Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274
Sports 26 illum Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 'Ninsab determinata biex r-Repubblika Ċeka nagħti l-100% tiegħi kif nagħmel f 'kull ġlieda' - Diane Schembri minn Cristian Antony Muscat DIANE Schembri - kick- boxer ewlenija f 'pajjiżna u li bħalissa qed tipprepara bis-sħiħ biex fid-19 ta' Ottubru tirrapreżenta lil Malta barra minn xtutna fir- Repubblika Ċeka f 'kompetizzjoni li ġġib l-isem ta' 'Girl Power Tournament', fejn żgur li se tkun qed tagħmel unur u ġieh lil pajjiżna. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Minn dejjem kont inħobb l-eżerċizzju u nista' ngħid li kważi ppruvajt kull tip ta' sport. Kont waqaft għal żmien qasir u madwar ħames snin ilu ridt nerġa' nibda nagħmel xi ħaġa differenti għax kont inħoss li għadni ma sibtx dak l-isport li veru jogħġobni. Permezz ta' ħbieb, bdejt immur classes tat-Taekwondo fejn hemm sibt żvog u dixxiplina sabiħa. Wara sena, nittrenja sirt naf bil-klabb ta' Team Noel tal- kicboxing, k1 kif ukoll boxing. Interessajt ruħi u mort għal sessjoni ta' taħriġ fejn indunajt kemm kelli iktar fuq xiex naħdem. Dakinhar stess, Master Noel Mercieca nduna bil-potenzjal li kelli u minnhemm 'il quddiem komplejt bit-trejning biex nimxi aktar 'il quddiem. Il-kick-boxing huwa sport ta' dixxiplina, sagrifiċċju kif ukoll ta' sodisfazzjon! Wara biss tliet xhur li bdejt ma' Team Noel, il-master Noel Mercieca offrieli l-ewwel opportunità biex nidħol f 'kompetizzjoni tal-boxing kontra boxer b'esperjenza Claire Ciantar. Ma ħsibthiex darbtejn u aċċettajt dik l-isfida. L-ewwel ġlieda tal-karriera tiegħi nista' ngħid li kienet waħda tajba u b'riżultat viċin ħafna ta' 'split decision'. Kemm kelli ġlied s'issa dejjem sibt avversarji ta' livell għoli, u minn kull ġlieda tgħallimt ħafna u dejjem avvanzajt 'il quddiem. Minnhemm flimkien ma' Noel, bqajna naħdmu u nittrenjaw regolari fejn fl- opinjoni tiegħi waslitni għal waħda mill-isbaħ ġlidiet li kelli fil- boxing, kontra boxer lokali Mandy Cortis fejn għall- ewwel darba f 'Malta, il- ġlieda tagħna n-nisa kienet 'main event' ta' 6x3 li spiċċat b'riżultat ta' draw. Min-naħa tal kickboxing, l-ewwel esperjenza tiegħi kienet meta dħalt fil-World National Championship Tournament, fejn wasalt sal-finali ma' fighter mill- Eġittu, tlift b'riżultat viċin u ksibt it-tieni post fil- kompetizzjoni. F'Ġunju li għadda, kelli l-ewwel ġlieda kickboxing barra minn Malta f 'Belfast fl-Irlanda, li sirna nafu biha ġimgħa biss qabel u f 'temp ta' ġurnata tlajna, saret l-event u erġajna lura Malta. Sfortunatament, dik il- ġlieda twaqqfet fit-tielet rawnd minħabba qata' li kelli f 'rasi u kien hemm bżonn ta' punti. Dan ma waqqafnix milli nibqa' għaddejja għall- kompetizzjoni li kien imiss ftit ġimgħat wara, li kienet il-Promozzjoni tal- Gladiators Fight Night 20 li seħħet dan l-aħħar fl-20 ta' Lulju 2018. Dakinhar, kelli l-ewwel ġlieda K1 4x2 semi pro bla protezzjoni kontra fighter Taljana, li fiha ħriġt rebbieħa b'TKO fit-tielet rawnd. Ma nistax ngħid li l-kick- boxing huwa dixxiplina sportiva faċli! Bejn injuries 'l hemm u 'l hawn, sagrifiċċji, trejning iebes, xi ftit stress u eċitament qabel xi ġlieda ma jonqosx! U xi kultant dieta stretta biex tkun b'piż eżatt skont il-ftehim mal- avversarju qabel kull ġlieda. Sagrifiċċju mhux aħna l-atleti biss nagħmluh, iżda anke tal-familja u dawk il-persuni li jkunu qribna. U nirringrazzjahom għas- sapport u l-għajnuna kollha tagħhom u jagħmlu minn kollox biex kuljum inkun nista' nsib ħin għat-trejning. Bħalissa għaddejja bi trejning intensiv, qed naħdmu fuq stamina, power, teknika kif ukoll dieta bilanċjata. Dawn il-preparamenti ħa jwassluni għal sfida akbar fejn ħa nkun qed nirrapreżenta lil Malta barra minn xtutna fir-Repubblika Ċeka fid-19 ta' Ottubru bl-isem ta' 'Girl Power Tournament' bejn tmien nisa minn pajjiżi differenti madwar id-dinja. Ninsab determinata biex nagħti l-100% tiegħi kif nagħmel f 'kull ġlieda li jkolli. Din mhux se tkun kompetizzjoni faċli iżda naf biċ-ċert li ħa tkun esperjenza kbira u huwa unur għalija li ħa nkun parti minnha bl-għajnuna u s-sapport li dejjem kelli minn Master Noel Mercieca, il-kowċ tiegħi Terence Cilia u t-tim Kollu ta' 'Team Noel.'" Diane Schembri -azzjoni Ritratt - Lourdes Photography