Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 | illum l-Halloween...iż-żewġ diskorsi tgħid 'int ħadt il-loqom u ħaddieħor ħa l-eluf ' dejjem taħdem, għax tqanqal is- sentiment tal-għira, anke jekk bħalissa qed taħdem bil-wisq inqas minn meta kienu għolew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u meta l-kabinett ta lilu nnifsu żieda. Naturalment, Delia kien b'saħħtu wkoll fejn il-Gvern kien dgħajjef, jiġifieri fuq il-kwistjoni tal-bejgħ ta' tliet sptarijiet lill-VGH u nuqqasijiet infrastrutturali. L-akbar żelqa ta' Delia huwa l-mod kif tratta l-White Paper dwar il-kirjiet, daqslikieku ma kien fiha xejn. Il- kelma bl-Ingliż li tispjega l-attitudni ta' Delia l-aħjar hija 'dismissive'. Kien ikun aħjar, b'rispett lejn dawk kollha li ħadmu fuq dan id-dokument kieku l-Kap tal-Oppożizzjoni rrikonoxxa x-xogħol li sar fuq id-dokument u kkritika ċertu punti tal-White Paper. Seta' ta indikazzjoni aħjar ta' x'jaħseb li għandu jkun il-perjodu minimu jew fejn setgħet kienet aktar dettaljata l-White Paper jew fejn ma jaqbilx u b'hekk kien ikun ta kontribut importanti għal diskussjoni neċessarja. Minflok uża din l-opportunità biex juri illi hu kapaċi jipproponi u jifhem is-sitwazzjoni aħjar mill-Gvern u politikament jirbaħ lill-Gvern fit- territorju tiegħu, ħlieha meta kważi ddieħak bid- dokument. Joseph Muscat: Oratrija eċċellenti b'ekonomija favurih u xi ftit ta' Halloween żejjed Li Muscat huwa oratur tajjeb jammettiha kulħadd. Id-diskors ta' nhar it-Tlieta kien wieħed mill-aħjar tiegħu. Primarjament, Muscat rabba ċerta kunfidenza li titrażmetti ruħha f 'enerġija u tonalità li, kuntrarjament għal Delia, titla' u tinżel b'punti fid-diskors li jqajmu l-emozzjoni meħtieġa. Muscat għandu t-teatralità meħtieġa li tanima d-dibattitu tiegħu b'botti kontinwi u sarkażmu, li naturalment min ma jarax għajn m'għajn miegħu jdejqu. Dan ifisser illi huwa iktar faċli li Muscat iżommok tarah b'attenzjoni milli Delia. Issa niġu għall-kontenut. Muscat qed imexxi lil pajjiżna hekk kif għaddej tkabbir ekonomiku qawwi ħafna xprunat minn bosta fatturi relatati jew separati mill-Gvern li jmexxi. Dan l-andament qawwi u ċerti miżuri li daħħal il-Gvern wasslu għal sitwazzjoni fejn Muscat seta' jroxx kemm jiflaħ. Il-miżuri kollha li ħabbar dan il- Gvern fl-aħħar seba' Baġits wasslu jew 1) għal tkabbir ekonomiku u tkabbir fl-infieq privat (First u Second Time Buyers, tnaqqis fit-taxxa, ċekkijiet, żidiet fil-pensjoni, żieda fiċ-Children's Allowance...) jew inkella 2) għal tkabbir fil-qasam tax-xogħol (child care b'xejn, In Work Benefit u t-tapering tal- benefiċċji). Dan kollu jfisser illi Muscat jinsab f 'sitwazzjoni ta' vantaġġ qawwi. Jaf li bħalissa hawn sentiment ġenerali pożittiv dwar l-ekonomija tal-pajjiż u qed jirkeb fuqha bl-akbar faċilità. Muscat għalhekk kien ferm konvinċenti meta tkellem dwar miżuri u l-pakkett finanzjarju lill-familji, anke jekk it- tqabbil mal-Halloween u r-referenza għat-'trick or treats' setgħet kienet interpretata bħala infantili. Muscat irid joqgħod attent li ma jitrivjalizzax il-miżuri pożittivi tiegħu stess bi tqabbil mhux mixtieq. 'Baġit mimli treats', partikolarment bil- kelma 'treats', jista' jagħti stampa ta' Gvern li jara l-miżuri li qed iħabbar bħala ċejċa u allura dik it-tixbiha setgħet faċilment infthiemet ħażin. Muscat kellu argument pjuttost loġiku f 'dak li jidħol il-barranin fis- sens li hija realtà li ħafna barranin qed jagħmlu xogħol li l-Maltin ma jridux jagħmlu. Id-diskors tiegħu iżda falla milli jindirizza jew iserraħ ras in-nies biżżejjed li 1) dawk li qed jiġu pajjiżna se jkunu mħarsin skont il-liġi tax-xogħol u allura jinqata' kull forma ta' abbuż u żvantaġġ fil- konfront tal-Malti kif ukoll 2) li l-Gvern qed jippjana biex l-infrastruttura, imma speċjalment it-trasport pubbliku, ilaħħaq mad- domanda dejjem tikber. Apparti dawk li huma razzisti, hemm inkwiet ġenwin ta' ffullar eseġerat u infrastruttura li mhux qed tlaħħaq, li jeħtieġ ikun indirizzat. Muscat kien b'saħħtu ħafna meta kien qed jirreferi għaċ-ċifri li kien hemm fid-dokument tal-Baġit tal-PN u li jikkuntrarjaw ċifri li semma' l-Kap tal- Oppożizzjoni l-ġurnata ta' qabel. Issa anke jekk iċ-ċifri fid- dokument tal-PN kienu naqra 'antiki' u setgħu ma kinux l-aħħar, il-botta dwar kienet b'saħħitha u effettiva, tant illi ħalliet ħafna wċuħ fuq in-naħa l-oħra pjuttost imgerrfxa. Kif kienet b'saħħitha wkoll il-botta dwar il-miżuri li reġgħu tħabbru din is-sena. Is- sigriet ta' botta tajba f 'diskors dejjem hija li ma tkunx prevedibbli. Allura qabel ħabbar illi n-numri kunfliġġenti ma' dak li qal Delia kienu fil-fatt f 'dokument tal-PN, dan il-fatt ma kienx prevedibbli, kif forsi kien inqas prevedibbli biex ħiereġ Muscat meta ammetta li dan il-Baġit huwa verament riċiklat. Dan it-tip ta' logħob bil- lingwaġġ huwa importanti ħafna fl-arti tal-oratrija u Muscat jidher li ħaddmu biex ikollu effett massimu. Naturalment il-Prim Ministru ħalla barra ċerti kwistjonijiet fejn jaf illi mhux b'saħħtu, fosthom dwar il-kwistjoni tal- Panama u l-VGH. Minkejja illi Muscat jaf li ma tantx għandu munizzjon, speċjalment fuq il-każ VGH, jaf ukoll illi dawn il-kwistjonijiet ma tantx jiddetereminaw fejn imur il-vot popolari meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb, kif rajna fir-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018