Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 | illum Għall-Qorti jekk ma jingħatax apoloġija mingħand il-Gvern Din il-gazzetta ċemplet lill-kontestant tal-X Factor u staqsietu hux se jieħu passi legali, wara li qal illi nkissrulu d-drittijiet…minfl ok jibgħatna għand Ivan Grech Mintoff … DIN il-gazzetta tinsab infurmata li jekk il-Gvern jibqa' ma jitlobx apoloġija u jirtira l-kummenti tiegħu fil-konfront ta' Matthew Grech; il-kontestant kontroversjali tal-X Factor, il-każ se jittella' quddiem il-Qorti minn Grech innifsu akkumpanjat minn Ivan Grech Mintoff, fuq l-akkuża ta' ksur tad- dritt fundamentali tal- kontestant. Ikkuntattjat minn din il- gazzetta wara li f 'intervista ma' ġurnal lokali indika ksur tal-liġi, l-ILLUM staqsiet lill Matthew Grech jekk hux se jieħu passi legali. Hu pront bagħatna għand Ivan Grech Mintoff li jmexxi, Alleanza Bidla, partit b'ideoloġija politika Kristjana Konservattiva. L-ILLUM għalhekk ikkuntattjat lil Grech Mintoff li stqarr illi, "jien u Matthew ninsabu magħqudin f 'kawża komuni. Il-verità hi, li l-kummenti ta' Matthew ma daqqux għal widnejn tal-maġġoranza tal-popolazzjoni għalhekk wara pressjoni kbira fuq il- 'producers' dawn iddeċidew li jneħħu l-filmat sħiħ minn fuq il-midja soċjali." L-ILLUM staqsiet x'inhi r-rabta bejnu u Matthew Grech, b'Grech Mintoff jinsisti biss li hemm konverġenza ta' ħsieb. Fil-ġimgħat li għaddew, il-kummenti ta' Grech dwar l-omosesswalità, li xxandru b ħ a l a parti mill-audition tiegħu fuq l-X Factor qajmu furur tant li l-'producers' ta' X Factor neħħew il-prova sħiħa tiegħu minn fuq il-midja soċjali. Fil-ġranet li għaddew il- produtturi reġgħu tellgħuha fuq il-midja soċjali, bil- kummenti kontroversjali tiegħu iżda jibqgħu ċċensurati. Skont Grech Mintoff, "din il-mossa kienet illegali u ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u għalhekk aħna bħala partit Kristjan ninsabu magħqudin f 'din il-kawża komuni." Skontu, "in-nies fil-Gvern mhumiex jirrappreżentaw lil kulħadd. Jekk inti taħsibha differenti minnhom, lesti jkissruk, dan mhux sew. Matthew Grech huwa vittma ta' Helena Dalli u l-MGRM u għandu jkollu dritt li jesprimi ruħu," allega Grech Mintoff. Għalhekk, huwa wissa li "jekk ma jitranġawx l-affarijiet ma' Matthew, billi l-ewwel nett tinħareġ apoloġija mill- Gvern u wara terġa' titpoġġa l-prova sħiħa tiegħu, aħna mhux se jifdlilna triq oħra għajr li nieħdu passi legali kontra l-Gvern u l-MGRM." Fil-fatt Grech Mintoff għamilha ċara illi jekk il-Gvern u l-MGRM ma japoloġizzawx u anke jirtiraw dak li qalu, hu flimkien ma' Matthew Grech u possibilment persuna terza se jkunu qed jibdew il-proċess għal kawża fil- Qorti nhar il-Ġimgħa li ġej. L-ILLUM tistaqsi lil Grech Mintoff għaliex se jressaq lill-Gvern u l-MGRM biss u mhux il-'producer' li wara kollox kien hu li neħħa l-'audtion' minn fuq il-paġna ta' Facebook. "Jiena mhux qed neskludi li ntellgħu lill-'producer', imma fl-opinjoni tiegħi u fl-opinjoni tiegħi biss nara li l-unika ħażin li għamel il-'producer' huwa li ċeda għall-pressjoni." Il-gazzetta tistaqsih ukoll imma xi provi għandu li l-Gvern jew l-MGRM għamlu xi pressjoni fuq ix-xandir nazzjonali u li kienet din il-pressjoni li wasslet biex