Illum previous editions

ILLUM 14 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 | illum minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew Valletta FC Futsal kitbu l-istorja meta ħadu sehem fir-Rawnd Prinċipali tal- UEFA Futsal Champions League fis-Slovakkja. Huma temmew din l-esperjenza Ewropea b'punt mil-grupp li kienu nvoluti fih li kien jinkludi wkoll liċ-champions tas- Slovakkja, tal-Ażerbajġan u tal-Litwanja. Valletta fetħu l-impenji tagħhom b'telfa ta' 4-3 kontra ċ-champions Slovakki Lučenec. Fatali għat-tim Belti kienu tliet gowls li sofrew f 'anqas minn erba' minuti li wittew it-triq għat-telfa. Fattur ieħor li kien ta' detriment għat-tim Belti hu li tlieta mill-erba' gowls waslu minn sitwazzjonijiet wieqfa. Kienu Valletta li fetħu l-iskor wara 15-il minuta u 44 sekonda permezz ta' xutt ċentrali ta' Mohammed Elamari. Lučenec ġabu d-draw żewġ minuti wara meta Attila Fehervári għadda l-ballun taħt saqajn Tornike Bukia wara li rċieva minn free-kick. Valletta reġgħu marru minn fuq fit-tieni taqsima meta kien fis-26 minuta li Gia Nikvashvili ppersista f 'azzjoni personali u qassam għan-nofs lejn Camilo Gomez li skorja b'xutt mill-ewwel. It-tim Slovakk reġa' ġab id-draw man-nofs siegħa logħob meta din id- darba kien korner mil-lemin lejn Gustavo Steinwandter li għeleb lil Bukia b'xutt mill- ewwel mid-distanza. Lučenec marru minn fuq żewġ minuti wara meta Attila Fehervári rċieva l-ballun minn free-kick ieħor u skorja b'xutt li kien imxellef. L-iskor sar 4-2 fl-34 minuta b'azzjoni tajba mil-lemin ta' Ribeiro li qata' għan-nofs lejn Juraj Kuhajdík li skorja minn qagħda ideali. Il-kowċ Xavier Saliba għażel li juża l-flying keeper fl-aħħar minuti bit-tama li jitfa' aktar pressjoni fuq l-avversarji. Kien 42 sekonda mit-tmiem tal-ħin effetwat li Valletta naqqsu d-distakk bi kross mil- lemin ta' Dylan Musu lejn Gia Nikvashvili li għeleb lil Oberman, iżda ma kienx fadal ħin biżżejjed biex isalvaw il-logħba. Valletta lagħbu t-tieni logħba kontra Araz Naxvican tal-Ażerbajġan fejn kisbu draw prestiġjuż ta' 1-1 bil-gowl għall-Beltin jasal mit-Taljan Denis Di Maio. Dan sabiex Valletta temmew l-impenji tagħhom b'telfa kbira ta' 5-0 kontra ċ-champions Litwani FK Vytis. FK Vytis marru minn fuq wara biss 18-il sekonda b'konklużjoni fil- baxx ta' Guesinho Genigle li biha għeleb lil Tornike Bukia, wara li rċieva minn pożizzjoni ċentrali. Jurij Jeremejev irdoppja fir-raba' minuta bi free-kick b'saħħtu li ma tax ċans lil Bukia. Iċ-champions Litwani għamlu l-iskor 3-0 fid- 29 minuta meta Arsenij Buinickij deher jitlef il- bilanċ wara kuntatt ma' Jovica Milijic, bl-istess plejer jiskorja b'xutt b'saħħtu fin-naħa ta' fuq tax-xibka. Fl-aħħar minuti, l-kowċ Xavier Saliba għażel li jilgħab bil-flying keeper bit- tama li jnaqqas id-distakk, iżda kienu Vytis li skorjaw ir-raba' gowl fis-37 minuta, meta minn żball ta' Shota Chanukvadze, Japa skorja mid-distanza