Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917
illum | Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 16 Opinjoni M eta tipprova tifhem dak li ntqal mill- Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa tirriżulta preokkupazzjoni waħda bażika: Malta demokrazija parlamentari? Meta tgħarbel l-opinjoni li kienet ippubblikata iktar kmieni din il-ġimgħa tasal għal konkulżjoni loġika: id-demokrazija parlamentari f 'Malta hi prattikament ineżistenti. Minflok għandna ċentraliżmu demokratiku bil- Kabinett jiddetta lill-Parlament. Dik li fuq il-karta hi l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż hi fil-fatt sudditu tal-Kabinett. Wasal iż-żmien li l-Parlament jieħu l-mazz f 'idejh. Din hi l-qalba ta' dak li għandu jkun ikkunsidrat f 'riforma kostituzzjonali massiċċa li hi meħtieġa. L-opinjoni tal-Kummissjoni Venezja teżamina diversi materji. Hi intitolata "Malta: Opinion on Constitutional Arrangements and Separation of Powers and the Independence of the Judiciary and Law Enforcement." Dan mhu xejn ġdid għalina f 'Alternattiva Demokratika. Jekk wieħed jgħarbel il- manifesti elettorali, stqarrijiet u artikli minn esponenti tal-AD tul is-snin hu ċar li l-parti l-kbira ta' dak li tgħid il-Kummissjoni Venezja ġie indirizzat minn Alternattiva Demokratika. Imma dak li qalet l-AD ġie repetutament injorat mill-klassi politika diriġenti li kontinwament injorat il-ħtieġa ta' bidla. Qatt ma kellhom rieda tajba li jindirizzaw il- poteri kolonjali tal-gvernatur li fil-parti l-kbira tagħhom għaddew għand il-Prim Ministru u rabbew l-għeruq fil- kostituzzjoni u l-liġijiet tagħna. Il-mentalità li min jirbaħ ikaxkar kollox trid tispiċċa u tinbidel f 'waħda fejn kull settur tas-soċjetà jkollu rwol fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fejn il- Parlament ma jibqax servili lejn il-Kabinett imma jkun kapaċi li jieqaf fuq saqajh u jagħti direzzjoni hu lill-Kabinett. Fl-opinjoni tiegħi, mhux korrett li jingħad li d-demokrazija f 'Malta hi pprattikata fuq il-mudell ta' Westminister. Iktar inkunu korretti jekk nirrealizzaw li l-mudell hu dak imfassal mill-Uffiċċju tal-Kolonji imma mlibbes ilbies kostituzzjonali iktar riċenti: gvernatur liebes ta' Prim Ministru. Il-problema bażika hi li l-Parlament Malti ġie kkastrat mill-PNPL. Hu Parlament ineffettiv għax m'għandux ir-rieda politika li jġiegħel lill- Gvern jagħti kont ta' għemilu: la l-Gvern tal-lum u l-anqas lil dawk li ġew qabel . Il-Kummissjoni Venezja tidħol fil-qalba tal-materja meta tipponta lejn żewġ punti fundamentali li jeħtieġ li jkunu indirizzati. Id-defiċjenza kostituzzjonali bażika f 'Malta hi li l-Prim Ministru għandu f 'idejh poteri kbar, wirt mill-gvernaturi kolonjali u f 'ħafna każi bla jedd tal-Parlament li jara x'inhu għaddej. Dan iżeblaħ dik li nirreferu għaliha bħala demokrazija parlamentari u hu l-kawża tal-problemi kollha indirizzati mill-opinjoni tal- Kummissjoni Venezja. It-tieni problema hi l-membri parlamentari servili lejn l-eżekuttiv dejjem ifaqqsu: jistennew it-tqassim mill-Prim Ministru ta' ħatriet intenzjonati biex iżommuhom okkupati