Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 'L-okkult huwa l-għalqa tax-xitan u L -eżorċiżmu. Għal ħafna huwa xi ħaġa tal-lms tal- waħx. Għal min jemmen huwa realtà u juri l-qawwa t'Alla. Għal min ma jemminx, kollox qiegħed l-moħħ." Din il-ġimgħa, l-ILLUM intervistat lil Patri Marcello Ghirlando, wieħed mill- eżorċisti tal-Arċidjoċesi Maltija. Bdejt billi staqsejt lil Patri Marcello għaliex il-Knisja tħoss li minn fost is- saċerdoti għandha tagħżel xi wħud biex iservu ta' eżorċisti. Fi kliem l-eżorċista, it-tweġiba hija sempliċi. Ir-realtà ta' persuni li huma mġarrba mix-xitan, jew inkella f 'każ rari maħkumin minn spirtu ħażin, għadha ħajja sal-ġurnata tal-lum. Fakkar li meta Ġesù bagħat lill-Appostli fuq il-missjoni tagħhom, fost is-sinjali li kellhom jakkumpanjaw it-tixrid tal-Evanġelju, qalilhom: "f 'ismi tkeċċu x-xjaten," waqt li kompla jispjega li anke l-Evenġelisti jirrakkuntaw ġrajjiet meta Ġesù keċċa x-xjaten. Iżda għal min jemmen li xogħol l-eżorċista huwa marbut biss ma' dak li mdorrija naraw fil-films, jiġifieri jinqafel ġo kamra ma' persuna pposseduta u jitlob bil-Latin waqt li l-vittma titgħawweġ, toffendi u titkellem b'ilħna differenti, sejjer żbaljat. "Dan ma jfissirx li min jitlob l-għajnuna ta' eżorċista huwa maħkum minn spirtu ħażin. Il-maġġoranza tan- nies li jitolbuna l-għajnuna jkunu missew mal-okkult popolari, bħall-ouija board u l-qari tax-xorti, jew inkella li jkunu vittmi ta' saħta jew magħmul," kompla jispjega Patri Marcello. Għalhekk spjega li x-xogħol ta' saċerdot eżorċista huwa li jgħin lil dawn in-nies u jitlob magħhom. "Fl-aħħar mill-aħħar qed ixandar l-Evanġelju u s-sinjal ikun il-fejqan ta' dawn in-nies min-negattività." 'L-okkult huwa l-għalqa tax-xitan' Bdejna nidħlu ftit ftit fil- punti li mill-ewwel semma Patri Ghirlando. X'inhu l-okkult? "Tuża l-okkult għax taħseb li se jkollok poter fuq iż-żmien, il-futur tiegħek jew inkella fuq ta' madwarek." Imma staqsejt mill-ewwel lil Patri Ghirlando jekk l-okkult u n-negattività li fi kliemu tirriżulta minnha, huwiex ix-xogħol tax-xitan. It-tweġiba tiegħu kienet sempliċi. "L-okkult huwa l-għalqa tax-xitan. B'kull okkult ta' veru qed tiftaħ il- bieb għall-ispirti l-ħżiena." Min jemmen mhux se jirreferi għal dawn l-ispirti bħala x-xitan. Se jsejħilhom spirtu superjuri jew sopranaturali. Imma l-Insara jpoġġu kollox fil-kuntest tal- kelma ta' Alla u għalhekk fi kliem l-eżorċista, kwalunkwe bieb li jinfetaħ għal dawn l-ispirti superjuri huwa sataniżmu. "Aħna nemmnu fl-ispirti l-ħżiena. Il-Katekiżmu tal-Knisja, imsewwes fuq il-Kelma t'Alla jitkellem fuq il-waqgħa tal-anġli li saru spirti ħżiena…meta wieħed jinfetaħ għal dawn l-ispirti negattivi, li se jirċievi huwa negattività. Dan qed ngħidulek mill-esperjenza. Kull min ġie għandi wara li pprova l-okkult, ġie għandi għax ħass li xi ħaġa f 'ħajtu hija ħażina. Kieku ma jiġux għandi." Imma komuni li persuni jmissu mal-okkult? Faċli li żgħażagħ jaqgħu għall- kurżità? "Statistiċi ma nżommux u lanqas insemmi biss żgħażagħ. Tmiss l-etajiet kollha, minn xi ħadd bla skola għall-professjonista prim," qal l-eżorċista. "Iż-żgħażagħ għandhom it-tendenza li jitolbu aktar l-għajnuna. Hemm anke min ma jemminx, iżda tant kemm ikun mgħaffeġ li jitlob l-għajnuna tal-eżorċista." 