Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 17 Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 | illum F 'Malta l-'leave' tal-maternità huwa ta' 14-il ġimgħa mħallsa, bl-għażla li omm żżid erba' ġimgħat aktar 'leave' mingħajr obbligu ta' min iħaddem li jħallasha matul dawn l-erba' ġimgħat. Jiġifieri normalment meta omm tieħu 18–il ġimgħa biex toqgħod ma' wild ġdid, fl- aħħar erba' ġimgħat tieħu benefiċċju li jista' jkun inqas minn dak li ħadet fl-ewwel 14–il ġimgħa. Dis- sistema timplika li mara li tagħmel erba' ġimgħat iktar ma taħdimx barra mid-dar għandha ġġarrab konsegwenza. Wieħed jistaqsi: Qed nippruvaw naqtgħu qalb l-ommijiet li jixtiequ jestendu l-perjodu li jiddedikaw ruħhom għall- maternità mingħajr ma jaħdmu barra mid-dar? Min-naħa l-oħra raġel jingħata biss ġurnata 'leave' mħallsa, sa massimu ta' ħamest ijiem għal gruppi speċifiċi ta' ħaddiema. Dan jimplika li post ir-raġel li għadu kemm sar missier huwa attiv fl-ekonomija, u mhux fil-familja. Tant hu hekk li l-benefiċċju ta' ġurnata 'leave' għall-irġiel anqas jissejjaħ 'leave' tal-paternità iżda 'leave' għal twelid (bl- Ingliż, 'birth leave'). Jiġifieri anke analiżi tat-terminoloġija tikxef in-nuqqas ta' proviżjonijiet għall-esperjenza bħala missier. Għalkemm l-ekonomija mhix kollox, tajjeb nikkunsidraw li ġenituri b'wild ġdid xorta huma aġenti ekonomiċi għax huma konsumaturi b'kontribut t'eluf ta' ewro marbutin mal-esperjenza ta' wild ġdid. Titjib fil-'leave' tal- maternità u ħolqien ta' 'leave' tal-paternità xieraq jikkontribwixxu biex dawn il-konsumaturi jingaġġaw b'aktar ħin u flus x'jinvestu f 'attivitajiet u prodotti relatati mal-familja. U b'hekk iddur ir-rota, speċjalment fil-kuntest tal-Baġit 2019 li żied iċ- 'children's allowance' u radd lura festa pubblika oħra bħala 'leave' mħallsa. Jekk ma' dan il-gwadann ekonomiku nżidu l-gwadann fil-kwalità tal-ħajja - li finalment għandu jkun il-prijorità – 'leave' tal-maternità u tal-paternità xierqa għandhom prospettivi ta' benefiċċji soċjali li jinħassu fl-immedjat, kif ukoll fil- ġenerazzjonijiet futuri. Fattur ieħor hu li Malta saret xempju progressiv fid-drittijiet ċivili. Dawn taw pjattaforma għall- familji alternattivi bħal dawk b'żewġ ommijiet u żewġ missirijiet. Għaldaqstant differenzi bejn nisa u rġiel fil-'leave' fl-okkażjoni ta' wild jagħtu spazju għal anomaliji u diskriminazzjoni fuq bażi ta' ġeneru, minkejja li involontarji. Anomalija oħra hija li filwaqt li żewġ ġenituri li jaddottaw wild bħalissa jistgħu jiftehmu bejniethom kif iqassmu 'leave' tal-adozzjoni li huma intitolati għalih, familja li jkollha twelid ma tistax tagħmel dan. Il-proposti tiegħi f 'dan il- qasam jinkludu li: 1. Jitwaqqaf 'working group' b'parteċipazzjoni tal-Gvern, trejd unjins, għaqdiet ta' min iħaddem, imsieħba soċjali, soċjetà ċivili u professjonisti mill- oqsma tas-saħħa fiżika, mentali u soċjali. 2. Isir proġett pilota ma' industriji u sidien tax- xogħol li, għal perjodu stabbilit (eż. 6 xhur - sena) jagħtu estensjoni tal-'leave' tal-maternità u tal-paternità skont kif jirrakomanda l-'working group'. Għandu jkun mistħarreġ jekk din l-estensjoni tistax tkun kofinanzjata mill-Gvern u/ jew l-Unjoni Ewropea. 