Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

N har il-Ħadd 28 t'Ottubru ntemm s-Sinodu tal-Isqfijiet li sar f 'Ruma bejn it-3 u t-28 t'Ottubru. Ħadu sehem fih 36 żagħżugħ/a, b'kollox 267 persuna, il-biċċa l-kbira isqfijiet rappreżentanti ta' sħabhom mad-dinja kollha. Fuqhom deher għaddej dell, id-dell tal-abbuż klerikali li bih sfat mifnija l-Knisja f 'ħafna naħat tagħha. Dwar it-tliet ġimghat li dam sejjer is-Sinodu ntqalu ħafna riflessjonijiet siewja u għalhekk domt intella' u nniżżel liema se ndaħħal fid-daqsxejn kitba tiegħi. Iddeċidejt li nġib x'qal il-Papa Franġisku fil-ftuħ tas-Sinodu kif ukoll x'qalu t-tliet isqfijiet, wieħed mill-Awstralja ieħor mill- Amerika u ieħor mill-Afrika. Il-Papa Franġisku "Is-Sinodu li qed ngħixu huwa waqt li qed naqsmuh flimkien. Nixtieq għalhekk fil-bidu tal-Assemblea Sinodali nistieden lil kulħadd biex jitkellem bil- kuraġġ u bis-sinċerità billi tgħaqqdu flimkien il-libertà, is-sewwa u l-imħabba. Id- djalogu biss jista' jgħinna nikbru. Il-kritika onesta u trasparenti hija kostruttiva u siewja, u ma tintilifx fit- tlablib bla sugu, fix-xnigħat, fl-istħajjil jew fil- preġudizzji u l-umiltà f 'min jisma' għandha tikkorrispondi mal-kuraġġ f 'min jitkellem. Jekk tgħidu xi ħaġa li ma togħġobnix, għandi nisma' iżjed għax kulħadd għandu l-jedd li jinstema', hekk kif kulħadd għandu l-jedd li jitkellem. Das-smigħ miftuħ jitlob il-kuraġġ f 'min jitkellem u f 'min isir il-leħen ta' ħafna żgħażagħ fid-dinja li mhumiex preżenti. Huwa das-smigħ li joħloq il-wisgħa għad-djalogu" L-Arċisqof Fisher ta' Sydney Illum, fil-preżenza tiegħek, Missier Qaddis, u qalb ħuti l-isqfijiet irrid niskuża ruħi maż-żgħażagħ għal kull mod li bih aħna iddiżappuntajniekom. Għax l-għemejjel ta' mistħija ta' xi qassisin ,reliġjużi u lajċi li kkommettejna lilkom jew żgħażagħ oħrajn bħalkom u l-ħsara terribli li dan għamlilkom u għax wisq isqfijiet oħrajn naqsu milli jwieġbu kif jixraq meta l-abbuż sar magħruf u ma għamlux kulma setgħu biex iħarsukom, u għall-ħsara li saret lill-kredibilità tal- Knisja u l-fiduċja tagħkom: nitlob apoloġija, Għal dawk id-drabi li fihom familji Kattoliċi, parroċċi u skejjel naqsu li jqarrbukom lejn il-persuna ta' Ġesù Kristu, il-kelma tiegħu ta' salvazzjoni u l-pjan tiegħu għal ħajjitkom, u għal dawk id-drabi meta deherna bħallikieku bla merħba, imbegħdin jew ħorox, jew ma wrejniex turija tal-ferħ uniku għax aħna Nsara." L-Isqof Robert Barron, isqof awżiljarju ta' Los Angeles "Dak li hu vitalment meħtieġ illum, bħala aspett tal-akkumpanjament taż-żgħażagħ hi verżjoni ġdida tal-apoloġetika u tal-katekeżi. Nagħraf li f 'ambjenti fi ħdan il- Knisja, il-frażi 'apoloġetika' hi suspettuża, billi qisha tiftiehem xi ħaġa argumentata, aggressiva, bi ħlewwa żejda. Nittama li hi ħaġa ċara li x-xandir arroganti ma għandux post fil-missjoni pastorali tagħna, iżda daqshekk ieħor hu ċar li l-ispjega intellettwali, rispettuża u kulturalment sensittiva tal-fidi hi ċertament ħaġa mixtieqa." "Fost in-nies pastorali hemm qbil li, għallinqas