Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274
17 17 Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 | illum H awn min jaf jinżel fil-baxx. Kapaċi jsir karikatura mostruża. Lest ifarrak lil ħaddieħor għall-egoiżmu tiegħu. Kilba bla rażan għax dejjem irid. Ma jibqax jara u l-ħin kollu preparat biex jgħaffeġ fuq kollox u fuq kulħadd. Stat ta' moħħ marid. Insigur u allura l-unika triq hi li jsir gaffa u jgħaffeġ fuq kulħadd b' detriment għal ħaddieħor. Jiddisprezza l-verità basta jiġbor il-voti. Xejn ma jibqa' fid- dlam, u kollox jinkixef u l-kuntratturi xi darba jikxfuh. Jaf ikun gustuż u ħelu, filfatt b'ħalqu dejjem imċarrat taf taħsbu buffu tal-kummiedja. B'entużjażmu jaf minn fejn għandu jgħaddi u bl-għeruq infondati, taf tibqa' barra int. Arah joħodlok b'idejk, l-aktar fejn ikun hemm in-nies biex jidher ġentili, però joħorġu l-ilsna tan-nar fil-magħluq jekk kemm-il darba ma taqbilx mal- opinjoni tiegħu. Żaqqu mimlija bih innifsu, avolja qatt m'għamel xejn. Tas-sengħa, jaf jilbes maskla u jaf ikun ħabib kbir, sakemm jonqoslok il-poter u jarmik ġo skip. L-unika ħila li għandu forsi biex iparla. Ħila tabilħaqq mitruħa. Dejjem idur mal-lewża u jitkellem bil-lingwa ta' skont min ikun quddiemu. Il-qerq tiegħu jaf ikaxkar lil min hu dgħajjef u lil min ma jafx l-affarijiet. Jaf ibellagħha li jrid l-għaqda, għax kliemu jaf ikun ħelu daqs iz-zokkor, avolja għandi d-dubji jekk melħa f 'moħħu qajla għandux. L-akbar biża' tiegħu hija l-verità u jitwerwer meta jisma' b'ħidmet ħaddieħor favur il-batut, u ż-żgħir. Ħsiebu biss huma l-voti u li jissiġilla s-siġġu fl-elezzjoni li jmiss. Lin-nies jarahom voti f 'garżella. Sfortunatament, mostrużi dil-kwalità, lanqas tgħaddilhom minn moħħhom li teżisti l-kelma 'qaddej', avolja propju għalhekk qegħdin fejn qegħdin. Mostrużi dil-kwalità moħħhom dejjem itektek fil-prestiġju fieragħ. Tinnuthom iffissati f ' kull ħin u f ' kull mument biex jidhru wara xi camera jew fil-filliera ta' quddiem. Dixxerniment Qajla tiswa d-dehra ta' barra u għalhekk nsitiednek dejjem tagħmel dixxerniment qabel tmur tivvota. Xi wħud jafu jġibu ruħhom skont l-udjenza li jkollhom. Mhux dejjem tagħraf x'hemm moħbi taħt. Wiċċhom qagħad sew, u għall-vot tiegħek kapaċi jġibu ruħhom ta' Fariżej. Qatt ma semgħu bil-kelma sinċerità u l-verità li taparsi jipproġettaw iċċedi f 'qasir żmien u allura tinkixef l-artifiċċjalità. Dawn il-bnedmin fil- qiegħ ta' qalbhom huma rġiel bla sinsla, beżżiegħa u bla qlubija. Kapaċi jieħdu l-udjenza f 'idejhom b'dik il-vuċi għolja, taparsi ħabib ma' kulħadd, biex l-udjenza tiggustah. Hawn toħroġ personalità dgħajfa li kontinwament jaħbi n-nuqqas ta' siġurtà li għandu. Sfortunatament, l-għadd ta' bnedmin dil- kwalità jkomplu joktru. Għax fil-verità hu qed jagħti l-idea li rnexxa u dejjem tiela', tiela'... Qatt ma nista' nsejjaħlu mudell fis-soċjetà tagħna. Min isegwi mudell dan it-tip, ikun qed iżid l-inġustizzji... u jkun