Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 | illum Aħbarijiet wieħed ma jagħtix kashom iżda li huma importanti biex presepju jkun jista' jissejjaħ purament Malti. Charles Bellia beda jispjega wħud minn dawk il- karatteristiċi jew saħansitra regoli li min qed jaħdem presepju Malti għandu jżomm magħhom. Fost dawn, jekk fil-presepju se tkun inkluża mitħna, din għandha tkun b'sitt paletti, kwadrati u bit-tromba dritta u mhux qisha lembut, għax inkella tkun mitħna Olandiża. Iżda ma waqafniex hawn għax jekk se tagħmel il-mitħna Maltija, ma jagħmilx sens li tagħmel id-djar bil-kopletta fuqhom, għax dik hija karatteristika tad-djar Palestinjani. Jekk imbagħad se tagħmel id- djar Palestinjani, ma tistax tagħmel il-mitħna, għax fil-Palestina ma hemmx imtieħen, iżda l-qamħ jitħnuh bil-bhima. L-istess fejn jidħlu l-irziezet. Jekk qed tagħmel presepju Malti, ir-razzett ma għandekx tagħmlu b'ġebel tond, għax dak huwa stil Taljan. Ir-razzett Malti jrid jinbena b'ġebel rettangolari. Imbagħad, kompla jispjegalna Bellia, hemm karatteristiċi oħra li huma tipiċi Maltin, fosthom il- girna tal-ġebel li ma ssibha fl-ebda presepju ieħor. Ovvjament hemm imbagħad il-pasturi tipiċi Maltin, li x'aktarx ikunu tat-tafal u jinkludu x-xabbatur, il-mara bl-għonnella, ix-xriek (żewġ għannejja), taż-żaqq (dak li jdoqq iż-żaqq) u oħrajn. Il-presepju Malti jkun jinkludi wkoll snajja' partikolari bħal ngħidu aħna l-furnar, minflok il-pizzar li ssibu fil-presepju Taljani. Dawn kollha huma dettalji żgħar li forsi jaħarbu lil min ixammar il-kmiem biex jibni l-presepju tiegħu, iżda jibqgħu dawn il-karatteristiċi li jagħmlu l-presepju Malti dak li hu. U minn fejn oriġina l-presepju Malti? Iżda dan il-presepju Malti kif beda? Biex wieħed iwieġeb din il-mistoqsija jrid imur lura ħafna fis-snin, b'mod partikolari fi żmien il-Kavallieri. L-ewwel presepji f 'Malta kienu dawk Naplitani li kienu qed iġibuhom il- kavallieri u n-nobbli, għax il- presepju Naplitan, bil-pasturi tiegħu, minn dejjem kienu jiswew il-flus. Dawn il-presepji ma tantx qabdu f 'Malta, mhux biss għax ma tantx intgħoġbu imma għax in- nies ma kellhiex il-flus biex tixtrihom. Kien ċertu Patri Benedetto Papale, minn Caltagirone, li ġab f 'Malta l-presepju Sqalli, li l-karatteristiċi tiegħu kienu jixbhu ħafna l-kampanja Maltija. "Minn hemm, ftit ftit beda jiżviluppa l-presepju Malti. Il-Maltin riedu l-presepju tagħhom. Aħna nixtiequ ħafna li nerġgħu nqajmu l-istil tal-presepju Malti," kompla Charles Bellia. Tant hu hekk, li din is- sena, l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju qed jaħsbu biex jistiednu persuna minn barra minn Malta biex tiġi u tagħti korsijiet dwar it- teknika fil-bini tal-presepju. L-Għaqda qed tieħu ħsieb li tgħaddi ritratti tal-presepju u l-bini Malti lil din l-istess persuna biex fil-lezzjoni tagħha tgħallem lil dawk preżenti mhux biss it-teknika tal-bini ta' presepju, iżda t-teknika kif għandu jinbena l-presepju tipiku Malti. 'Sfortuna li l-presepju Malti naqas' Fil-fatt, tul l-intervista, ma' Bellia tkellimna dwar il- ħasra li xi ħaġa li hija Maltija qed tingħata l-ġenb biex bħalma jiġri f 'kollox, inkluż fil-lingwa u anke fl-ikel, jidħlu ideat u karatteristiċi barranin li ftit ftit jieħdu post dawk lokali. "Is-suq tagħna huwa żgħir. Pasturi Maltin ftit li xejn għadek issib. Xi tlieta jew erbgħa min-nies għadhom jaħdmuhom," kompla Bellia. "Għall-kuntrarju hawn varjetà kbira ta' pasturi barranin. Il-pasturi Maltin aktar qed jixtruhom it-turisti biex iżommuhom tifkira." U jekk fi żmien il- Kavallieri, il-presepju Naplitan ma tantx kien niżel tajjeb mal-Maltin, illum qed jiġri bil-kontra. Minħabba d-dehra tiegħu, il-finezza tal-pasturi u r-rikkezza tal- ħwejjeġ tagħhom, il-presepju Naplitan qed isir dejjem iżjed popolari. "Mhux qed ngħid li l-presepju Naplitan mhux sabiħ! Imma ejja ma nwarrbux il-presepju Malti." Ħajjarniek tibni presepju Malti? L-Għaqda Ħbieb tal- Presepju tiftaħ idha għal kulħadd. Kull min jitħajjar, jista' jidħol fuq il-paġna www.presepjumalta.org, fejn wieħed isib tagħrif sempliċi iżda biżżejjed biex wieħed jibni l-presepju Malti. Kif għamilna aċċenn tul din l-intervista, l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju ma tagħmilx biss wirja u l-bqija tas-sena tkun b'idejha fuq żaqqha. Għall-kuntrarju torganizza diversi attivitajiet u anke korsijiet dwar it-teknika, anke jekk bħalissa qed tfittex post fejn tkun tista' torganizza u tlaqqa' lil dawk interressati. Madanakollu, Charles Bellia insista li kull meta jkun hemm attività, l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju tirriklama u toħroġ avviżi fuq il-gazzetti u anke fuq is-sit. "L-importanti li min ikun ġej, ikun lest li jxammar il-kmiem u jħammeġ idejh," temm jgħidilna Bellia. minnu? Spiċċa fuq l-ixkaffa?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018