Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 Jieħu t-tifla tal-eks sieħba tara logħba u jkollu x'jaqsam magħha f 'karozza RAĠEL ta' 34 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra lit-tifla tal-eks sieħba tiegħu li għandha 13-il sena. L-Ispettur Eman Hayman u Roxanne Tabone, akkużaw lir- raġel li uża l-pożizzjoni tiegħu biex biddel it-tifla f 'oġġett tas-sess, tant li spjegaw kif l-akkużat stupra lit- tifla diversi drabi fi żmien sentejn, jiġifieri minn meta kellha 11-il sena. Il-prosekuzzjoni spjegat kif ir- raġel baqa' jiltaqa' mat-tifla anke wara li hu u s-sieħba tiegħu ma kinux għadhom flimkien. Spjegat kif ftit tal-jiem ilu ħadha miegħu tara logħba futbol u kellu x'jaqsam magħha fil-karozza. Madanakollu, l-Ispettur Hayman qalet li t-tifla għadha qed tfittex lir-raġel biex ikollhom x'jaqsmu flimkien. Min-naħa tagħha, l-Avukat tad- Difiża, Rachel Tua, saħqet li llum it-tfal ta' 13-il sena ma għadhomx li kienu, huma aktar attivi sesswalment u konxji ta' dak li qed jagħmlu. Kompliet tgħid li t-tifla kienet tibgħat ritratti tagħha għarwiena lill-akkużat. Ir-raġel qed ikun akkużat li stupra lit-tfajla ripetutament bl-aktar mod brutali, li kkorrompa minuri, li pparteċipa f 'atti sesswali ma' tifla taħt l-età u li għamel użu ħażin minn mezzi tal-kommunikazzjoni elettroniċi. Minkejja li saret talba għall- ħelsien mill-arrest, il-Qorti ordnat li r-raġel jinżamm arrestat minħabba li għad fadal ħafna xhieda, inkluż it-tifla stess. Ħames snin ħabs għal raġel li żamm anzjana u serqilha brazzuletta tad-deheb RAĠEL ingħata sentenza ta' ħames snin ħabs wara li nstab ħati li seraq brazzuletta tad-deheb minn fuq anzjana, li żammha kontra l-volontà tagħha u anke li seraq żewġ bagalji mingħand turist. Ix-xahar li għadda, l-istess akkużat kien infexx joffendi lill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech u minħabba f 'hekk weħel €4,000. Huwa kien ipprova jiġġustifika dak li qal għax fi kliemu huwa satanist. Il-Maġistrat Frendo Dimech innutat li r-raġel kellu rekord kriminali li jmur lura sal-1975. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti saħqet li ma setgħetx tinjora l-fatt li r-raġel wettaq reat kontra anzjana, liema reati raw emendi legali fl-aħħar snin bl-għan li persuni vulnerabbli jkunu aktar protetti. Il-Maġistrat insisiet li l-anzjana kien jixirqilha biss rispett u għajnuna u mhux spiċċat tgħix bil-biża'. Meta kkunsidrat il-fatti tal- kollha tal-każ u anke kif l-akkużat ikkopera mal-Pulizija, bagħtitu ħames snin ħabs. Ordnatlu wkoll biex fit-tliet snin li ġejjin ifittex l-għajnuna u anke ordnat lid-Direttur tal-Ħabs biex jikkunsidra jekk l-akkużat jistax jgħaddi minn proċess ta' riabilitazzjoni biex jegħleb il- vizzju tad-droga. Tonqos is-sentenza lin-nannu ħati li kkorrompa lin-neputija ANZJAN, akkużat li kkorrompa lin-neputija tiegħu minn meta kellha tliet snin, kellu s-sentenza tiegħu ridotta mill-Qorti tal-Appell. Il-każ beda fl-2007, meta l-vittma li dak iż-żmien kellha 14-il sena, ċemplet lill-Aġenzija Appoġġ biex tirrapporta li nannuha kien qed jabbużaha sesswalment. Hija kienet tgħix man- nanniet tagħha minn meta kellha tliet snin. F'Ottubru tal-2013, il- Qorti tal-Maġistrati sabet lir-raġel ħati u tagħtu sentenza ta' sitt snin ħabs. L-anzjan appella mis- sentenza għax fi kliemu l-evidenza kienet interpretata ħażin u anke għax iqis is-sentenza bħala eċċessiva meta wieħed iqis kemm għandu ż-żmien hekk kif kien se jispiċċa joħroġ mill-ħabs kważi ta' 80 sena. L-Imħallef Antonio Mizzi nnota kif l-ewwel Qorti ddeċidiet mhux fuq dawk li qalu x-xhieda iżda fuq dak li rrakkontat il-vittma