Illum previous editions

ILLUM 14 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1039274

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet DAPHNE Caruana Galizia. Bħal nhar it-Tlieta sena ilu seħħet splużjoni li lilha ħallietha mbiċċra u lill-poplu maħsud. Anke jekk il-vittma kienet mara maħbuba minn bosta iżda mibgħuda minn bosta oħrajn, il-qtil tagħha kiesaħ u biered ħasad u sa ċerta punt għaqqad nazzjon. Naturalment dan ġara sakemm għadda x-xokk u reġgħet bdiet il-ħajja normali u Daphne Caruana Galizia reġgħet bdiet tattira l-istess tip ta' reazzjonijiet estremi, din id-darba anke f 'mewtha. Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma kienx l-ewwel tat-tip tiegħu, fil-fatt kienu seħħu madwar ħames inċidenti ta' karozzi bomba li l-ebda wieħed, sal-lum, għadu mhu solvut. Kien u għadu uniku iżda għaliex hija l-ewwel darba li seħħ qtil ta' ġurnalist f 'Malta u allura dan tefa' ħafna dawl u anke pressjoni fuq Malta, b'mod speċjali fil-Parlament Ewropew. Il-qtil ta' Caruana Galizia kien imxandar mal- erbat irjieħ tad-dinja, xi ħaġa li ma tantx għamlet favuri lir-reputazzjoni ta' pajjiżna. Daphne Caruana Galizia, kienet u għadha figura diviżiva li tqanqal emozzjonijiet estremi, ironikament bħall-aktar persuna li kienet tobgħod, jiġifieri l-eks Prim Ministru Laburista Dom Mintoff. Caruana Galizia tqanqal reazzjonijiet li huma bħal poli, wieħed naħa u l-ieħor in-naħa l-oħra. Fil-fatt matul din is-sena, ftit li xejn saru attentati ta' analiżi oġġettiva tal-mara, analiżi li tmur lil hinn mill-ammirazzjoni u t-tifħir ta' dawk li kienu jaqrawha, isegwuha u jieħdu dak li kienet tgħid bħala vanġelu u li kienu jaqsmu l-istess sentiment ta' klassi u politika liberali bħalha u dawk li jobgħoduha b'passjoni u li jaraw fiha l-antiteżi ta' dak kollu li jikkaraterizza lill-Malti. F'għeluq is-sena mill-qtil tagħha din il-gazzetta se tagħti ħarsa lejn ir-reazzjoni li din il-mara ħolqot. Iż- żewġt uċuh tagħha; dak ta' ġurnalista li kixfet stejjer li heżżu Gvern u anke ċrieki ta' kriminali, b'kitba inċiżiva, u l-ieħor ta' mara xi ftit jew wisq mgħomja bil-preġudizzju politiku u klassist, bla skrupli, bla ħniena u bla rimors lejn dak kollu li ma kienx joqgħod tajjeb fl-istampa tagħha ta' dak li hu aċċettabbli. Għalhekk din il- gazzetta tat ħarsa lejn iż-żewġ estremitajiet billi poġġiethom viċin xulxin, biex b'hekk tagħti stampa aktar ċara u oġġettiva ta' din il-mara, ġurnalista u omm. Ikompli f 'paġni 6 u 7... normali u Daphne Caruana li ma tantx għamlet favuri vanġelu u li kienu Il-Ħadd 14 ta' Ottubru 2018 | illum agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Daphne; min iħobbha u min jobgħodha LAQGĦA TA' KONSULTAZZJONI MA' - SIDIEN TAŻ-ŻOOS U KENN GĦALL-KLIEB U BOARDING - SIDIEN TAL-ĦWIENET TAL-MERĊA Bħalissa għaddej proċess ta' simplifikazzjoni tal-ispezzjonijiet ta' negozji biex jonqos il-piż amministrattiv minn fuqhom. L-ispezzjonijiet minn Dipartimenti jew Entitajiet differenti se jibdew isiru f'darba waħda biss. Għal dan il-għan se ssir laqgħa ta' konsultazzjoni ma' SIDIEN TAŻ-ŻOOS U KENN GĦALL-KLIEB U BOARDING nhar it-Tlieta 16 ta' Ottubru 2018 fis-1.00pm Il-laqgħat ser isiru fl-Uffiċini ta' Business 1st, Cobalt House, Sular nru 2, Triq Notabile, Imrieħel Għal iktar informazzjoni jew biex tirriserva post, ċempel 144 SIDIEN TAL-ĦWIENET TAL-MERĊA Nhar il-Erbgħa 17 u il-Ħamis 18 ta' Ottubru fis-1.30pm

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 October 2018