u allura ma jkollhomx il-ħin biex isaqsu u jgħarblu dwar il-ħidma tal-Gvern. Dawn mhumiex problemi li ħoloqhom Joseph Muscat. Inħolqu minn ta' qablu u ġew ipperfezzjonati tul is-snin biex ikun assigurat li ħadd ma jazzarda jaħseb b'moħħ. Il-ftit eċċezzjonijiet jippruvaw ir-regola! L-aħħar tibdil sar mill- Parlament b'maġġoranza Laburista elett fl-2013 meta sar tibdil f 'diversi liġijiet biex ikun possibbli li membri parlamentari (Laburisti) jkunu jistgħu jinħatru f 'diversi karigi, bi ħlas sostanzjali. Dan jassigura li ħadd minnhom ma jiftaħ ħalqu biex ikun kritiku tal-Gvern għax kollha għandhom idhom fil-borma. Lawrence Gonzi pprattika dawn l-affarijiet, filwaqt li Joseph Muscat irfina s-sistema. L-opinjoni tal-Kummissjoni Venezja titkellem dwar bosta materji oħra ta' importanza kbira. Imma fl-opinjoni tiegħi, fl-aħħar, dak kollu li jingħad hu rifless f 'punt wieħed: it- tmexxija għandha tkun f 'idejn il-Parlament li għandu jibni demokrazija parlamentari ta' vera u jġiegħlu lill-Kabinett jagħti kont ta' għemilu kontinwament. Il-kumplament ikun il-konsegwenza loġika ta' dan. Mill-Kummissjoni Venezja: Malta demokrazija parlamentari? CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com I mmaġina tkun mill- aktar intelliġenti iżda ssib diffikultà li taqra b'faċilità jew li tispelli sew. Din hija kundizzjoni magħrufa bħala 'dislessja'. Nies bid-dislessja jsibu diffikultà biex iqabblu l-ittri li jaraw fuq il-karti mal-ħsejjes ta' dawk l-ittri stess, jew li jagħmlu sens mill-ittri meta mqiegħda flimkien. Ta' sfida wkoll, għal nies bid-dislessja, li jitgħallmu t-tieni lingwa tagħhom. Hu stmat li d-dislessja taffettwa tal-anqas 5% tal-popolazzjoni kollha tad-dinja, li jfisser li hawn mal-50 miljun Ewropew li probabbilment għandhom id-dislessja. U peress li d-dislessja ma turikx minn barra li taffettwak, huwa biss perċentwal wieħed tan-nies kollha affettwati li ġew iddijanjostikati b'din il- kundizzjoni. Hemm tendenza li n-nies jaħsbu li din il-kundizzjoni hija marbuta ma' nuqqas ta' intelliġenza. Imma r-riċerka turi li r-realtà ma tistax tkun iktar bil-maqlub. Filwaqt li nies bid-dislessja jaqraw bil-mod, b'kuntrast ma' dan, huma ħassieba akbar u nies kreattivi b'abbiltajiet qawwija ta' raġunar. Fil-fatt, nies famużi bħal Albert Einstein, Steven Spielberg u Pablo Picasso kollha kellhom id-dislessja. Dawn in-nies għamlu isem għalihom infushom, brillaw fl-oqsma tagħhom u wrew li d-dislessja m'għandhiex twaqqafhom milli jeċċellaw u jirnexxu fl- oqsma tagħhom. Il-kok ċelebri Jamie Oliver, li wkoll għandu d-dislessja, jgħid li d-dislessja saħansitra tista' tkun meqjusa bħala xorti tajba għax iġġiegħel lil min ikollu lilha li jaħseb b'mod differenti u forsi anke b'iktar kreattività. Jekk dan hux minnu jew le, il-fatt jibqa' li rnexielu jagħmel suċċess kbir! Imma ħafna oħrajn ma laqtithomx l-istess fortuna, u kellhom jgħixu ħajja diffiċli ħafna. M'hemmx dubju li d-dislessja mhux biss iġġib magħha diffikultajiet fil-proċess ta' tagħlim u edukazzjoni, imma toffri wkoll sfidi għall-iżvilupp tal-karattru ta' min ikun milqut. Hu magħruf