fil-Punent ġarrabna kriżi fil-katakeżi f 'dawn l-aħħar 50 sena. Li l-fidi ma ġietx ikkomunikata effettivament kien ivverifikat li fost ir-reliġjonijiet maġġuri, il- Kattoliċiżmu ġie t-tieni mill- aħħar fil-kommunikazzjoni tat-tradizzjonijiet tiegħu. Għaliex ġara tul dawn aħħar għexieren ta snin li ż-żgħażagħ mill-iskejjel sekondarji kattoliċi tagħna qraw lil Shakespeare fil- klassi tal-letteratura, lil Omeru fil-klassi tal-Latin, Einstein fil-klassi tal-fiżika, iżda wisq drabi kien hemm testi superfiċjali fir-reliġjon? L-armata taż-żgħażagħ tagħna li huma tal-fehma li r-reliġjon hi kontra r-raġuni huwa frott ta' dal-falliment fl-edukazzjoni" Il-Kardinal Dieudonne' Nzapaslanga ta' Bangui, Repubblika Ċentrali tal- Afrika "Ħafna drabi nitkellmu fuq il-kolonjaliżmu. Jeħtieġ attenzjoni dwar l-idea li naċċettaw kulma jiġi. Ma għandniex naċċettaw kulma jiġi mill-Ewropa. Jeħtieġ ngħinu liż-żgħażagħ, jekk ma nagħmlux dan se jaċċettaw kollox anke tagħrif ħażin, tagħrif falz." D in il-ġimgħa fil-Parlament sħabi Silvio Parnis, Deo Debattista u jien flimkien mad-deputati Anton Refalo u Glenn Bedingfield kellna l-opportunità li nispjegaw lill-pubbliku dak li sar matul is-sena 2018 u dak li se nwettqu matul is-sena 2019 bil-fondi u – allokazzjonijiet li ngħatajna. Huwa fatt li biex timplimenta l-inizzjattivi u l-ideat irid ikollok il-ħila u t-talent. Però l-ħila u t-talent huma parti waħda biss tal-munita. Irid ikollok ukoll l-iffinanzjar u l-fondi sabiex tkun tista' twettaq dak li tixtieq twettaq. Il-Malti jgħid li mingħajr flus la tgħannaq u lanqas tbus – u għandu raġun. Ftit ħafna huma l-inizzjattivi jew ir-riformi li jiġu mingħajr investiment kapitali jew finanzjarju. Ħafna minnhom teħtieġ investiment u kuntent ħafna li ngħatajna allokazzjonijiet finanzjarji importanti – kemm fil-kamp tal-ġustizzja u kemm fil-kamp tal-kultura, Gvern Lokali, xandir u s-setturi l-oħra kollha (it-tindif, il-mediċini u l-kompetizzjoni) li se jwasslu biex inkomplu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies. Ġustizzja Fil-kamp tal-ġustizzja saret ħidma importanti ħafna fl- aħħar snin li daħħlet riformi li konna ilna snin nixxennqu li jkollna - bħal–liġi tal- Whistleblowers, Liġi tal- finanzjament tal-partit, tneħħija tal-preskrizzjoni fuq il-politiċi, kumitat ġdid dwar l-għażla ta' ġudikanti, kumitat ġdid dwar id-dixxiplina tal-ġudikanti, id-dritt tal-avukat waqt l-arrest, aġġornament tad-drittijiet proċedurali waqt l-arrest, kumitat parlamentari ġdid li jagħmel skrutinju ta' ħatriet ġodda, it-tneħħija tal-poter tal-AĠ fil-kawżi tad-droga u gender parity fil-ġudikatura. Dawn u ħafna oħrajn wasslu biex is-saltna tad-dritt issaħħet fil-prattika. Jonqos iktar. Pereżempju liġi li hija mwiegħda fil-manifest elettorali li bis-saħħa tagħha l-Qrati jieħdu awtonomija amministrattiva bl-istess mod li l-Parlament għadu kemm ħa l-awtonomija amministrattiva tiegħu. Pereżempju liġi li tkompli twessa' l-medjazzjonijiet f 'kawżi oħra sabiex kemm jista' jkun nevitaw kemm jista' jkun li n-nies, speċjalment