Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Għal Delia l-immigrazzjoni hija l-aktar kwistjoni taħraq u l-White Paper 'biċċa karta vojta'. Għal Muscat dan il-Gvern qassam l-aktar fl us fl -Ewropa anke jekk issejħilhom ċejċa. Min huwa l-aqwa oratur? Liema diskors kien l-aktar eff ettiv? U liema kwistjonijiet kienu ħarbu minnhom? L-ILLUM tanalizza... Immigrazzjoni, ekonomija u l-Halloween...iż-żewġ DIN il-ġimgħa tkellmu ż-żewġ mexxejja politiċi kif inhi t-tradizzjoni wara kull Baġit. Żewġ diskorsi illi, xi ftit jew wisq, juru fejn jinsabu ż-żewġ mexxejja f 'termini ta' viżjoni, djallettika politika u l-abbilità li jwasslu l-messaġġ tagħhom bl-aħjar mod. F' DIN l-analiżi se nagħtu ħarsa lejn il-kontenut tad-diskorsi kif ukoll se nagħtu ħarsa lejn il-mod kif iż-żewġ mexxejja kkomunikaw il-messaġġ permezz tal-kelma u l-emozzjonijiet li qajmu matul id-diskors. Adrian Delia; titjib minn qabel, vag fuq l-immigranti u żelaq fuq il-White Paper B'mod ġenerali d-diskors ta' Adrian Delia mmarka titjib konsiderevoli mid- diskorsi fil-bidu tal- karriera politika tiegħu. Fil-fatt, interessanti kif taħt attakk minn Daphne Caruana Galizia u numru ta' uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, Delia kien ħareġ pjuttost b'saħħtu. Minkejja dan wara li kien elett u allura ma baqax taħt attakk fil-pubbliku, il- grinta fid-diskorsi ntilfet u ħafna drabi beda jinstema' xi ftit 'legali' żżejjed. Id-diskors ta' nhar it- Tnejn kien ġeneralment mexxej. Minkejja dan, it-ton tal-istess diskors kien pjuttost wieħed simili matul is-sagħtejn kollha u allura ftit li xejn kien hemm kien hemm tlugħ u nżul fit- tonalità. Ftit kien hemm mumenti illi d-diskors qajjem dik l-emozzjoni qawwija kif iqajjem diskors illi fih hemm tonalità li tinbidel skont l-emozzjoni. L-emozzjoni hija importanti f 'diskors għax l-udjenza tħossha li hija parti minnu. Sfortunatament, f 'punti partikolari d-diskors instema' wisq sobriju u allura n-nies setgħu tilfu l-interess jew ma baqgħux attenti daqstant. Dan apparti li Delia għadu nieqes mill-'body language' meħtieġ biex iżid mat-teatralità meħtieġa f 'diskorsi politiċi. Fejn jirrigwarda kontenut, id-diskors ta' Delia kellu punti tajbin, oħrajn tajbin ħafna u oħrajn dibattibbli u populisti. Delia, għamel aċċenn partikolari fuq il-kuxjenza soċjali u l-bżonn li l-Gvern iwieżen lill-vulnerabbli u lil min għandu bżonn l-għajnuna. "Nixtieq nirrappreżenta lin-nies" qal Delia filwaqt li ġab eżempji ta' nies li hu jgħid li kellmuh u qalulu l-istejjer tagħhom. Dan juri 1) li Delia jixtieq illi jibni l-politika tiegħu madwar il-bżonn li tingħata għajnuna lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn u allura l-idea aktar xellugija li twieżen 'liż-żgħir' u 2) li l-laqgħat li Delia qed ikollu ma' tant nies qed iħallu l-frott tagħhom hekk kif qed ikun iktar sensitizzat lejn l-uġigħ ta' sezzjonijiet tal- popolazzjoni. Imma kif ktibna diversi drabi dwar diskorsi oħrajn, li politiku 'jifhem' il- problema ta' persuna ma jfissirx li dik il-persuna jew min jinsab f 'dik il- pożizzjoni se jivvotalek, speċjalment meta għandek Gvern li qiegħed jew beħsiebu jindirizza dawn is-setturi tal-popolazzjoni. Pereżempju Delia semma persuna li kellha negozju, li għalaq. Naturalment wieħed jifhem illi din il-persuna ma tkunx għaddejja minn żmien tajjeb, imma min-naħa l-oħra 1) Delia, fid-diskors tiegħu ma offra ebda forma ta' soljev lil min għadda mill-esperjenza u 2) Agħar minn hekk huwa deher li ma kienx infurmat bil-miżura mħabbra fil-Baġit illi permezz tagħha persuna bħal dik li kellmitu u li n-negozju tagħha kellha tagħlqu, għall-ewwel darba se tkun tista' tapplika biex tieħu l-benefiċċji tal- qgħad filwaqt li tkun qed tirreġistra. Dwar id-diskors ta' Delia li tratta l-immigrazzjoni din il-gazzetta diġà għamlet analiżi, imma tajjeb li nirrepetu l-qofol ta' dak l-analiżi hawn. Meta Delia jitkellem dwar l-immigrazzjoni jkun qed jolqot ferita partikolari li qed iddejjaq bosta votanti. Hija kwistjoni ta' spazju, infrastruttura u kwistjoni wkoll ta' ordni pubblika u drittijiet fil-qasam tax- xogħol. Minkejja dan Delia qed iħalli din il-kwistjoni fl-arja u mhux qed joffri soluzzjonijiet li jkunu ċari; X'se jagħmel? Se jagħlaq il-fruntieri biex ma jidħlux aktar immigranti? U jista' jagħmlu dan? Kif se jispjega din l-azzjoni mal- Unjoni Ewropea? Se jitlob li jkun sospiż ix-Shengen? U l-istess hawn...u kif se jagħmel dan? Jiġifieri ħafna drabi Delia qed imiss ferita imma qed ikun pjuttost vag dwar x'jagħmel hu kieku jkun fil-gvern. F'kuntest ta' stqarrijiet passati dwar nies mill-Pakistan u mill- Bangladesh kif ukoll dwar tfajliet li jkollhom trabi minn rġiel barranin, din l-aħħar stqarrija kienet meħuda minn ħafna bħala attentat ieħor xenofobiku ta' Delia biex jipprova jbeżża' bil-barranin, anke jekk mhux neċessarjament kienet hekk. Delia jaf li fil-każ li jkun elett Prim Ministru se jkun pjuttost diffiċli illi jilħaq mal-aspettativa li qed jibni fi-rigward tal-barranin u allura jew issa jew inkella f 'xenarju illi fih ikun Prim Ministru din il-kwistjoni tista' tweġġa' serjament lil Delia. Delia kien b'saħħtu iktar fl-ambjent illi fih għal darb'oħra miss mal-kostruzzjoni li xi ftit jew wisq qed toħloq inkonvenjent għal tant nies filwaqt illi fakkar kif l-arja f 'pajjiżna hija fost l-agħar fl-UE. Il-botta klassika li

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018