Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 | illum minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew l-atleta ewlenija Maltija, Lisa Marie Bezzina kompliet tikseb suċċess inkredibbli meta rebħet in-nofs Maratona ta' Pisa fl-Italja għat-tieni sena konsekuttiva. Dan meta temmet din it-tellieqa fuq distanza ta' 21 kilometru, f 'ħin ta' siegħa, 18-il minuta punt 13. B'kollox ħadu sehem 3,000 atleta f 'din l-edizzjoni fejn fosthom kien hemm in- numru sabiħ ta' 48 atleta Malti. Lisa Marie Bezzina tatna d-dettalji kollha rigward din l-esperjenza unika fil-karriera tagħha: "Din kienet l-20 edizjoni tal- Half Marathon ġewwa Pisa. Kienet kesħa kbira. Konna 3000 atleta u 500 mara meta bdiet il-kompetizzjoni. Jien kont ninsab fit-tieni post u qabli kien hemm atleta Taljana. Din mal-ewwel ħarġet l-ewwel u jien bdejt insegwiha l-ħin kollu. Għal 12-il kilometru, ippruvajt nattakkaha u nibni vantaġġ fuqha imma kienet b'saħħitha fejn baqgħet miegħi u reġgħet għaddietni. Jien bqajt magħha t-tellieqa kollha u attakkajt fl-aħħar 400 metru fejn irnexxieli nirbaħ. Din kienet it-tieni darba li rbaħt il-Half Marathon ġewwa Pisa b'ħin ta' personal best 1.30 fejn għamilt 1.18.13. Bdejt nibki u nwerżaq bil-ferħ. L-atleta Taljana spiċċat disa' sekondi warajja, it-tielet waħda li wkoll kienet Taljana ukoll spiċċat 50 sekonda warajja. Kont ilni naħdem għalija din ir-rebħa ghal dawn l-aħħar sitt xhur u rnexxieli." Intant, fis-6 ta' Ottubru li għadda, Lisa Marie, irrapreżentat lil Malta fil- Mountain World Cup Final ġewwa s-Slovenja. Hija tatna iktar dettalji rigward din it-tellieqa wkoll. "F'din it-Tazza tad-Dinja kien hemm iċ-champion tad- dinja li hija atleta Kenjana u ħafna atheti mid-dinja kollha fostom il-Bulgarija, is- Slovenja, il-Kenja, l-Awstrija, l-Irlanda u ħafna postijiet oħra. Dil-kompetizzjoni kienet 10km 'il fuq u 'l isfel u teknika ħafna. Naħseb li kienet l-aktar kompetizzjoni iebsa li għamilt s'issa fejn kelli ġlieda kbira mal-atleta tal-Bulgarija. Għamilna t-tellieqa kollha flimkien, daqqa hi qabli u daqqa jien fuq quddiem. Bdejt nerġa' nipprova nattakaha u għall-ewwel darba irnexxieli nirbħilha b'45 sekonda u dan meta sa ġimgħatejn qabel f 'Andorra kienet għaddietni b'50 sekonda. F'din it-tellieqa jien spiċċajt mal-aqwa 11 u meta għajtuli fuq il-podju ma ridtx nemmen li kont mort daqshekk tajjeb! Madankollu fit-tim Malti kien hemm ukoll Luke Micallef, Stefan Azzopardi u Carmen Hilli li lkoll kellhom tiġrija tajba ħafna. Magħna kien hemm il-kowċ tagħna Ivan Rozhnov. Din kienet waħda mill-ikar esperjenzi sbieħ ta' ħajti. Wara dawn iż-żewġ suċċessi, minn qalbi nixtieq nirringrazzja lill-kowċ tiegħi Ivan Rozhnov li dejjem kien hemm għalija u lit-tim kollu. Inrodd ħajr ukoll lil;=ħbieb tiegħi Peter Azzopardi, Gerald Grach, Jan Farrugia, l-MAAA, SportMalta, MOC u lill-fiżjo-terapista tiegħi Milos, Stanisavljevic, lir-raġel tiegħi Chris li dejjem jagħtini sapport kbir, lil ommi u lil missieri, il-kumpanija fejn naħdem Metalform Malta, u l-isponsors kollha tiegħi li huma Hudson Malta, Techno Gym, Go Sport, Urban Jungle house of sport, Uncle Matt's kitchen, Nyoo Hamrun, Garmin Malta u Incper Fitness Center. Issa, il-preparamenti tiegħi ħa jkunu għal-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar li ħa jsiru ġewwa l-Montenegro fejn hemmhekk ħa nagħmel distanzi ta' 5000m u 10,000m." 'Meta ndunajt li rbaħt bdejt nibki u nwerżaq bil-ferħ' - Lisa Marie Bezzina ħajr ukoll lil;=ħbieb tiegħi Incper Fitness Center. hemmhekk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018