Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 'Kienu jidħku bik tgħidilhom Twaqqaf qalb it-tiġrib u l-ħerba tat-tieni gwerra dinjija u 73 sena wara għadu jopera daqs qatt qabel. Il-Cottonera Barbell Club, l-eqdem gym f 'Malta. Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Armando Buttigieg u Marco Farrugia… Aħbarijiet 8 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter ŻGUR mhux forsi li f 'dawn l-aħħar snin kibret sew il- popolarità tal-eżerċizzju fiżiku u l-promozzjoni ta' stil ta' ħajja aktar b'saħħitha. Tant hu hekk li din tal-aħħar saret ukoll parti integrali mill- istrateġija tal-Gvern fejn jidħlu s-saħħa u l-benesseri tal-bniedem. Però llum il- ġurnata f 'epoka kompletament differenti, forsi ftit huma dawk li jafu bl-istorja tal-'Cottonera Barbell Club', attwalment l-eqdem gym fuq din il- gżira u dik tal-isportivi li sawruh. 73 sena wara t-twaqqif tiegħu l-ILLUM tinżel l-Isla u titkellem mal-eks bodybuilder Armando Buttigieg u s-Segretarju Ġenerali tal-istess klabb, Marco Farrugia. Mill-Birgu għall-Isla; it- twaqqif tal-eqdem gym f 'Malta Buttigieg li ta' 73 sena għadu membru attiv fil- klabb sal-lum il-ġurnata, jispjega l-oriġini tal-eqdem gym f 'Malta, "il-klabb kien twaqqaf fl-1945 minn ċertu wieħed Nazju Grima, propju f 'kamra żgħira fid-dar t'ommu fil-Birgu. Wara xi ftit taż-żmien il-popolarità għall-klabb kibret sew u ovvjament dan ma setax jibqa' jdaħħal aktar nies fid- dar t'ommu. Għalhekk kien hemm ix-xewqa li jinstab post addattat," spjegalna Buttigieg. L-eks bodybuilder kompla jgħidilna kif, "wara sensiela ta' provi f 'numru ta' postijiet differenti, fl-1958 il-klabb finalment mexa għall-istess post fejn għadu jintuża mill- membri llum, propju fi Triq l-Arċisqof Mattei ġewwa l-Isla." "Dak iż-żmien kienu jidħku bik tgħidilhom li sejjer il- gym" Għalkemm kif semmejt fl-introduzzjoni ta' dan l-artiklu, il-popolarità għall- eżerċizzju fiżiku inkluż il-bodybuilding jidher li qiegħda dejjem tiżdied, skont Buttigieg din kienet pjuttost differenti fi żmienu. "Fi żmieni li wieħed jmur iqatta' siegħa jew sagħtejn jittrenja l-gym kienet xi ħaġa stramba, kienu jidħku bina. Konna meqjusin aljeni minn pjaneta oħra," irrimarka Buttigieg. Hu żied jgħid, "niftakar sewa l-mistoqsijiet tagħhom: 'jiġifieri int tmur terfa' l-ħadid, minflok toħroġ ma' sħabek?' Ma konniex daqshekk strambi ta' konna noħorġu xorta waħda, immorru għaż-żfin u 'talkies' imma l-ewwel dejjem kien hemm il-gym," lissen b'daħka fuq wiċċu Buttigieg. Il-ġlieda tal-pijunieri biex jiġu rikonoxxuti f 'pajjiżhom Ftit mumenti wara li għall-ewwel darba dħalt ġewwa dan il-gym, ħassejtni pjuttost imfixkel. Dan għaliex qalb l-apparat antik u dak modern, ħsibtni dħalt ġewwa mużew iddedikat lill- bodybuilding. Ir-ritratti tal- pijunieri tal-klabb u l-unuri li huma kisbu għall-Malta jinsabu ddokumentati mal- ħitan ta' dan il-gym. Minkejja dan kollu, Buttigieg spjega li fi żmien li huma kisbu dan Vakanza PROJECT PROMOTER (Permess ta' Jobsplus Nru: 583/2018) Bħala parti mill-proġett 820451 Prepare the Ground for Economic Independence, inħolqot vakanza għall-pożizzjoni ta' Project Promoter, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE). Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f'Awwissu 2020) fejn il-persuna magħżula tkun responsabbli ta' għadd ta' attivitajiet relatati mal-proġett, fosthom: - li tiffaċilita l-komunikazzjoni ġenerali tal-Proġett u l-attivitajiet ta' PR; - li tkun responsabbli mill-kampanja onlajn, torganizza u tieħu ħsieb it-twettiq t' attivtajiet fuq barra, tippubblika artikli u tipparteċipa fi programmi fuq il-midja skond il-bżonn; u - li toħloq għarfien dwar l-attivitajiet ta' dan il-proġett u li tqajjem interess dwaru fost il-gruppi li jridu jintlaħqu. Il-Project Promoter għandu/ha jkollu/ha: Jew lawrja post-graduate (Masters) relevanti; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' sena esperjenza f'xogħol relevanti f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Jew first degree; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' 3 snin esperjenza f'xogħol relevanti, fejn sena minnhom trid tkun f'xogħol f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Il-kandidati għandhom ikollhom degree f'wieħed minn dawn is-suġġetti: Soċjoloġija / Psikoloġija / Antropoloġija / Public Policy / Social Policy / Kummerċ / Liġi / Studji Ewropej / Komunikazzjoni / Studji Internazzjonali / Social Work. Il-kandidati għandhom ikollhom ħila li jaħdmu f'tim, ikollhom għarfien tajjeb tal-qasam tal-ugwaljanza, ikunu jafu jużaw sew il-kompjuter u kapaċi jużaw sew l- applikazzjonijiet kollha tal-Microsoft Office. Huwa essenzjali li l-kandidati jkollhom kapaċitajiet tajba ta' komunikazzjoni, inkluż kitba eċċellenti tal-Malti u tal-Ingliż. Esperjenza / għarfien fl-Accounts, Management u Kuntratti Pubbliċi tal-Gvern huma meqjusa bħala vantaġġ. Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat, lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar l-Ġimgħa 16 ta' Novembru 2018. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2295 7850 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi Ewropej; 20% fondi Nazzjonali Armando Buttigieg

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018