f 'lasta vojta. Il-Litwani ssiġillaw ir- rebħa 36 sekonda mit- tmiem b'xutt mill-bogħod ta' Justinas Zagurskas, wara azzjoni oħra li fiha Valletta kienu qed jilagħbu bil-flying keeper. L-ILLUM tkellmet mal- kowċ bravu u ħabrieki ta' Valletta Futsal Xavier Saliba li bħal dejjem kien mill- aktar disponibbli u tana dawn il-kummenti ferm interessanti: "Din kienet esperjenza oħra sabiħa u ta' min titgħallem minnha u diffiċli wkoll kif kien mistenni wara kollox. Biss però, fl-ewwel żewġ logħbiet ma ġbarniex dak li kien ħaqqna li niġbru għax kellna ċans kbir li nġibu draw u rebħa minflok telfa jew draw. L-ewwel logħba kontra l-'home team' ta' Lucenec kienet logħba bilanċjata ħafna li saħansitra sa kwart mit-tieni taqsima konna qed nirbħu bl-iskor ta' 2-1. Qlajna gowls evitabbli ħafna minn set-pieces li kienu faċli biex naqraw is-sitwazzjoni ta' kif kienu ħa jiżvolġu. It-tieni logħba kontra Araz kienet logħba oħra bilanċjata ħafna u fiżika wkoll sa tali punt li lilhom keċċielhom żewġ plejers ukoll. Ta' min jgħid li Araz huwa tim ta' esperjenza kbira f 'din il-kompetizzjoni u ġieli għaddew anke għar- rawnd suċċessiv. Konna sfortunati li f 'din il- logħba lqatna l-lasta 40 sekonda mit-tmiem fejn kellna ċans kbir ta' 'open score'. It-tielet u l-aħħar logħba kienet logħba ta' min ninsew malajr kemm jista' jkun. Lgħabna kontra Vytis - it-tim li kkwalifika għar-rawnd sussegwenti u aħna kellna lil Camilo Gomez sospiż li kienet telfa enormi għat-tim tagħna. Biss però, inżilna għal-logħba b'nuqqas ta' konċentrazzjoni u deher mill-bidu nett li ma konniex ħa nkunu fl-aqwa ġurnata tagħna. Ta' min jgħid li dan kien l-ewwel punt miksub għal Valletta fir-rawnd prinċipali u l-ewwel punt miksub minn kowċ Malti fl-istorja. Li nista' nżid li kollox ma' kollox, il-kampanja tagħna fiċ-Champions League tibqa' waħda pożittiva fejn minn sitt logħbiet, irbaħna tlieta, ġejna draw waħda u tlifna tnejn. Issa ndawru ħarsitna fuq ix-xena lokali, waqt li minn nhar il-Ġimgħa li għadda, bdejna niddefendu t-titlu mirbuħ minna matul l-istaġun li għadda. L-aħħar ħaġa li nixtieq ngħid hija grazzi lill- kumitat kollu, lill-istaff tekniku u lill-plejers tas- sagrifiċċji li għamlu biex din l-avventura setgħet tkun possibli. Fl-aħħar u mhux l-inqas, nirringrazzja lill-familji tagħna u lit-tfajla tiegħi tal-paċenzja. Inrodd ħajr ukoll lill- coaching staff tagħna fosthom lill-assistent kowċ u kowċ tal-goalkeepers Josef Borg u l-physical trainer, Karl Sciortino, fejn ta' min jirrimarka li huwa kollu Malti u fuq dan il-punt nixtieq inħeġġeġ lill-kowċis Maltin biex jemmnu aktar fihom infushom," temm jgħid Xavier Saliba. "Kienet esperjenza oħra sabiħa, diċli u li tgħallimna ħafna minnha" - Xavier Saliba Ritratti - Julian Calleja / Valletta FC Futsal Valletta FC Futsal s-Slovakkja Il-kowċ ta' Valletta FC Futsal Xavier Saliba s-Slovakkja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 October 2018