Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 mbagħad ikollok tagħmel il-kuraġġ. Agħmlu kuraġġ! Jien għall-bidu ma ridtx nismagħha. Min jgħidli biex nagħmel kuraġġ kont ngħid li qed jgħid hekk għax mhux qiegħed fuqu. Iżda llum nemmen li l-kuraġġ kollox," weġbitna Joeline. 'Kieku ma kienx għal MCCFF Kendra forsi mhux imfejqa' Kendra telgħet l-Ingilterra, għamlet l-operazzjoni u rċeviet il- kura li kien hemm bżonn, bis-saħħa u bl-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund Foundation. Joeline spjegat li ż-żmien meta Kendra kellha tirċievi l-kura, kien wieħed diffiċli ħafna għall-familja tagħha, anke għax kienu jiddependu minn paga waħda u inzertaw kienu qed jirranġaw id-dar. "Jiena kont ngħid kif jista' jkun jgħinu lil dawn in-nies kollha! Imma kif tmur tkellimhom se ssib ħafna nies jgħinuk," saħqet Joeline. U kieku kellha tgħidilhom kelma waħda xi tkun? "Grazzi ħafna! Kieku ma kontux intom, illum il- ġurnata Kendra abbli mhix imfejqa." Fil-fatt, Kendra se tkun waħda mill-protagonisti tal-maratona ġbir ta' fondi: L-Istrina 2018, li bħas- snin li għaddew se ssir l-għada tal-Milied, fis-26 ta' Diċembru. Dakinhar, kun int ukoll parti mill-Istrina li tibda tixxandar f 'nofsinhar u tibqa' għaddejja sa nofsillejl. Bl-għajnuna tiegħek, tfal u persuni oħra bħal Kendra jkunu jistgħu jirċievu l-għajnuna u min jaf, forsi bħal Kendra, ifiequ wkoll. Intant, jekk trid tgħin lill- Malta Community Chest Fund Foundation, kemm bid-donazzjoni tiegħek, jew inkella billi tissieħeb bħala volontier jew tgħaddi s-suġġerimenti tiegħek, tista' żżur is-sit www.mccff. org.mt. Tista' wkoll tibgħat email fuq mccf@gov.mt jew iċċempel fuq 79010900 jew 21226226. Għal aktar tagħrif tista' żżur ukoll il-paġna ta' Facebook MCCFFmalta jew inkella l-Istrina. Intervista Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 | illum telgħet 10 darbiet l-Ingilterra' Ta' tliet snin, kapaċi taqla' waħedha l-prostesi ta' għajnejha u taħsilha. Jien ma kellix kuraġġ! Hi għamlitli l-kuraġġ kollu " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018