħħar 14-il sena, minn mindu kelli karigi uffiċjali. Fl-aħħar żewġ elezzjonijiet ħdimt qatigħ flimkien m'oħrajn fil-grupp tal- istrateġija tal-Partit u kburi ħafna li kkonvinċejt lil bosta biex jafdaw lil Joseph Muscat u llum ma jiddispjacihomx minn dik l-għażla. Francis Zammit Dimech eks Ministru gvernijiet Nazzjonalisti u -aħħar sena rappreżentant tal-poplu l-Parlament Ewropew. James Grech, sa ftit xhur ilu kien direttur tal-Bank of Valletta u issa kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew. Wieħed veteran u l-ieħor wiċċ riċenti l-politika, iżda l-25 ta' Mejju li ġej, it-tnejn li huma joqogħdu għall-ġudizzju tal-poplu. L-ILLUM tkompli tiltaqa' ma' dawk li jridu jsiru MEPs u tistaqsihom il- mistoqsijiet li qed jistaqsu n-nies djarhom. James Grech