li x-xhieda tagħha kienet aktar kredibbli minn dik tal-akkużat. Ma qabilx mad-Difiża li saħqet li kienet diskriminatorja li l-vittma tħalliet tixhed permezz ta' videoconferencing anke għax hija prattika li tintuża wkoll fuq livell Ewropew. Dwar is-sentenza, l-Imħallef Mizzi osserva li l-anzjan seta' jeħel bejn tliet snin u 12-il sena ħabs iżda saħaq li meta tat is-sentenza, l-ewwel Qorti naqset milli tieħu inkonsiderazzjoni x-xhieda tal-vittma. Il-Qorti tal-appell ċaħdet l-appell fejn jidħlu l-merti tal-każ iżda aċċettat l-appell dwar is-sentenza u għalhekk naqsitha minn sitt snin ħabs għal erbgħa. 'Mhux ġust li ssir invażjoni fuq il-privatezza tal- ħafna'- Carmel Cacopardo DANIEL Desira kelliem għal AD fuq is-Soċjetà Diġitali spjega kif il- konferma tal-Prim Ministru f 'diversi diskorsi tiegħu, il-Gvern irid l-installazzjoni ta' CCTV cameras abbinati ma' teknoloġija ta' għarfien tal-wiċċ (facial recognition) madwar Malta, mill- kumpanija statali Safe City Malta u l-kumpanija Ċiniża Huawei, hija inkwetanti. Dan għaliex toħloq żbilanċ bejn is-sens ta' sigurtà u l-privatezza tan-nies, aktar u aktar meta teknoloġija ta' dan it-tip tintuża biex tissorvelja persuni b'mod indiskriminat u mingħajr kontrolli serji. L-applikazzjoni ta' din it- teknoloġija għandha tkun suġġett għall-konsutazzjoni pubblika bl-iskop li jiġu determinati x'limiti raġonevoli għandu jkun hemm fl-applikazzjoni ta' din it-teknoloġija. "Użata tajjeb b'mod limitat din it-teknoloġija tista' tkun ta' ġid imma f 'idejn żbaljati u użu indiskriminat u f 'sitwazzjonijiet normali tal-ħajja tista' tkun strument ta' ripressjoni." Desira żied jgħid ukoll kif permezz ta' din it- teknoloġija, l-istat ikollu iktar informazzjoni fuq ċittadini li jinqabdu fil-filmat, minħabba li tingħaraf l-identità ta' dawn il-persuni, ħafna drabi b'mod ineżatt. "Tajjeb li ngħidu li minkejja li dan ħa jsir fi proġett pilota ġewwa Paceville u sussegwentement fil-Marsa, ma saret l-ebda konsultazzjoni pubblika s'issa." Kompla jsostni kif teknoloġija invażiva ta' dan it-tip trendi lil kulħadd qisu xi terrorist jew kriminal u tista' tiġi abbużata biex tikkontrolla b'mod kapillari attivitajiet normali f 'demokrazija - bħal parteċipazzjoni f 'protesti. Saħaq kif li lill-'big brother' issibu kullimkien mhix sitwazzjoni aċċettabbli u tista' twassal biex tiskuraġġixxi l-parteċipazzjoni ċivika. Il-paċi pubblika u problemi ta' natura soċjali għandhom jiġu kkontrollati permezz ta' community workers u pulizija imħarrġa sew f 'community policing. Carmel Cacopardo Chairperson ta' AD ikkonkluda li "mhux ġust li ssir invażjoni indiskriminata fuq il-privatezza tal-ħafna li ma jkunux qed iwettqu l-ebda att kriminali." Kompla billi spjega kif minbarra dan, kif diġà avżaw xi esperti, din il-miżura tmur dijametrikament kontra l-liġi Maltija fuq il-protezzjoni tad-data. Cacopardo spjega kif għalkemm saru avvanzi kbar fit-teknoloġija, din xorta waħda hi suġġett għall- iżbalji. Dan huwa inkwetanti wkoll għal-fatt li database bl-uċuħ tan-nies tispiċċa għand kumpanija privata Ċiniża. "Il-Gvern mid-dehra qed jieħu ideat miċ-Ċina, pajjiż magħruf għan-nuqqas ta' rispett lejn id-drittijiet tal- bniedem," insista Cacopardo. "Li l-Gvern ta' Malta qed jipproponi teknoliġiji li juża l-Gvern Ċiniż biex jikkontrolla liċ-ċittadini tiegħu, qisu xejn mhu xejn, hija inkwetanti. Il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-ġirja tal-partit tiegħu lejn il- lemin malajr qalilna li jaqbel ma' dan it-tip ta' kontroll indiskriminat fuq kulħadd," temm id-diskors tiegħu Cacopardo.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018