3. Issir kampanja nazzjonali li tisfida l-biżgħat u l-bruda lejn il-leave tal-paternità. 4. Jinfetħu spazji fuq il-post tax-xogħol għal kura tat-tfal t'età bejn 0 u 3 snin. Dawn jiffaċilitaw il-ġenituri biex imorru lura għar-rutina tax-xogħol; kif ukoll jiffrankaw skariġġ, ħin, traffiku u tniġġis. 5. Jingħataw inċentivi fiskali għall-industriji u s-sidien tax-xogħol li jipparteċipaw fil-proġett pilota msemmi hawnhekk u li jipprattikaw 'best practices'. 6. Isir stħarriġ empiriku dwar l-esperjenzi tal- familji, industriji u sidien tax-xogħol li jipparteċipaw fil-proġett pilota. Finalment, bħalma fil- Baġit 2019 rajna miżuri bla preċedent bħaż-żieda fiċ-'children's allowance' u assikurazzjoni li wara sena l-ebda impjegat ma jibqa' fuq paga minima, Malta għandha u tista' tkun l-aqwa fil-qasam ta' 'leave' marbut mat-twelid tal- ulied ukoll. Opinjoni 'Leave' marbut mat-twelid: analiżi u proposti progressivi I l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, fl-aħħar diskors tal- Baġit qalilna: "Il-Gvern huwa wkoll kommess li jkompli jaħdem biex jitnaqqas ir-riskju tal-għargħar f 'pajjiżna. Għaldaqstant, se jsiru studji dettaljati sabiex jiġu żviluppati aktar miżuri li jistgħu jnaqqsu dan ir-riskju filwaqt li jimmassimizzaw l-użu tal-ilma tax-xita." Edward Scicluna bla dubju jaf li bħala riżultat tat-tibdil fil-klima l-maltempati kif ukoll ix-xita qed ikunu ta' natura iktar intensivi. Meta tinżel ix-xita, b'mod partikolari meta tkun qawwija, l-infrastruttura tagħna ma tistax tlaħħaq. Imma minbarra l-impatti kkawżati mill-klima għandna fuqna ukoll il-piż u r-riskji kkawżati minn regolaturi nkompetenti. F'Malta għal dawn l-aħħar 138 sena, il-liġi pprovdiet biex ikun hemm l-obbligu li jkollna l-bjar għall-ilma tax-xita fid- djar. Il-qisien tal-bjar varja tul is-snin. Oriġinalment il-qies kien dipendenti fuq il-qies total tas-sulari kollha mibnija. Illum il-ġurnata dan tnaqqas biex ikun relatat mal-qies tal-art mibnija. Sfortunatament dawn ir- regoli ftit huma osservati. Din mhiex storja li bdiet illum, ilha għaddejja snin twal possibilment sa mis-snin 60, żmien meta l-industrija tal-bini kienet għaddejja b'rankatura kbira. Jiena niftakar, meta kont għadni student, ftit snin ilu mhux ħażin, kont rajt rapport li kien tħejja għall-Gvern Malti minn esperti mibgħuta mill-Ġnus Magħquda. Dakinhar diġà kien ċar li waqt u wara maltempati qawwija l-ilma għaddej mis-sistema tad-drenaġġ kien jiżdied b'mod astronomiku u dan billi ħafna ilma tax-xita flok ma jinġabar fil-bjar kien qed jintrema fid- drenaġġ. Is-sitwazzjoni, minn dakinhar, marret ħafna għall- agħar! Flok mal-ilma tax-xita jinġabar fil-bjar, f 'ħafna każi qed jintrema fit-toroq, inkella direttament fis-sistema tad- drenaġġ pubbliku. Ammont enormi ta' ilma tax-xita li nistgħu nutilizzaw qed jintrema. Ħafna jekk jużaw l-ilma tax-xita jistgħu jnaqqsu b'mod drastiku l-kontijiet tal-ilma! Meta l-ilma tax-xita jintrema fid-drenaġġ, dan mhux biss ifur fit-toroq tagħna imma minħabba li jgħabbi l-impjant tal-purifikazzjoni tad-drenaġġ b'ammont żejjed ta' ilma iżid b'mod konsiderevoli