qiegħed iċaħħad il-verità minn ruħu stess. Biex tasal timita mudell bħal dan, qajla baqagħlek skrupli. Jien ma nimitax, landa msadda. O Alla agħtini sinjal Meta s-soċjetà tħares 'il fuq lejn dawn it-tip ta' bnedmin, huma stess ikunu jinsabu f 'qagħda tal- waħx. L-identità ta' rġulija tixxejjen qatigħ. Dawn it-tip ta' bnedmin huma protagonisti biex iġibu qasma fil-grupp li jkunu jappartjenu fih. Moħħhom kontinwament ikejjel, mhux x'sejjer jiggwadanja l-partit, jew in-nies, imma x'ser jiggwadanja HU minn din is-sittwazzjoni. Din ukoll tissejjaħ vjolenza. Hija forma oħra ta' vjolenza, fejn għalih din saret il-ħobża ta' kuljum. Din il-qagħda baxxa tmermer lil grupp/partit/ knisja/soċjetà li fih inti tillimita. Int ma jistħoqqlokx tibqa' fi ħdan dan il-grupp. Żmienek għadda. Il- preżenza tiegħek qiegħda ddejjaq bis-sħiħ lil bosta li ndunaw bl-imġiba tiegħek. Il-preżenza tiegħek qiegħda sservi biex tmarrad lir-ruħ sakemm toqtolha. "Nippreferi ġimgħa bilwieqfa, milli għomri għarkopptejja". Għall- kuntrarju, dan il-mostru kapaċi jilgħaq it-trab tal- art. Moħħu duħħan, ħsiebu li jkun iċ-ċentru f 'kull ċentru, fotokopja patetika ta' ħaddieħor... basta jirbaħ! Bosta jistaqsu l-istess domanda: Għaliex il-ħażin jirrenja? Din id-domanda nistaqsiha jien ukoll. Inħares 'il fuq u nitlob 'l Alla jagħtini sinjal. U jien u nistenna s-sinjal, nirrepeti vers minn ta' Dun Karm Psaila "Agħti kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha." Opinjoni IVAN BARTOLO Brutus I l-politika dwar l-iżvilupp sostenibbli tfisser li f 'dak li nagħmlu għandna nħarsu fit-tul: inħarsu 'l bogħod u niżnu sewwa l-konsegwenzi ta' dak li jkun ippjanat. Id- definizzjoni li Bruntland, li kienet Prim Ministru soċjal demokratiku tan-Norveġja, mexxiet 'il quddiem fir-rapport konklużiv tal-Kummissjoni Dinjija dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp Our Common Future (1987) hi ċara ħafna: li naqdu l-ħtiġijiet tal-lum mingħajr ma nikkompromettu lill-ġenerazzjonijiet futuri meta dawn ifittxu biex huma wkoll jilħqu l-aspettattivi tagħhom. Din id-definizzjoni spiss jikkwotawha, imma meta jasal il-waqt għall- implimentazzjoni tagħha l-affarijiet ġeneralment jiżviluppaw b'mod differenti. Ħafna drabi nispiċċaw inħarsu sal-ponta ta' mneħirna, mil-lum għal għada, b'mod li jkunu mwaqqa' għar- redikolu d-dikjarazzjonijiet kollha li jsiru favur l-iżvilupp sostenibbli. Sa mill-1987 Gro Harlem Brundtland ġibditilna l-attenzjoni tagħna għal dan. Fir-rapport tagħha, ir-rapport Bruntland, fil-fatt temfasizza li "aħna nġibu ruħna b'dan il-mod minħabba li ma jistgħu jagħmlulna xejn: il-ġenerazzjonijiet futuri m'għandhomx vot; m'għandhomx saħħa politika jew finanzjarja; ma jistgħux jikkontestaw id-deċiżjonijiet tagħna." Kienet għal din ir-raġuni li f 'isem l-Alternattiva Demokratika, fl-2012 kont ipproponejt li kellu jinħatar Gwardjan għall- Ġenerazzjonijiet Futuri. Oriġinalment din kienet proposta li Malta