'L-okkult isir vizzju bħad-droga u miegħu r-riperkussjonijiet' Patri Ghirlando kompla jgħid li lanqas ma hija kwistjoni ta' kurżità. Fi kliemu, ħafna mill-każijiet li ltaqa' magħhom kienu jinkludu persuni li jkunu għaddejja minn mumenti diffiċli u jirrikorru għall- okkult. "Hawn min ikun għaddej minn mument iebes u s-soluzzjoni tiegħu jkun l-alkoħol jew inkella d-droga u hawn min idur għall-okkult jew inkella s-sataniżmu," kompla jispjega, anke għax fi kliemu, illum faċli ġġib l-ideat mill- internet tant li "l-moda" hi li persuni jagħmlu xi rit sataniku waħedhom u mhux fi grupp. Insista li ħafna persuni, speċjalment iż-żgħażagħ li ltaqa' magħhom u li pprova jgħin, kollha kienu għaddejjin minn problemi u sfidi umani, bħas-solitudni, stima baxxa tagħhom infushom jew ikollhom problemi mal-ġenituri. "Flok imorru għal flixkun whiskey jew żewġ pinnoli ecstacy, jirrikorru għas- sataniżmu. Ikollhom xewqa għall-poter biex joħorġu lilhom infushom mill- problemi. Anke s-sokor jagħtik il-poter li tinsa l-problema imma hemm riperkussjonijiet," saħaq l-eżorċista waqt li kompla jisħaq li bħad-droga, l-okkult jista' jsir vizzju. Faċli li tegħleb dan il- vizzju? Patri Marcello reġa' kkumpara dan mad-droga. Biex toħroġ mill-vizzju trid tagħmel programm ta' riabilitazzjoni. "Se tfieq. Imma jekk wieħed ikun daħal fi prattiċi okkulti jew ipprattika s-sataniżmu għal xhur jew snin ħabs mhux se jkun proċess faċli. Trid terġa' tiskopri l-fidi tiegħek. Din mhux xi ħaġa li għaliha tagħti mediċina. Din hi xi ħaġa spiritwali. Tfieq skont kemm tiftaħ qalbek għall- Mulej." Imma persuna li tkun maħkuma minn spirtu ħażin kif tista' tiftaħ qalbha għal Alla? It-tweġiba kienet sempliċi. "L-ispirtu ma jista' qatt jieħu l-kontroll totali tal-persuni. Anke fl-aktar każi gravi ta' possessjoni diabolika, ma jfissirx li l-bniedem huwa mitluf minn sensih kuljum u l-ħin kollu." Is-sentimenti negattivi huma s-sinjali tal- possessjoni u mhux it- teatrin Kien hawn li semmejtlu dak li naraw fil-films, iżda fi kliem l-eżorċista, anke jekk xi ftit element ta' verità jkun hemm, ir-realtà mhijiex daqshekk sensazzjonali. "Hija ħaġa aktar sottili. Jekk int tinfetaħ għall-ispirti l-ħżiena, se jitrasmettu s-sentimenti tagħhom. Il-mibegħda għall-ħajja, anke tendenzi suwiċidali, mibegħda għal dak li hu sabiħ, ċiniżmu quddiem l-imħabba. Dawn huma s-sinjali tal-possessjoni u mhux it-teatrin." "Din is-sottilità agħar għax l-ispirtu ħażin jaħdem fuq il-moħħ u jittrażmettilek is- sentimenti negattivi tiegħu. Iżda l-aħbar it-tajba hija li l-Evanġelju jista' jkissru," qal l-eżorċista. Staqsejt lil Patri Ghirlando x'inhu l-proċess meta quddiemu tmur jew jeħdulu persuna li x'aktarx