Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 | illum minn Cristian Antony Muscat BEPPE Mangion - goalkeeper Malti ta' 14 -il sena li riċentament iffirma kuntratt ta' sentejn mal- klabb professjonali Skoċċiz Partick Thistle, fejn se jkun qed jittrenja u jilgħab fil- kampjonati Elite tal-Youths tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Skoċċiza. Mangion ilu għal dawn l-aħħar tliet xhur l-Iskozja jittrenja fl-akkademja ta' Rangers. Ma' Rangers FC, Mangion lagħab f 'tournament sar fil- Ġermanja u li fih ħadu sehem timijiet bħal FC Bayern München, Tottenham Hotspur, Chelsea u timijiet kbar oħra minn madwar l-ewropa. Hawn iż-żagħżugħ Malti ntalab biex jibqa' aktar xhur mal-Club wara l-wirjiet tajba li kellu. Minkejja li lagħab kull logħba u kien viċin li jiffirma għal sena ma' Rangers, Mangion għażel li jiffirma ma' klabb taċ- Championship li offrielu kuntratt aktar fit-tul u tah ukoll l-opportunità unika li jkompli bl-istudju akkademiku tiegħu fi Glasgow stess. L-ILLUM tkellmet ma' Beppe Mangion innifsu fejn tana aktar dettalji: "L-imħabba tiegħi lejn il- futbol, bdiet fl-età tenera ta' erba' snin. Il-papa kien jikkowċja mal-U/6 ta' Sta. Venera Lightnings mal- Perit Godwin Aquilina, meta kien għadu jilgħab, u jien kont dejjem inmur miegħu. Dejjem niftakarni bil-ballun f 'saqajja, id-dar, meta noħroġ mal-familja, u anke l-iskola. Ninsab kuntent ħafna li ffirmajt kuntratt ta' sentejn u nofs mal-klabb professjonali Skoċċiż, Partick Thisle. 'The Jags', kif inhuma magħrufin, offrewli l-opportunità ta' 'Full Time', li ma stajtx nirrifjuta. F'Lulju tas-sena d-dieħla ser jiġi inawgurat il-kumpless 'State of the Art', f 'Kirkintilloch u dan ħa jkun qed ifisser li nista' nibbilanċja l-istudju u l-futbol mal-klabb. Il-ġurnata ser tibda fit- tmienja ta' filgħodu, fejn l-iskwadra tieħu l-'breakfast' flimkien, ikollna 'check-up' u analiżi, fl-10am ikollna l-ewwel taħriġ, wara ninħaslu u nattendu għal-lezzjonijiet tas- suġġetti li nkunu għażilna, nieħdu l-'lunch', ikollna ftit 'free time', nerġgħu nippreparaw għat-taħriġ ta' wara nofsinhar, ninħaslu u nispiċċaw fis- sitta ta' filgħaxija. Partick jilagħbu fl-'Elite league'. Dan ifisser li nilagħbu, 'Home u Away', kontra l-aqwa timijiet tal- pajjiż. Sentejn ilu ġejt iskawtjat minn Rangers FC. Kienu tkellmu ma' missieri biex jaraw jekk hemmx possibiltà li nitla' nitħarreġ magħhom għall-ġimgħa. Il-klabb tiegħi Luxol St. Andrew's grazzi għal Pawlu Falzon u t-tifel tiegħu Jason Falzon, dejjem ikkordinaw u ffaċilitaw kwalunkwe rikjesta. Tlajt, u vera ħassejt id-differenza u niftakar ngħid lil-papa: "Pa tħallinix immur lura, hawnhekk irrid nibqa'!". Minn hemmhekk tlajt darbtejn oħra, u lgħabt total ta' 24 logħba mar-Rangers, fosthom żewġ tournaments internazzjonali fejn irnexxielna nirbħu wieħed minnhom, u t-Tazza Skoċċiża. Ta' min jgħid li fost dawn it-timijiet, kien hemm Bayern Munchen, F.C. Porto, Mainz 05, Redbull Leipzeg, Chelsea u Fulham. Bla dubju, l-aktar żewġ persuni li jgħinuni huma l-ġenituri tiegħi. Però, nixtieq ukoll insemmi u nirringrazzja wkoll lin-nannu Luciano kif ukoll lil oħti Giulia, u lil Mario Muscat u Simon Grech tas-sapport kontinwu tagħhom. Huma kienu l-ewwel kowċis tiegħi bħala goalkeeper u tgħallimt ħafna mingħandhom. Ovvjament, nirringrazzja wkoll lill-klabb ta' Luxol, lill-kowċis, l-eks 'team mates' tiegħi u lill-familja Falzon, u fl-aħħar iżda żgur li mhux l-anqas, lill-iSkola Nazzjonali tal- iSport. Il-futur ħadd ma jafu, però jien determinat li nagħti l-massimu tiegħi f 'kull ħin u f 'kull mument. Naf li ser ikun hemm mumenti sbieħ ħafna, u ċirkostanzi li ser nitgħallem ħafna minnhom. Qiegħed nipprepara ħafna mentalment u x-xewqa tiegħi hi bla dubju li nilgħab fl-ogħla livell possibli." "Ninsab determinat li nagħti l-massimu tiegħi ma' Partick Thisle" - Beppe Mangion huma l-ġenituri mument. Naf li ser ikun hemm mumenti sbieħ nipprepara ħafna mentalment u x-xewqa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018