Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274
15 Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi MINKEJJA li fl-aħħar ġimgħat reġgħet qamet diskussjoni dwar il-'gentlemen's clubs' din il-gazzetta tinsab infurmata li l-proċess ta' regolarizzazzjoni għadu lura ħafna, tant li għadhom lanqas biss bdew il-laqgħat inizzjali biex jibdew jitfasslu l-linji gwida. Sors qrib sew tal-industrija tad-divertiment u sorsi oħra viċin il-Gvern sostnew ma' din il-gazzetta li minkejja diskors dwar regolarizzazzjoni, s'issa ftit li xejn għadu sar. Jidher li dan id-dewmien huwa frott il-fatt li hemm ħafna 'stakeholders,' fosthom Ministeri differenti li jitrattaw mhux biss in-negozju, pero wkoll il-kwistjonijiet ta' drittijiet ta' xogħol u l-kwistjoni tal-ġeneru u abbuż li jista' jinħoloq f 'dawn il-clubs. Apparti minn hekk, minħabba li l-maġġoranza ta' dawn l-istabbilimenti jinsabu f 'Paceville, ifisser li d-diskussjonijiet jeħtieġ jinkludu wkoll 'l-istakeholders' ta' din iż-żona, fosthom il-Kunsill Lokali, il-Kunsill Amministrattiv u anke negozji oħrajn fil-madwar li jgawdu minn iktar negozju minħabba dawn l-istabbilimenti. Minkejja dan kollu, f 'Awwissu tas-sena li għaddiet f 'intervista fuq TVM, il-Ministru għat- Turiżmu Konrad Mizzi kien qal li l-abbozz ta' liġi kien qed jiġi mfassal u kellu jitressaq quddiem il-Parlament sal-aħħar tas-sena li għaddiet. Tant hu hekk, li l-Konsulent tal-Ministeru, George Micallef, fil-preżenza tal-Ministru Mizzi, kien indika x'se jkunu wħud minn dawk il-linji gwida li s-sidien tal-'gentlemen's clubs' se jkunu obbligati li jsegwu. Fost dawn semma d-distinzjoni li għandha ssir bejn l-imġiba u l-ilbies tat-tfajliet li jiżfnu fuq il-palk u dawk li jiżfnu fuq l-imwejjed, il-projbizzjoni ta' kmamar privati u anke limitazzjonijiet fuq iż-żoni fejn dawn l-istabbilimenti jistgħu jiftħu. Kien qal ukoll li se jkun hemm obbligu fuq l-operaturi li jikkomunikaw bil-miktub il-kodiċi tal-imġiba taż-żeffiena u anke u l-kodiċi tal-imġiba tal-klijent biex dawn ikun jaf kif għandhom iġibu ruħhom. Preżentament, il-'gentlemen's clubs' jaqgħu taħt il-liċenzja tal-ħwienet fil-kategorija tal-ikel. Il-pjan kien li jkun hemm liċenzja speċifika għal dawk l-istabbilimenti li joffru divertiment tard bil-lejl, b'sotto kategorija għad-divertiment tal- adulti, li taħthom ikunu jaqgħu 'il-gentlemen's clubs.' Fl-aħħar ġimagħtejn, din il-gazzetta rrappurtat dwar dawn l-istabbilimenti wara li l-Imħallef Edwina Grima reġgħet qajmet id-diskussjoni wara li ħeġġet lill-awtoritajiet biex ifittxu jirregolaw dawn il-clubs. Din il-gazzetta fakkret kif ir-regolarizzazzjoni ta' dawn l-istabbilimenti kien semmiha għall-ewwel darba Edward Zammit Lewis meta kien Ministru għat-Turiżmu fl-2016. Il-President tas-sezzjoni tal-GRTU għas-setturi tat-turiżmu, l-ospitalità u d-Divertiment, Philip Fenech, ukoll kien ikkonferma ma' din il-gazzetta li l-proċess għar- regolarizzazzjoni għadu fi stadju bikri, anke jekk sidien ta' żewġ stabbilimenti qalu li jaqblu li l-clubs tagħhom jiġu rregolarizzati. Apparti minn hekk, il-Ħadd li għadda, din il-gazzetta ċempel wieħed mill-aġenti li jissupplixxi lil dawn il-clubs Maltin bit-tfajliet. Irriżulta li kull tfajla tiswa lis-sid lis-sid €20 kuljum fit-terminu tal- ewwel kuntratt ta' ġimagħtejn u hija hi li tiddeċiedi jekk il-kuntratt għandux ikun imġedded. Dawk li jaqblu illi għandhom ikunu rregolati qed jinsistu li dan il-proċess għandu jpoġġi kollox fid-deher u jnaqqas l-abbuż. Min-naħa l-oħra dawk li ma jaqblux, fosthom diversi għaqdiet tan-nisa u anke l-Kummissarju għall- Ugwaljanza Renee Laiviera jinsistu illi hemm rabta qawwija bejn dawn il-clubs, il-kriminalità, il-prostituzzjoni u t-traffikar tan-nisa u għalhekk għandhom jingħalqu u mhux ikunu rregolati. Aħbarijiet Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 | illum REGISTER OF BENEFICIAL OWNERS ATTENTION ALL FOUNDATIONS & ASSOCIATIONS As Per the Regula�ons in Legal No�ces 375 & 376 of 2017: ALL FOUNDATIONS & ASSOCIATIONS ARE REQUIRED TO SUBMIT INFORMATION PERTAINING TO THEIR BENEFICIAL OWNERSHIP TO THE REGISTRAR FOR LEGAL PERSONS, AT THE PUBLIC REGISTRY, AT IDENTITY MALTA. The Regula�ons came into effect as from the 1 st of January 2018, to implement Direc�ve (EU) 849/2015 on the preven�on of the use of the financial system for the purposes of money laundering or terrorist financing. Please note as follows: All founda�ons & associa�ons, sports organisa�ons, coopera�ves & any other organisa�on, not being exempted in the said Regula�ons, WHETHER REGISTERED OR NOT in terms of any law, & WHETHER ESTABLISHED BEFORE OR AFTER 1 st January 2018, are required to comply. Informa�on on the legal term 'beneficial ownership' & on the method of submission of the required form may be obtained from the website of the Registrar for Legal Persons h�ps://iden�tymalta.com/legalpersons. The form to be ini�ally submi�ed is Form 1 – Submission of Ini�al Informa�on, which is found on the same webpage. For further informa�on, kindly contact the Office of the Registrar for Legal Persons, at the Public Registry, Malta, Evans Building Level 1, Merchants Street, Valle�a, via telephone on 25904108/9 or via email to hilary.grech@gov.mt & rochelle.magri@gov.mt ALL ORGANISATIONS ARE URGED TO COMPLY WITHOUT DELAY Regolarizzazzjoni 'gentlemen's clubs': Għadhom lanqas biss bdew id-diskussjonijiet ....huma diversi l-għaqdiet, il-kunsilli, il-Ministeri u s-sidien imma d-diskussjonijiet dwar ir-regolarizzazzjoni għadhom lura ħafna...