li ġeneralment, dawk affettwati bid-dislessja jħarsu lejhom infushom b'stima baxxa u b'inqas kunfidenza minn oħrajn. In-numri juru li bejn 40% u 60% tat-tfal bid-dislessja juru sinjali ta' ansjetà, dipressjoni u nuqqas ta' attenzjoni. Dan jagħmilha aktar diffiċli biex dawn it- tfal, la jikbru jsibu xogħol. U problema ġġib lil oħra, għax dan iwassal biex dawn in-nies jitilfu d-direzzjoni u jispiċċaw fil-faqar jew xi drabi anke fil- kriminalità. L-informazzjoni li għandna quddiemna ma turiniex affarijiet sbieħ. Anzi, turina turrun problemi li jeħtieġu li jiġu indirizzati. Jien nemmen li l-Unjoni Ewropea, tista' u għandha tkun il-mezz li ttaffi ftit mill-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom dawk bid- dislessja. Filwaqt li d-dislessja mhijiex kundizzjoni li tista' twassal għall-mewt, dan ma jnaqqas xejn mill-impenn li għandu jkollna bħala politiċi sabiex nipprovdu qafas ta' appoġġ għal dawk kollha affettwati u għall-familji tagħhom. Filmkien ma' Roger Broadbent mid-Dyslexia Institute UK, fi ħdan il- Parlament Ewropew, nedejt iċ-Charter Ewropew tad- Dislessja. Din il-karta għandha l-għan li tagħti lill-persuni bid- dislessja aktar opportunitajiet biex jilħqu l-aspirazzjonijiet ta' ħajjithom u tipprovdi appoġġ lill-għalliema li jaħdmu ma' persuni bid-dislessja biex ikunu mħarrġa aħjar waqt li jingħataw aktar appoġġ huma stess, u biex tgħin lil dawk in-nies bid-dislessja biex jingħataw l-għajnuna fit-tfittxija għal xogħol u biex jilħqu l-potenzjal tagħhom meta jsibu xogħol. Rakkomandazzjoni ewlenija fiċ-Charter Ewropew tad- Dislessja hija li jkun hemm qabża 'l quddiem fis-sistemi edukattivi tagħna sabiex dawn jintegraw għodod moderni u teknoloġiċi fis-sistemi ta' tagħlim li jistgħu jgħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ jifhmu aktar ċertu kunċetti fil-qari u t-tagħlim. Hu fatt magħruf li nies bid-dislessja jsibuha aktar diffiċli li jitgħallmu minn mezzi tradizzjonali ta' tagħlim, bħal kotba u karti stampati, imma jirrispondu aħjar għall- istess materjal meta dan ikun preżentat f 'sistemi moderni bħal software u apps li jintegraw sistemi bħal 'text-to-speech' u sistemi oħra awdjoviżivi. Iċ-Charter setgħet saret grazzi biss għad-dedikazzjoni u l-kontribut bla qies offrut mill-Assoċjazzjoni Maltija tad- Dislessja (MDA) u l-ġenituri ta' studenti bid-dislessja, li magħhom u grazzi għalihom kelli l-opportunità li niddiskuti u nitgħallem dwar l-isfidi u r-realtajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom ta' kuljum persuni li jbatu bid-dislessja. Apparti ġenituri u adulti affettwati, l-MDA tilqa' fi ħdanha anke esperti f 'dan il-qasam, li flimkien mal-oħrajn, qed jagħmlu xogħol mill-aqwa biex iqajmu għarfien tant bżonjuż waqt li jipprovdu informazzjoni utli lil dawk li għandhom din il-kundizzjoni. Hu biss meta nifhmu verament id-diffikultajiet li jaffaċċjaw nies bid-dislessja, li nkunu nistgħu nwettqu l-ħolma taċ-Charter Ewropew dwar id-Dislessja: li nagħtu qafas ta' appoġġ bl-iskop li dawk affettwati jgħixu ħajja b'iktar kunfidenza u ambizzjoni. Ħajja bid-dislessja FRANCIS ZAMMIT DIMECH