Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 Aħbarijiet LAQGĦA TA' KONSULTAZZJONI MA' - SIDIEN TAL-ISPIŻERIJI - SIDIEN TAL-ĦWIENET TAL-ĦELU Bħalissa għaddej proċess ta' simplifikazzjoni tal-ispezzjonijiet ta' negozji biex jonqos il-piż amministrattiv minn fuqhom. L-ispezzjonijiet minn Dipartimenti jew Entitajiet differenti se jibdew isiru f'darba waħda biss. Għal dan il-għan se ssir laqgħa ta' konsultazzjoni ma' SIDIEN TAL-ISPIŻERIJI Nhar it-Tlieta 6 ta' Novembru 2018 fit-8.00pm u Nhar il-Ġimgħa 9 ta' Novembru 2018 fis-1.30pm Il-laqgħat ser isiru fl-Uffiċini ta' Business 1st, Cobalt House, Sular nru 2, Triq Notabile, l-Imrieħel Għal iktar informazzjoni jew biex tirriserva post, ċempel 144 SIDIEN TAL-ĦWIENET TAL-ĦELU Nhar l-Erbgħa 14 ta' Novembru 2018 fis-1.30pm 'L-aktar miżura għall-qalbi hija t-tneħħija tal- ħlasijiet għall-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC' "ILBAĠIT 2019 wera biċ- ċar li l-Gvern Laburista għandu direzzjoni fejn sejjer." L-MEP tal-Partit Laburista Miriam Dalli qalet li fl-aħħar snin Gvern Laburista ppreżenta baġits biex jissoda s-sisien ekonomiċi ta' pajjiżna u dan il-baġit qed jagħti l-għajnuna lil dawk li għandhom l-aktar bżonn. Meta kienet qed tindirizza attività fiċ-Ċentru Laburista fin-Naxxar, Miriam Dalli qalet li f 'pajjiżna għandna gruppi ta' nies li mxew ħafna 'l quddiem imma oħrajn li ma mxewx 'il quddiem bl-istess ritmu. Għalhekk li kien importanti li dan il-baġit jagħti għajnuna lill-familji u persuni vulnerabbli li għandhom l-aktar bżonn. Fost il-miżuri l-aktar soċjali f 'dan il-budget, Miriam Dalli idenitfikat iż-żieda għal darb'oħra fil- pensjoniet, aktar benefiċċji għal persuni b'diżabilita, żieda fic-children's allowance għal dawk il- ġenituri b'paga minima u għajnuna lil dawk ta' aktar minn erbgħin sena biex huma wkoll ikunu jistgħu jsiru sidien ta' djarhom. "L-aktar miżura għall-qalbi li tindirizza lill-familji u liż- żgħażagħ hija t-tneħħija tal- ħlasijiet għall-eżamijiet tas- SEC u l-MATSEC. Din hija miżura li tagħti opportunità lil kull student biex jimxi 'l quddiem irrelevanti jekk il-ġenituri tiegħu jifilħux iħallsu jew le," sostniet Miriam Dalli. "Gvern Laburista dejjem kellu għal qalbu l-edukazzjoni għal kulħadd u din il-miżura tkompli ssostni t-twemmin tal-Partit billi qed tpoġġi fil-prattika il-valuri li bħala Partit Laburista dejjem emminna fihom – li jkollna soċjetà ġusta u li kulħadd jingħata opportunità biex jirnexxi", żiedet tgħid Dr Dalli. Fid-dawl ta' dan kollu Dr Dalli saħqet li huwa importanti li naċċertaw ruħna li l-ekonomija tibqa' b'saħħitha u għalhekk rridu nkomplu nsostnu l-viżjoni tagħna għal pajjiżna. "Pajjizna jrid jibqa' jkun minn ta' quddiem nett biex jidħol f 'niċeċ ekonomiċi ġodda, qabel pajjiżi oħra," sostniet Miriam Dalli. Għalhekk li Malta trid tkompli tħares lejn niċeċ ekonomiċi godda u nsostnu dawn l-industriji, bħal pereżempju l-industrija teknoloġika inkluz il- Blockchain, Artificial Intelligence, Internet of Things u Distributed Ledger Technology, qalet Miriam Dalli. "Din hija t-triq 'il quddiem, hekk kif pajjiżna huwa l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li qiegħed jirregola u jdaħħal liġijiet li jirregolaw oqsma bhal Crypto Currencies u Blockchain," sostniet Miriam Dalli filwaqt li żiedet tgħid, "irridu wkoll inħarsu lejn industriji ġodda, b'mod partikulari teknoloġija nadifa biex naraw kif nistgħu nattiraw produzzjoni ta' teknoloġija nadifa u b'hekk inkomplu noħolqu l-ġid u nżidu l-impjiegi ta' kwalità." Waqt din l-attivita, l-MEP Miriam Dalli ddiskutiet ma' dawk preżenti diversi suggetti inkluż Brexit u r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ingilterra wara Brexit, il- kwalità tal-ħajja fin-Naxxar, l-ambjent u ż-żgħażagħ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018