Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 'Lest li nagħmel minn kollox biex inħalli impatt' - Lydon 'Beqqu' Chircop minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, il- boxer ewlieni Malti, Lydon 'Beqqu' Chircop kiseb rebħa ferm importanti fil-karriera illustri tiegħu fil-boxing. Huwa tana iktar dettalji: "Din ir-rebħa kienet tfisser ħafna għalija kont ilni nistenna li tasal din il-ġlieda għas-sempliċi raġuni li kienet l-ewwel ġlieda tiegħi bħala boxer professjonali. Suppost din il-ġlieda kellha tkun ftit tax-xhur ilu, pero' minħabba l-injury li sofrejt spiċċajt kelli nipposponi l-Pro debut tiegħi. Kont ħadtha naqra bi kbira għax din l-injury sofrejtha ġimgħa biss qabel il-ġlieda! Għal din il-ġlieda ridt inkun f 'kundizzjoni fiżika u mentali li qatt ma kont fiha u ridt inkun ippreparat għal kollox. Ridt nagħti risposta u l-ewwel ġlieda bħala professjonali rbaħtha b' knockout, li ġie fl-ewwel rawnd tal-ġlieda. Minħabba li din kienet l-ewwel ġlieda tiegħi bħala boxer professjonali, żidt it-taħriġ tiegħi f 'dan it-training camp. Kont naf li ser inkun qiegħed inħabbat wiċċi ma' ġellieda ta' livell ieħor, allura ma ridtx nieħu ċans. Apparti t-tibdil fit-taħriġ tiegħi, kelli wkoll inbiddel ftit id-dieta tiegħi, fejn kelli noqgħod ħafna attent x'niekol sabiex ninżel għall-piż neċessarju, imma xorta waħda nibqa b'saħħti. L-2019 ser tkun sena kbira, b'ħafna taħriġ u dedikazzjoni. Qiegħed nippjana li niġġieled minn tal-inqas tliet darbiet matul is sena. Flimkien mal- kowċis tiegħi, qegħdin naraw kif ser inqassmu sew it-trejning u anki d-dieta sabiex jien dejjem inkun lest u ppreparat għal meta tiġi l-ġlieda. L-2018 ma kinitx xi sena daqshekk tajba, fejn sofrejt minn injuries li tefgħuni lura, imma li issa qlibt il-folja għal-livell ta' boxer professjonali, ninsab lest li nagħmel minn kollox sabiex nagħmel impatt fil- kategorija tiegħi!" illum Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 minn kollox biex ġellieda ta' livell ieħor, allura ma ridtx nieħu ċans. Apparti kbira, b'ħafna taħriġ u dedikazzjoni. Qiegħed tiġi l-ġlieda. L-2018 ma kinitx xi sena Charlton Debono u Josann Attard Pulis jiddominaw il-House of Sport Valletta 10k Road Race minn Cristian Antony Muscat CHARLTON Debono, l-atleta Għawdxi, għal darb'oħra wera l-qawwa tiegħu meta hu reġa' rebaħ il-House of Sport 10k Valletta Series li saret is-Sibt li għadda. Debono, witta il-pass mill-bidu nett iżda warajħ kellu lil Dillon Cassar li determinat li jżomm ma Debono.. Id-duo żamm dan il-pass sal-ewwel ħames kilometri. Hekk kif waslu ħdejn Kastilja, Debono wera l-esperjenza tiegħu meta beda jwessa d-distakk fuq Cassar biex jirbaħ it-tellieqa f 'ħin ta' 32 minuta 25 sekonda, titjib ta' aktar minn minuta mis- sena preċedenti. Cassar daħal 58 sekonda wara Debono. Madankollu, Cassar, li ilu jikkompeti għal ftit ikar min sena kiseb ħin aħjar, fuq is-sena l-oħra, b' kważi differenza ta'ħames minuti. Fit-tielet post daħal Matthew Scicluna b'ħin ta '34 minuta 42 sekonda. Fil-bidu tat-tellieqa, Josann Attard Pulis kienet determinata li tikseb ħin ta' 38 minuta. Attard Pulis rrnexxila, u tejbet il-ħin tas-sena l-oħra b'kwai żewġ minuti. Il-pass ta 'Attard Pulis rata tispiċċa b'distakk komdu. Fit-tieni post daħlet Marica Micallef b'ħin ta' 42 minuta 51 sekonda. Din kienet l-ewwel parteċipazzjoni ta' Micallef f 'din it-tellieqa. Fit-tielet post daħlet Jolene Debattista li rreġistrat ħin ta '44 minuta 51 sekonda. Debattista hija parteċipanta regolari fis- serje ta 'House of Sport 10k u din is-sena rreġistrat ukoll titjib fil-ħin tagħha. "Jekk il-livell ta 'diffikultà tar-rotta tal-Belt jista' jitqies bħala wieħed iebes minħabba l-għoljiet li fiha r-rotta, il- xenarju mill-isbaħ li hemm tul il-korsa żgur tagħmel tajjeb għall-isfida li toffri din ir-rotta. Kull sena din it-tellieqa tinbieħ kollha! "ikkummenta Charles Demanuele, Direttur tat-tellieqa L-edizzjoni li jmiss tas-Serje 10k tal-House of Sport se ssir fit-Tliet Ibliet, il-Ħadd 13 ta' Jannar 2019.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018