anzjani, jidħlu l-Qorti. Aħna miftuħin għall-bidla. Nhar it-Tnejn li ġej ġejjin l-esperti tal-Venice Commission sabiex jiltaqgħu ma' diversi stakeholders u eventwalment jagħtu l-pariri tagħhom dwar iktar tibdil istituzzjonali. Aħna miftuħin għall-pariri u l-veduti ta' nies awtorevoli bħal dawn sabiex inkomplu nwettqu l-bidla. Aħna l-bidla ma nibżgħux minnha – aħna l-bidla nabbraċċjawha. Kultura Is-settur kulturali miexi 'l quddiem b'mod bla preċedent u dan sar għax ninsabu ffokati immens. Kemm fil-kamp tal-kultura u kemm fil-kamp tal-patrimonju rajna avvanzi u titjib sabiħ immens. S'issa l-unika kritika tal-Oppożizzjoni hija dwar uħud mill-persuni li għażilt jien biex imexxu dan is- settur bla ma jsemmu xejn dwar il-ħidma tagħhom. Jien għalija dak ikun l-isbaħ ċertifikat ta' kemm hi sfiqa l-ħidma li saret u kemm għamilna suċċessi fl- aħħar xhur. Aħna ffokati li nsaħħu l-infrastruttura kulturali li għal ħafna snin kienet nieqsa. Fl-10 ta' Novembru li ġej – ftit jiem oħra – se jiftaħ il-MUŻA. Wara l-ftuħ tal-MUŻA niffokaw il-ħidma kollha tagħna immedjatament biex iktar proġetti infrastrutturali kulturali jaslu sat-tragward jew sa stadju avvanzat ħafna sal-elezzjoni ġenerali li jmiss skont it-timeframes riġidi (u hekk għandu jkun) tal-Unjoni Ewropea. Se nkomplu b'inizzjattivi fil- komunità - il-fond għal iktar sigurtà fil-kmamar tan-nar se jerġa' jingħata lis-27 kamra tan-nar volontarja li għandna, fond speċifiku għas-soċjetajiet mużikali Maltin biex jagħmlu proġetti ta' restawr, fond li se jwaqqaf underwater heritage unit fi ħdan Heritage Malta u ieħor li se jħares lill-Belt Valletta mill-aspett ta' UNESCO. Fuq kollox l-iskema u inizzjattiva sabiex it-tfal tagħna jkunu jistgħu jidħlu fis-siti kollha ta' Heritage Malta b'xejn u magħhom jidħlu żewġ adulti b'xejn fi kwalunkwe ġurnata. Dawn huma affarijiet sbieħ u eċċitanti ħafna li se jehduna fi vjaġġ li se jaraw is-settur tal-kultura jieħu spinta oħra 'l quddiem f 'livelli bla preċedent. Teamwork Dan kollu ma jsirx jekk ma jkunx hemm team work mal- ħaddiema kollha u diriġenti kollha involuti. Grazzi minn qalbi lis-Segretarju Permanenti Johan Galea, liċ-Chief of Staff Angele Abela u l-ħaddiema kollha li tant jagħmlu sagrifiċċji. Sintendi f 'dan l-artiklu tkellimt biss dwar is-setturi tal-Ġustizzja u l-Kultura. Hemm imbagħad is-setturi l-oħra kollha li jieħdu ħsieb tant tajjeb Silvio Parnis u Deo Debattista li ċert li se jkunu qed jitkellmu f 'iktar dettall dwarhom. Dawn kollha jagħmlu xogħol tajjeb immens li jimlina b'kuraġġ u determinazzjoni li nkomplu nagħmlu iktar. Grazzi minn qalbi ta' dan it-teamwork kollu. It-teamwork ma jiġix mis-sema, trid taħdem għalih kuljum. Ir-riżultati li jagħtik huma ikbar mis-sum total tal-persuni individwali. Inkomplu naħdmu, inkomplu nwettqu l-bidla. illum | Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 16 Opinjoni DUN ANG SEYCHELL OWEN BONNICI Iktar investiment, iktar inizjattivi L-iljunfant li daħal fis-sinodu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018