Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662
13 Intervista Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 | illum jekk tmiss miegħu se tiftaħlu l-bieb' hemm manifestazzjoni, ma nagħtuhomx importanza. Ix- xitan irid jiġbed l-attenzjoni għalih. F'dak il-mument l-importanza huwa Kristu preżenti li kapaċi jeħles anke llum." Ma tibżax? "Le ma nibżax. Dan mhux show. Int sejjer biex titlob. Il-bqija aħna nsejħulu teatrin. Ma niħux gost b'ċertu manifestazzjonijiet iżda ma nagħtihomx importanza. Trid tibqa' ffukat fuq Kristu. Ix-xitan, meta jinduna li kxiftu bil-qawwa ta' Kristu, ikun irid centre stage." Tkellimna wkoll ma' Patri Marcello dwar kif jinduna li persuna tkun inħelset għal kollox mill-oppressjoni tax-xitan. Fi kliem Patri Ghirlando xi drabi jdum snin jiltaqa' mal-persuna. Fi kliemu, jista' jkun hemm ħelsien waqt ir-rit tal- eżorċiżmu iżda kellu każi oħra fejn il-ħelsien seħħ f 'mument ieħor. "Il-persuna tħoss li tkun inħelset," kompla jispjega. 'Spirtu jista' jattakka familja u anke parroċċa' Qabel mort nagħmel l-intervista, qrajt ftit fuq is-suġġett fosthom kif kull spirtu ħażin għandu isem u wieħed minnhom partikolari saħansitra jattakka l-familja. Patri Marcello kkonferma dan. Spjega kif uħud mill-ismijiet jissemmew b'isimhom fl-iskrittura u oħrajn huma spirtu ta' vizzju. Tant hu hekk li r-rit l-antik tal-eżorċiżmu, jagħti s-setgħa lill-eżorċista li jsaqsi mistoqsijiet lill-ispirtu, inkluż ismu. Il-ħin li jiżvela ismu jkun beda jiddgħajjef u b'ismu l-eżorċista jordnalu biex jitlaq, dejjem f 'isem Kristu. Ikkonferma wkoll li hemm spirtu li jattakka l-familja u spirtu li jattakka grupp jew parroċċa tant li fir-rit il-ġdid hemm anke talbiet ta' ħelsien u eżorċiżmi li jistgħu jsiru fuq assemblea miġbura. "Hija talba fuq parroċċa li tħoss li hemm ħafna toqol u negattività fosthom minħabba għira u ġlied li ħallew ħafna negattività. Ġieli nagħmlu wkoll talb f 'familji li jkunu għaddew minn ħafna negattività, litanija ta' mumenti iebsa, ta' diżgrazzji li l-għeruq tagħhom jistgħu jkunu fil- ħażin." 'L-ispiritiżmu u l-qari tax- xorti ma jista' qatt ikun pożittiv' Tul l-intervista għamilna wkoll referenza għal dawk li jaqraw il-futur, servizz li diversi huma dawk li jkunu jixtiequ. Oħrajn imorru għand 'mediums' għax ikunu jridu jitkellmu ma' qarib tagħhom li jkun miet. X'jaħseb l-eżorċista dwar dawn? Bla tlaqliq, dwar il-qari tax- xorti, Patri Ghirlando saħaq li dan huwa forma ta' okkult. Dwar il-kuntatt mal-mejtin, l-eżorċista spjega li l-Knisja ma tista' qatt taċċettah għal raġuni teoloġika, "għax ħadd qatt ma rritorna mill-mewt ħlief Kristu biss li miet u qam mill-imwiet." "Kristu huwa l-pont li jgħaqqad l-art u s-sema. Kwalunkwe talba barra dak il-pont huwa periklu. Dak huwa l-ispiritiżmu," kompla jisħaq. Imma hawn min jgħidlek li twieled jara l-ispirti jew jaqra x-xorti u ma għandux kontroll fuqhom. Dawn xi jridu jagħmlu? "Jista' jkun hemm min jara l-ispirti. Ikun hemm min jidħak bija. Jiena ma nidħakx. Ma jfissirx li dan huwa tajjeb u għalhekk nitfantas meta dawn l-affarijiet jintużaw u jsiru oġġetti ta' kummerċ. Nibża', mhux biss għax ġieli jkunu bluff, imma anke għax jista' jkun hemm ħafna manipulazzjoni tal-dgħufija umana." Ma waqafx hemm. Saħaq li jibża' wkoll għax anke jekk ikun hemm xi ħaġa spiritwali, din qatt ma tista' tkun pożittiva. "Jekk bniedem ikun mar jew xi ħadd daħlu f 'xi seduta spiritwali, fis-sejħa ta' xi ħadd mejjet u mbagħad iħossu mhux tajjeb, mhux biss psikoloġikament, allura dik il-ħaġa ma tagħmilx ġid." Iżda apparti dan, hemm ukoll l-element psikoloġiku. Fi kliem Patri Marcello, persuna li tkun għadha kemm tilfet lil xi ħadd mill-familja tkun għadha vulnerabbli u meta jiġi 'medium' jgħidlek li ħdejk hemm in-nannu jew missierek ikun qed "jilgħab b'korda psikoloġika fraġli ħafna." "Jien ma neskludix il-fatt, u ġieli ltqajt ma' każi fejn jgħidulek li din il-ħaġa jkunu twieldu biha. Ma jfissirx li hija tajba. Tista' titwieled b'poter okkult għax tkun fil-familja. F'dawn il- każijiet dejjem għidt lil din il-persuna biex tiċħad dan il-poter f 'isem Ġesù." Semma każ ta' mara, li mingħajr qatt ma tgħallmet taqra x-xorti, jekk xi ħadd jagħtiha pakkett 'kards' li jintużaw fil-qari tax-xorti, kienet taf kif taqrahom u forsi waħda mir-raġunijiet kienet għax kellha min jipprattika l-okkult fil- familja tagħha. Fuq parir tal-eżorċisti kienet talbet biex 'tinħeles' u fil-fatt tilfet dan 'il-poter.' 'Il-problema tal-Halloween hija l-enfasi' U dwar il-famuż Halloween x'jaħseb? X'fiha ħażin li omm tlibbes lit-tifel ta' monstru u jmur iħabbat għall-ħelu? Fakkar li l-oriġini tal-festa hija waħda mhux daqshekk pagana iżda hija marbuta mal- festa tal-Qaddisin u t-tifkira tal-mejtin kollha. "In-negattiv huwa li f 'ċertu ambjenti l-enfasi saret ċelebrazzjoni tal-ħażin. Għal min jemmen, l-enfasi taċ-ċelebrazzjoni għandha tkun fuq dak li hu pożittiv, iċ-ċelebrazzjoni tal- qaddisin." U fl-aħħar nett. Lil min ipprattika l-okkult, x'jgħidilhom? Saħaq li hu żgur li għal min jemmen dan qatt ma jista' jkun xi ħaġa tajba. Għalhekk dejjem jipproponi żewġ affarijiet. L-ewwel li jmur iqerr, għax fi kliemu "l-Qrar huwa daqs elf eżorċiżmu," u jekk iħoss li xi ħaġa mhux f 'postha, jitkellem ma' saċerdot jew eżorċista għax tenna li "l-eżorċista mhux xi ħaġa ta' barra minn hawn." "L-eżorċista għandu ministeru sabiħ, minkejja kull karikatura u impressjoni fil-films. Bħal kull saċerdot, għandu ministeru ta' fejqan u ħelsien u jista' joffri bxara tajba," temm jgħid Patri Marcello.