stess kienet ippreżentat waqt il-laqgħat preparatorji tas-Summit Ambjentali ta' Rio li kien sar fl-1992. Il-proposta ta' Alternattiva Demokratika kienet ġiet aċċettata minn Mario Demarco, dakinhar Ministru għall-Ambjent. Il-post inħoloq bħala parti mill-provedimenti tal-Att dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2012, imma sfortunatament sa mill-bidu nett ftit ġew allokati riżorsi biex il-Gwardjan għall- Ġenerazzjonijiet Futuri jkun jista' jaġixxi llum biex (forsi) għada jkun aħjar. Il-Kav Maurice Mizzi li preżentment imexxi l-Gwardjan għall- Ġenerazzjonijiet Futuri riċentement ħareġ stqarrija li permezz tagħha kien kritiku ħafna tal-proġett tad-db f 'Pembroke. Għamel sewwa. In-nuqqas ta' pjan (masterplan) għaż-żona kien jiġġustifika li l-proġett ma jimxix 'il quddiem, tal-inqas għalissa, insista l-Kav Mizzi, sakemm jitħejja dan il-pjan. Mizzi kompla jargumenta, għan-nom tal-Gwardjan għall-Ġenerazzjonijiet Futuri, li hemm ħtieġa li nagħtu iktar importanza lill-opinjonijiet tan-nies komuni b'mod li dawn ikunu jistgħu jħossu li tabilħaqq jistgħu jħarsu kemm il- kwalità tal-ħajja kif ukoll id-drittijiet tagħhom. Mingħajr ma nnaqqas mill-mertu u l-importanza tal-istqarrija tal-Gwardjan tal- Ġenerazzjonijiet Futuri dwar il-proġett tad-db f 'Pembroke tajjeb li nosservaw li ftit li xejn smajna dwar affarijiet oħra min-naħa tal-Gwardjan. Il-lista tar-responsabbiltajiet tal-Gwardjan hi waħda twila u li kieku kellhom jittieħdu passi dwarhom il-post ta' Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri jkun ferm iktar minn wieħed ta' valur simboliku, kif ġie deskritt riċentement minn sezzjoni tal-media. Ir-responsabbiltajiet tal- Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Futuri huma (fil-liġi) miġbura f 'għaxar oqsma li jvarjaw mill- ħtieġa li jmexxi ' quddiem il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli hija u titfassal il-politika, il-leġislazzjoni u l-ħidma, li jinkoraġixxi lis-settur privat biex hu wkoll jaddotta prattiċi ta' żvilupp sostenibbli kif ukoll li jiffoka fuq l-uffiċċju tal-Prim Ministru biex iħeġġu jħares il-ġenerazzjonijiet futuri. Sitt snin wara l-ħolqien tal-uffiċċju tal-Gwardjan tal- Ġenerazzjonijiet Futuri wasal iż-żmien li dan jiċċaqlaq ftit iktar u jitkellem b'vuċi ċara u li tinstema' sewwa dwar kull materja li għandha impatt fuq il-ġenerazzjonijiet ta' għada. Sfortunatament, sal-lum, dan ftit li xejn sar għajr għall- istqarrija dwar il-proġett tad- db f 'Pembroke. Dan mhux biżżejjed. M'għandix dubju li l-Gwardjan tal- Ġenerazzjonijiet Futuri jixtieq jagħmel iktar, imma ma jistax għax ma tawhx ir-riżorsi meħtieġa. Mhux illum, iżda sa mit-twaqqif tiegħu. Il-Gwardjan tal- Ġenerazzjonijiet Futuri għandu potenzjal kbir li, iżda, sfortunatament, dan għadu ma ġiex żviluppat. Issa hu l-waqt li dan isir. Il-ġenerazzjonijiet futuri jeħtieġu l-għajnuna tagħna llum. CARMEL CACOPARDO Il-gwardjan tal-ġenerazzjonijiet futuri