tkun imġarrba jew ipposseduta mix-xitan. "Il-proċess mhux qasir. Dan ix-xogħol jagħmlek San Tumas. Triq toqgħod attent u lanqas ma trid tgħid kelma żejda. Fi 23 sena qatt ma mort fuq xi ħadd u għidtlu għandek spirtu ħażin. Qabel tiddeċiedi li persuna jkollha bżonn eżorċiżmu trid tifhem u tagħraf l-istorja tal- persuna," qal l-eżorċista. Spjega li waħda mill- indikazzjonijiet tkun jekk il-persuna tipprattika jew kienet tipprattika l-okkult. 'Min jista' jkun oppressat mix-xitan?' Kompla jgħid li f 'ċertu każijiet jitlob ukoll parir ta' professjonisti bħall- psikjatra u anke psikologu. "Mill-esperjenza tgħallimt li ċertu manifestazzjonijiet staordinarji jistgħu jkunu komuni kemm għal ċertu kundizzjonijiet mentali u anke għall-possessjoni tax- xitan," spjega Patri Marcello. "Iżda mhux dejjem qbilt mal-professjonisti għax jiena jinteressani mhux biss is- sintomu iżda l-kawża tiegħu, li tista' tkun psikoloġika, spiritwali jew it-tnejn għax ix-xitan xi kultant iqalliblek moħħok b'mod sottili ħafna u jista' juri ruħu f 'diżordni mentali, diżordni ta' mġiba u anke f 'kundizzjoni fiżika," kompla l-eżorċista. Iżda, fid-dawl ta' dan kollu, tenna li l-possessjoni hija rari u aktar milli possessjoni hu jħobb juża l-kelma "oppressjoni" jiġifieri li l-ispirtu ħażin idejqek aktar milli n-normali. Imma allura kull dnub jiftaħ il-bieb għall- oppressjoni tax-xitan? "Mhux neċċessarjament," spjega l-eżorċista. "Tista' tiftaħ il-bieb int (tipprattika l-okkult, is-sataniżmu, tikkultiva l-mibegħda lejn Alla u lejn l-oħrajn, tippersevera fi dnub gravi) jew inkella tispiċċa vittma ta' magħmul, imma jista' jkun ukoll li Alla jippermetti li tgħaddi minn din it-tip ta' sofferenza spiritwali, ovvjament għall-ġid tiegħek jew tal-Knisja. Kien hemm qaddisin li Alla ppermetta li x-xitan iġarrabhom b'mod straordinarju, bħal Padre Pio. Naf li tista' tistona iżda hekk hu." 'Ix-xitan jipprova jiġbed l-attenzjoni għalih; Ma nagħtix kas' Staqsejna lil Patri Ghirlando x'jagħmel meta jiddeċiedi li jwettaq eżorċiżmu fuq persuni. Spjega kif l-ewwel u qabel kollox il-Knisja għandha r-ritwal tagħha għal dan. Kull eżorċista jkollu miegħu grupp ta' nies anke biex jgħinuh f 'każi ta' "manifestazzjonijet staordinarji." Insista li dawn il- manifestazzjonijiet huma rari u kull meta jkollu każ simili hu stess jikkmanda lill-ispirtu l-ħażin biex ma jagħmilx dawn "it-teatrini." "L-aktar ħaġa importanti hija l-fidi. L-eżorċiżmu huwa ċelebrazzjoni tal-preżenza t'Alla li jfejjaq. Ħafna nies għandhom idea tal-waħx minħabba l-films. Fil-verità tista' tkun ċelebrazzjoni sabiħa minkejja xi manifestazzjonijiet li jista' jkun hemm," saħaq l-eżorċista. "Anke jekk ikun L-eżorċiżmu. Fantasija jew realtà? Il-lms jesaġeraw? X'jagħmel l-eżorċista? Ma' xiex jiltaqa'? L-okkult u s-sataniżmu dierenti jew l-istess ħaġa? Il-qari tax-xorti u l-ispiritiżmu jistgħu jkunu pożittivi? L-ILLUM tistaqsi lil Patri Marcello Ghirlando ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018