Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 Tispikka bil-kbir kemm n-Netball kif ukoll l-Waterpolo minn Cristian Antony Muscat LUCRETIA Hili - plejer mill-aqwa kemm tan-Netball kif ukoll tal-Waterpolo, fejn tispikka ferm kemm ma' Silverbacks kif ukoll ma' San Ġiljan ASC rispettivament. F'dan l-artiklu, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Diffiċli ħafna ngħid liema sport nippreferi l-aktar bejn in-netball u l-waterpolo. Inħobb l-aktar in-netball minħabba r-raġuni li lħaqt livell aktar għoli minn dak tal-waterpolo. It-tnejn għandhom is- sabiħ tagħhom u huma ferm differenti minkejja li t-tnejn jintlagħabu bil- ballun. Fit-tnejn li huma nilgħab fil-posizzjoni 'centre' fejn fil- waterpolo nista niskurja iżda fin-netball le. Il-waterpolo bħala sport huwa ferm aktar difficli għar-raguni li trid taqdef fl-ilma allura għandek aktar resistenza. Huwa sport ta' kuntatt li xi kultant jista' jkun naqra vjolenti iżda ovvjament trid tibqa' tilgħab il-logħba waqt li tipprova tirreżisti għal dan it-tip ta' kuntatt. Qabel it-taħriġ, apparti li rrid niprepara lili nnifsni fiżikament, irrid niprepara wkoll mentalment. Dan minħabba r-regoli u l-affarijiet tattiċi speċjalment meta niġi biex nilgħab il-logħoba tan-netball għax ninsa li rrid noqgħod attenta minħabba l-kuntatt mal- plejers l-oħra Mhux faċli nlaħħaq mat-tnejn li huma speċjalment jekk ikolli training sessions fl- istess ħin. Iżda mhux l-ewwel darba li minn netball nibqa sejra training session waterpolo. Din ġieli ġratli wkoll għal-logħob tal-kampjonat, b'hekk irrid ninkludi fitness sessions li jadattaw għat-tnejn li huma biex inkun kapaċi nagħmel ħin twil nitrenja u nagħti performance tajba fi tnejn li huma. Il-ġimgħa tiegħi trid tkun pjanata sew biex inkun nista' ndaħħal it-taħrig tal-isport sew mal-affarijiet oħra bħal skola, studju u xogħol. B'hekk importanti hafna li nibqa determinata il hin kollu, specjalment minhabba li nippratika zewg sports, lanqas biss ikolli break bejniethom ghax waqt li nkun ghadejja bil-kampjonat tal-waterpolo inkunu ga bdejna bil- pre season tan-netball. Hemm differenza kbira bejn tippratika sport fuq l-art u fl-ilma. Ħafna jgħiduli "Imma inti mhux fit diga'?". Mill-esperjenza tiegħi m'għandhiex x'taqsam kemm tkun fit. Dan għaliex hemm differenza bejn il-ġiri u l-għawm. Jekk ma tkunx imdorijja tgħum mhux se tkun faċli u viċi-versa fil-ġiri. Fin-netball għandek bżonn aktar 'speed u agility' u fil-waterpolo irid ikollok aktar saħħa f 'idejk u f 'saqajk. L-aħħar staġun tas- Silverbacks kien wieħed mill-aqwa għaliex għal sena oħra rnexxielna nżommu t-titlu ta 'Unbeaten' fil-league u kif ukoll fin- 'knock out'. Il-league tal-Waterpolo ta' San Ġiljan nista' ngħid li kien tajjeb ukoll għax apparti li rnexxielna nilħqu livell għola mis-sena l-ohra fil-performance u fil- punti, rnexxielna niksbu wkoll it-tieni post fin- 'knock out'. It-tim tan- nisa ta' San Ġijan ħadem aktar bħala tim flimkien mal-kowċ Dale Dowling u l-kumitat. Flimkien għandhom ħafna pjanijiet għal- futur tagħna l-plejers kif ukoll għal club. Il-pjan tiegħi dejjem kien li fin- netball nilħaq livell aktar għoli billi nitħarreġ barra minn xtutna kemm fl-Ingilterra kif ukoll fl-Awstralja. Dejjem bil-pjan li nibqa' fil-waterpolo u niksbu t-titlu ta' champions. L-isport dejjem kien parti kbira minn ħajti u nixtieq li fil-futur nibqa' dejjem nikber fih." istess ħin. Iżda mhux bdejna bil- pre season ngħid li kien tajjeb Lucretia Hili -azzjoni ma' San Ġiljan ASC Ritratt - Abby Bonello Lucretia Hili -azzjoni ma' Silverbacks

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018