Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662
Sports 29 Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 | illum Imniedi l-proġett sportiv 'National Elite Basketball' minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, ġie mniedi l-proġett sportiv 'National Elite Basketball'. Dan il-programm ġie mfassal sabiex jagħti l-opportunita' lill- plejers tal-basketball li jtejbu l-ħiliet tagħhom f 'diversi oqsma tal- logħba fosthom il- ħiliet tekniċi, l-approċċ mentali tal-logħba u jagħti ċ-ċans li jkun hemm ukoll esperjenza tal-logħba nnifisha. B'xorti ħażina ħafna mill-plejers jilħqu ċertu livell u wara jieqfu jew minħabba l-istudji tagħhom jew ma jkomplux minħabba nuqqas ta' kowċis u esperjenza internazzjonali. Pro Sports Academy (PSA) għadha kemm ingaġġat żewġ kowċis kwalifikati minn Spanja Patricia Arguello u David Baudot. Dawn ser imexxu programm ta' sentejn li jkun jinkludi disa' xhur ta' taħriġ kull sena. Bl-għajnuna tal-Universita' ta' Malta ser ikun hemm taħriġ darbtejn fil-ġimgħa bejn is-sitta u s-sebgħa u nofs ta' filgħodu. Il-PSA qed toffri diversi benefiċċji waqt dan il-programm fejn fost l-oħrajn isiru żewġ sessjonijiet ta' taħriġ ta' siegħa u nofs il- waħda, trasport lura għall-iskola tagħhom wara t-trejning, laqgħat akkademiċi darba f 'xahar li jiffukaw fuq il-psikoloġija tal-isport, Physio screening, kwestjonarju fuq CPRD u rekord tal-progress ta' kull plejer, kit ta' tmien biċċiet komplut u żewġ esperjenzi internazzjonali kull sena. Din hi l-ewwel darba li f 'Malta ser isir dan il-proġett u jekk jikseb suċċess, l-għan hu li jiżviluppawh u jifirxuh fi sport ieħor. L-objettiv ewlieni hu dak li jagħti lill-atleti Maltin iktar żvilupp tal-logħba li jkunu qed jilagħbu kif ukoll li jkollu ċ-ċans juri dak li jaf internazzjonalment. Sena impenjattiva għal Topspin Table Tennis Academy TOPSPIN Table Tennis Academy għadha kif fetħet l-istaġun tal-logħob 2018/2019; liema staġun mistenni jkun iktar impenjattiv mis-snin imgħoddija. Dan hekk kif ftit ilu, l-Akkademja organizzat l-ewwel rankingtournamenttagħha li kien fih l-ogħla numru ta' parteċipanti li qatt irreġistrat minn kemm ilha li twaqqfet. L-istudenti li pparteċipaw kienu mqassma f 'erba' kategoriji, skont il-livell u l-esperjenzali jġorru. Il- kategorija Gold, li hi l-iktar waħda avvanzata, rat lil Clayton Montanaro jegħleb lil May Zahra fil-finali, biex b'hekk irnexxielu jżomm l-ogħla pożizzjoni fil-klassifikazzjoni tal- Akkademja. Fil-kategorija Silver, iddominata minn logħba b'saħħitha, Matthew Cassar ħareġ rebbieħ fuq Matthias Ellul. Barra minn hekk, il- kategorija Bronż A ntrebħet minn Damien Navarro filwaqt li Liam Grech rebaħ il-Bronż B. Fi tmiemit-tournament, waqt il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-midalji lir- rebbieħa, il-Kowċ Edward Baldacchino stqarr li filwaqt li jinsab kuntent bil-progress ta' kull student, jixtieq li dal- progress ikompli jissaħħaħ tul is-snin. Għaldaqstant, l-Akkademja beħsiebhatibqa' tinvesti fl-istudenti tagħha hekk kif hu maħsub li, fil- jiem li ġejjin, se tilqa' kowċ ġdid barrani biex jingħaqad mat-tim tagħha. Apparti hekk, bħalissa TopspinTable Tennis Academy qed tipparteċipa b'għaxar timijiet fil-lig nazzjonali tat-table tennis li jsir kull ġimgħa f 'Tal- Qroqq. Hi qed tħabrek biex bħas-sena preċedenti, terġa' tikseb l-ewwel post f 'minn tal-inqas żewġ diviżjonijiet. Għal iktar tagħrif dwar l-Akkademja u l-attivitajiet marbutin magħha, wieħed jista' jċempel lill-Kowċ Edward Baldacchino fuq 99470278 jew inkella jżur is-sit, il-paġna tal-Facebook jew Instagram. Ringrazzjamet speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Lara Michelle Camilleri u Matthew Micallef.