jitneħħa dan il-filmat. Grech Mintoff ma weġibx u rrefera l-gazzetta għad-diskors li għamlet il-Ministru Helena Dalli fil- Parlament. Fis-seduta Parlamentari tal-24 ta' Ottubru li għadda, il-Ministru għall- Ugwaljanza Helena Dalli, saħqet illi l-libertà tal- espressjoni ġġorr magħha responsabbiltà u ma tfissirx li wieħed jagħmel ħsara lil sezzjoni oħra tas-soċjetà." Dakinhar Dalli saħqet li "huwa l-obbligu tax-xandir pubbliku li jissalvagwardja s-soċjetà minn din it-tip ta' ħsara." Anke l-Gvern fi staqrrija sostna li "huwa fatt li x-xandir ta' dan il-messaġġ kien wieħed ta' ħsara kbira u li jpoġġi f 'riskju lil dawk iż-żgħażagħ li huma vulnerabbli għal tali prattiċi minkejja li Malta adottat liġijiet stretti f 'dan ir- rigward fl-2016." Fil-programm Grech kien sostna illi hu kien omosesswali u issa m'għadux tant li qal li qed iħares 'il quddiem biex jiżżewweġ ma' mara. Kuntrarjament għall- Gvern, Grech Mintoff f 'isem Matthew Grech qal mal- ILLUM li "Grech għandu jiġi trattat bl-istess mod bħall-kontestanti l-oħra, mingħajr ebda ndħil politiku," Il-każ tal-X Factor, River of Love u t-terapija.... Matthew Grech, li huwa membru tal-għaqda Reliġjuża River of Love, spiċċa f 'nofs kontroversja fl-aħħar ġimagħtejn minħabba li fuq X Factor stqarr li kien omosesswali u ma baqax. Minkejja dan, fl-ebda ħin tal-intervista ma għamel referenza diretta lejn it-teorija ta' konverżjoni, minkejja li seta' kien hemm min fehem il-bidla li hu qal li għamel bħala implikazzjoni ta' konverżjoni. Fid-dawl ta' reazzjonijiet mill-aktar ħorox kontra dak li qal Grech, minn ħafna fosthom l-Editur ta' din il- gazzetta, il-kontestant ta' X Factor talab lill-Gvern u lil Malta Gay Rights Movement (MGRM) jirtiraw kliemhom u jagħmlu apoloġija lilu. Hu sostna, mal-gazzetta l-Orizzont, li kemm il- Gvern kif ukoll l-MGRM "poġġew pressjoni fuq it-televiżjoni tal-istat u neħħew mhux biss l-istorja tiegħi, iżda anke s-solo audition tiegħi." L-għaqda River of Love mhux l-ewwel darba li spiċċat f 'nofs kontroversja propju minħabba l-omosesswalità u anke minħabba akkużi fuq mart il-mexxej tal- għaqda Gordon Manhè, li allegatament kienet qed tipprattika t-Terapija tal- Konverżjoni. Tom Brown, Evanġelista Anerikan u l-fundatur tal-'World of Life Church' f 'Texas kien żar pajjiżna fl- 2015 wara li kien mistieden mir-'River of Love'. F'intervista mal-gazzetta The Times kien sostna li huwa favur it-terapija ta' konverżjoni. Din it-terapija, xjentifikament falluta fis-sens li ma ħallietx riżultati, tgħid illi permezz ta' terapija persuna tista' tbiddel in-natura tagħha u tbiddel l-orjentazzjoni sesswali. Din it-terapija saret illegali f 'pajjiżna sentejn ilu, biex fil-fatt pajjiżna sar l-ewwel wieħed li għamel din il-prattika kontra l-liġi. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter VACANCY Marble Labourer Job Description: Installing marble according to design and measurements, Operating marble cutting machinery in a factory, Polishing Marble Salary: €8,971 per annum Requirements: Knowledge of English Language, Clean Police Conduct, Know how to cut, polish and install marble To apply: Send a CV on cinimarbles@yahoo.co m

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018