l-ispejjeż għat-tmexxija tal-impjant. Il-parti l-kbira tal-ħtija għal dan trid tinġarr minn dawk li jiżviluppaw il-proprjetà. Anke l-Gvern, direttament, kif ukoll permezz tal-aġenziji tiegħu, fil- passat riċenti kien responsabbli għall-iżvilupp ta' housing estates li fihom ma tinġabarx qatra ilma tax-xita! Hu fatt magħruf li fejn żvilupp residenzjali jkun fih garaxxijiet parzjalment jew kompletament taħt il-livell tat-triq ftit għandna bjar għall-ilma tax-xita. L-Awtorità tal-Ippjanar hi responsabbli biex tassigura li l-kundizzjonijiet tal-permessi tal-iżvilupp ikunu osservati: dawn kważi dejjem jinkludu l-obbligu li jinbena bir biex fih jinġabar l-ilma tax-xita. Imma ħafna drabi, għall-Awtorità tal- Ippjanar, qisu ma ġara xejn jekk il-bir ippjanat jibqa' fuq il-karta. Min-naħa l-oħra, il- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) matul dawn l-aħħar snin assumiet ir- responsabbiltà għas-sistema kollha tad-drenaġġ, liema responsabbiltà qabel kienet f 'idejn id-Dipartiment tad- Drenaġġ. Din ir-responsabbiltà tinkludi l-għoti tal-permess biex bini ġdid jiġi mqabbad mas- sistema tad-drenaġġ. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma x'verifiki qed tagħmel li l-katusi tad-drenaġġ biss qed jitqabbdu mas-sistema pubblika tad-drenaġġ? Qed isiru verifiki li m'hemmx katusi tal-ilma tax- xita wkoll? It-tweġiba teħduha waħedkom fit-toroq tagħna f 'ġurnata ta' xita qliel. Ħadd mhu jagħmel verifika dwar dak li qed jiġri. Dan kollu jwassal għall- konklużjoni li waqt li l-ħtija ewlenija għall-qagħda preżenti hi tal-industrija tal-bini, għax, iktar le milli iva ma tipprovdix bjar għall-ilma tax-xita fi żvilupp ġdid, il-ħtija mhix tagħha biss. L-awtoritajiet u d-dipartimenti tal-Gvern għandhom ukoll iġorru s-sehem tagħhom tar-responsabbiltà minħabba li ma onorawx l-obbligi regolatorji tagħhom. L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (u dawk li ġew qabilhom) setgħu waqqfu dan l-abbuż, imma ma għamlu xejn. Meta jkollna xita qliel, jew xita għal ħin twil, diffiċli tgħaddi minn ċertu toroq f 'Malta u Għawdex. Dan hu sors ta' periklu u fil-fatt id- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jkun okkupat ħafna f 'dawn iż-żminijiet jgħin lil min ikun f 'diffikultà minħabba l-għargħar. Fondi tal-Unjoni Ewropea ntużaw biex jiġu ffinazjati mini taħt l-art biex l-ilma tax-xita fit-toroq jinġabar u jintrema l-baħar. Fondi pubbliċi intużaw biex jinħbew irregolaritajiet li sar mis-settur privat. Mhux biss, imma ntużaw ukoll biex riżors prezzjuż jintrema. Dawn il-fondi setgħu intużaw ferm aħjar kieku intużaw biex l-ilma nġabar u nħażen fl-ibliet u l-irħula tagħna, flok ma ntrema. Il-parir tiegħi lil Edward Scicluna hu li, flok ma jinħlew iktar fondi pubbliċi, għandu jassigura ruħu li l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jwettqu l-obbligi regolatorji tagħhom. Meta jagħmlu dan, parti mdaqqsa mill-problema tal-ilmijiet fit-toroq tagħna tisparixxi. CARMEL CACOPARDO L-ilma tax-xita: l-inkompetenza tal-awtoritajiet DR MARIA BROWN Soċjologa u lettur l-Università ta' Malta - mbrown1919@gmail.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018