Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 Opinjoni 32 Lejn l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-politika Mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza SABIEX tintlaħaq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politika baqa' 50 sena, dan sakemm il-partiti politiċi ma jiħdux ċertu passi biex jeliminaw din il-problema, qalet id-Direttriċi Eżekuttiva tal-Entità tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ugwaljanza Bejn is-Sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa, Phumzile Mlambo-Ngcuka fl-2015. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE) tagħraf li minn mindu n-nisa ħadu d-dritt tal-vot fl-1947 baqgħu b'rappreżentanza dgħajfa fil-parlament. Dan għaliex anke fil-preżent mas-57 raġel (85%) fil- Parlament Malti hemm biss 10 nisa (15%). Hu f 'dan il-kuntest, li l-NCPE se tkompli bil-ħidma tagħha f 'dan il-qasam bit-tnedija tal- kampanja Bilanċ bejn Nisa u Rġiel fil-Politika: Azzjoni Issa. Hekk kif qalet tajjeb Mlambo-Ngcuka, il-partiti politiċi għandhom jaħdmu għall-ugwaljanza fir- rappreżentanza tal-irġiel u n-nisa fil-Parlament. Fil-fatt dawn għandhom jimmiraw għall-azzjonijiet pożittivi biex iħajru iktar nisa jidħlu fil-politika. Huwa stmat li 96% tal-Maltin jaqblu li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija importanti sabiex is-soċjetà tkun ġusta u demokratika. Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea fl-2017 dwar l-opinjoni pubblika fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Minn barra dan, skont l-istħarriġ il- Maltin huma l-iktar nies fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jaħsbu li għandu jkun hemm iktar nisa fil-Parlament bi 80% li jaqblu, ikkomparat mal- medja Ewropea ta' 54%. Sabiex dan in-numru ta' nisa jiżdied mingħajr ma jerġgħu jgħaddu ħafna snin irid ikun hemm miżuri legali temporanji għal parità bejn in-nisa u l-irġiel biex jingħeleb id-defiċit demokratiku fejn nofs il-popolazzjoni mhix rappreżentata b'mod ugwali fil-Parlament. Minn dawk il-Maltin li wieġbu għall-istħarriġ kienu 78% li qablu li għandu jkun hemm miżuri legali li jassiguraw parità bejn in-nisa u l-irġiel fil-politika - persentaġġ simili ma' dawk li jaqblu li għandu jkun hemm iżjed nisa fil-politika. Li hemm nuqqas ta' nisa fil-Parlament ma jfissirx li n-nisa m'għandhomx interess fil-politika. Fis-snin li għaddew in- numru ta' kandidati nisa żdied bil-mod minn 26 kandidata għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2008 għall-72 fl-Elezzjoni Ġenerali tal- 2017. L-istħarriġ juri li 52% li wieġbu ma qablux li n-nisa mhumiex interessati f 'pożizzjonijiet fil-politika. Mhux biss l-interess iżda wkoll l-ambizzjoni tan-nisa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018