Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 minn Cristian Antony Muscat JOSEPHINE 'Joey' Grima - fost l-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-basketball lokali, u li fl-aħħar xhur irritornat f 'pajjiżna biex tilgħab ma' Starlites, wara żmien twil tilgħab barra minn xtutna fosthom fl- Italja, Sqallija u Franza. F'dan l-artiklu, se tkun qed ittina aktar dettalji. "Kuntenta ħafna li erġajt ġejt lura, biex nagħti sehmi ukoll fil-basketball Malti. Nammetti li ma tantx kelli motivazzjoni qabel ma lgħabna l-finali tat-Tazza Indipendenza imma ġaladarba bdejt malajr reġgħet ġietni l-volja li nilgħab. Il-kowċ jagħmel minn kollox biex iħallina liberi u nieħdu gost nilagħbu u kapaċi ħafna jaqra x'kull plejer tista' toffri lit-tim u naħseb li Starlites huwa tim li jista' jħossu fortunat li għandna lilu u lit-tfajla tiegħu bħala barranija fit-tim għax bis-saħħa tagħhom, it-tim huwa vera magħqud. Ovvjament teżisti differenza fil-livell bejn il-Kampjonat Malti u Kampjonati oħra li lgħabt fihom barra minn xtutna. Biss il-fatt li issa żdiedu l-barranin, il-livell trid u ma tridx jogħla, u jien naħseb li għalkemm naqqsu t-timijiet xorta hemm kompetizzjoni tajba u nisperaw li l-Maltin jifhmu li fejn m'hemmx finanzi biex iġġib il-barranin, għandna nieħdu l-opportunità biex nisfruttaw liż-żgħar u nilagħbu b'dak li l-klabb diġà jkollu u mhux nippermettu li ċerti regoli jisfaxxaw lit-tim. Jien ma nħobbx nagħmel tragwardi. Inħares lejn il-logħob logħba logħba, nagħmel l-almu tiegħi kemm mat-tim kif ukoll bħala trejning personali u individwali li jgħinni biex nagħti kemm nista' lit-tim u bis-saħħa t'hekk, pass pass nimxu logħba wara l-oħra. Ħadd ma jilgħab biex jitlef u kull min qiegħed jilgħab qiegħed hemm biex jirbaħ. B'hekk neħodha logħba logħba u l-ħidma toħroġ il-frott tagħha fil-mument opportun. Sa ftit ilu ma tantx kelli aptit nilgħab, u kont ngħidlek li l-unika ħaġa li żżommni nilgħab hawn Malta hija minħabba t-tim nazzjonali Malti u għax inħoss li għadni nista' nilgħab u nagħti ħafna lit-tim u dnub li nieqaf issa. Biss issa wasalt fi stat fejn inħares 'il quddiem għat- trejnings u iktar u iktar għal-logħob. Bil-mod il-mod dieħla wkoll fid-dinja tal-kowċing hekk kif bdejt matul is-sajf li għadda ma' SportMalta u dan itini ħafna sodisfazzjon ukoll u naħseb li l-fatt li nikkowċja jgħinni wkoll biex ikolli viżjoni aħjar tal-logħba tiegħi stess. Nipprova ma nħarisx fil- bogħod u ngawdi l-preżent li għadni b'saħħti biex nilgħab!" illum Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 "Sa ftit ilu ma tantx kelli aptit nilgħab iżda nin- sab kuntenta li erġajt lura l- basketball Malti" - Josephine 'Joey' Grima

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018