Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662
Sports 27 Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 | illum Jurgen Balzan... il-preżent u l-futur tat-Table Football f'Malta minn Cristian Antony Muscat JURGEN Balzan - indubbjament wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa t-table football f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Għad għandu biss 19-il sena u b'hekk il-futur tiegħu f 'dan l-isport li tant iħobb jidher wieħed ferm sabiħ. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-table football? Meta kelli 12-il sena qrajt ktieb jismu "Flick to Kick" li kien jitratta fuq l-istorja tas-Subbuteo. Subbuteo hija l-brand name, l-isport huwa Table Football. Interessani ħafna, tant li ddeċidejt li nibda nipprattika dan l-isport. X'ħassejt meta riċentament sirt iċ- champion tal-Youths tat- Table Football f 'Malta? Kont diġà esperjenzajt l-istess emozzjoni meta qabel kont sirt Champion tal-kategorija ta' taħt il-15-il sena, u matul l-istaġun li għadda sirt iċ-Champion tal- kategorija ta' taħt id- 19-il sena. Tieħu gost b'dan l-unur speċjalment għax tikkwalifika biex tirrapreżenta lil Malta fit-Tazza tad-Dinja, avolja jien diġà kelli posti garantit minħabba li fir-rankings mondjali ninsab fit-tieni post u b'hekk ikkwalifikajt awtomatikament. Barra din l-esperjenza, irrakkonta l-esperjenzi li kelleksaissa fit-table football barraminn Malta. Barra minn Malta, għandi esperjenzi sbieħ ħafna speċjalment f 'dawn l-aħħar tlietsnin meta kont nilgħab mal- klabb Taljan Black & Blue Pisa. Il-kampjonat Taljan huwa ta' livell għoli u l-esperjenza li tilgħab fih hija waħda indeskrivibbli. Esperjenzi bħal dawn joħorġuk mill- 'comfort zone' u b'hekk tgħoli l-livell fil-logħob u l-mentalità. Huwa ta' unur għalija wkoll li rrapreżentajt lil Malta fit- Tazza tad-Dinja għal erba' darbiet. Is-sena l-oħra bħala tim ta' taħt id-19-il sena konna rbaħna l-fidda meta tlifna fil-finali kontra tim Taljan. Din is-sena wasalt sal-kwarti tal-finali fit-Tazza tad- Dinja fil-kompetizzjoni individwali u ddebuttajt għall-ewwel darba fit-tim tal-Kategorija Open. Apparti minn dawn, kważi kull xahar, nikkompeti f 'tounaments internazzjonali barra minn Malta. Kont irbaħt il-Major tal-Ingilterra fil-kategorija ta' taħt il- 15-il sena, irbaħt ukoll il-Grand Prix ta' Milan fil-kategorija ta' taħt id- 19-il sena, diversi drabi wasalt sas-semi-finali u riċentament wasalt sal-finali tal-Grand Prix tal-Belġju. Int tifforma parti importanti mit-tim ta' Valletta. Tina iktar dettaljirigward dan il-klabb u x'inhuma l-aspettativitagħkomgħal dan l-istaġun. Inħossni kburi li minn dan l-istaġun sirt nifforma parti minn dan il-klabb. Valletta Subbuteo Club huwa klabb li jimmotivani ħafna, klabb irrankjat fl-għaxar post fid-dinja, klabb li ilu 30 sena bi storja ta' ħafna unuri u suċċessi. Erbatax-il darba Champions ta' Malta, rebħu l-Europa League fost ħafna tournaments internazzjonali oħra. Issa fl-aħħar tmiem il- ġimgħa t' Ottubru tlajna Palma di Mallorca fi Spanja biex nikkompetu fiċ-Champions League. L-aspettattivi ta' dan il-klabb huma dejjem ta' aktar rebħ u nimmiraw ukoll għal xi unuri li għadna ma ħadniex. X'tikkummentafuq l-operattal-MTFSA? L-MTFSA jagħmlu xogħol siewi, u bħalissa qed jaħdmu ħafna biex ikabbru l-għarfien ta' dan l-isport, bill jidħlu fl- iskejjel u jkunu parti mill- programm ta' Skolasport. X'sagrifiċċji jinvolvi t-table football? Bħal kull dixxiplina oħra, trid taħdem biex tara r-riżultati. Bħala student, huwa diffiċli biex insib il-ħin għat-trejning, imma b'sagrifiċċju jirnexxieli għalkemm mhux daqskemm nixtieq. Apparti l-ħin għat- trejning hemm ukoll il- ħin tal-kompetizzjonijiet fil-weekends kemm Malta u kważi darba fix- xahar nikkompeti għal tournaments internazzjonali barra minn Malta. X'tikkummenta fuq il-fatt li uħud ma jqisux it-table football bħala sport? Dik xi ħaġa tal-passat. Illum it-Table Football huwa rikonoxxut daqs sport ieħor, anzi bħala sport ħaqqu jiġi aktar rikonoxxut għax għandna l-kwalità u nġibu l-unuri għal pajjiżna. Riċentament, kellna lil Charlie Aquilina bħala Champion tad-Dinja fil- kategorija tal-Veterani. Kif tqis il-livell tat-table football f 'Malta meta kkumparat ma' dak li nsibubarraminn Malta fosthomf l-Italja. Malta għandna livell għoli u nikkompetu tajjeb ma' plejers ta' pajjiżi oħra, infatti plejers Maltin jkunu mfittxija biex jagħmlu parti minn xi klabb barrani. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit- table football? Jien nixtieq li nkompli nikkompeti u nżid fil- livell tiegħi. Nixtieq li nirbaħ unuri li għadni ma rbaħtx kemm individwali, kemm ma' Valletta Subbuteo Club, kif ukoll man-Nazzjonal biex inkomplu nagħamlu isem għal Malta. Jurgen Balzan bit-trofew waqt tournament internazzjonali