Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 17 Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 | illum Opinjoni I l-fiduċja hija l-iktar ħaġa importanti fil-politika. Abbażi tagħha n-nies jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom u abbażi tagħha tikber l-ekonomija. Ftit tas-sigħat ilu ħareġ studju tal-Ewrobarometru tal-ħarifa li tana riżultati pożittivi ferm fejn tidħol il- fiduċja tal-poplu fil-Gvern u fl-istituzzjonijiet ta' pajjiżna. L-ewwel ħaġa li toħroġ b'mod ċar meta tara dan l-istudju hu li l-Malti huwa l-aktar poplu li għandu fiduċja fil-Gvern fost il- pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Għal darb'oħra ċertifikat b'saħħtu favur it- tmexxija ta' Joseph Muscat. Fil-fatt waqt li l-medja Ewropea marbuta mal- fiduċja tal-Gvern hija dik ta' 35%, dik Maltija hija ta' 63%. Ir-rapport juri wkoll li dawk li għandhom fiduċja fil-Gvern żdiedu bi 12% meta mqabbel mal-istħarriġ li sar fir-rebbiegħa li hija qabża kbira u b'saħħitha. Ir-rapport innota wkoll kif 95% tal-Maltin qed jgħidu li l-ekonomija ta' pajjiżna tinsab miexja fit-triq it- tajba. Dan ir-riżultat ferm pożittiv poġġa lil pajjiżna fil- quċċata tal-istatistika - għal darb'oħra l-aqwa fl-Ewropa. Il-Greċja tikklassifika fl- aħħar post b'6% Il-ħidma tal-Gvern fit- tisħiħ tal-istituzzjonijiet indipendenti rat żieda wkoll fil-fiduċja fil-konfront tal- istituzzjonijiet ta' pajjiżna. Dan minkejja qawwa ta' attakk bla preċedent mill- Partit Nazzjonalista u l-fazzjoni ta' Simon Busuttil fil-kritika feroċi tagħhom lejn dawn istituzzjonijiet tant importanti għal pajjiżna. Kuntent ħafna, pereżempju, li l-Korp tal-Pulizija ra żieda ta' 15% fil-fiduċja meta mqabbel mar-rapport preċedenti. Forsi iktar importanti hi li s-sistema ġudizzjarja wkoll rat żieda notevoli ta' 9% fil-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi. Aħbar li turi li d-deċiżjonijiet li ħa u li qed jieħu l-Gvern fl-aħħar xhur qed jagħtu r-riżultati. Joħroġ ukoll kif 86% tal-Maltin għandhom fiduċja fl-amministrazzjoni pubblika, 18% aktar mill- medja Ewropea. Filwaqt li 26% tal-Maltin qed iħossu li s-sitwazzjoni finanzjarja fid- dar tagħhom hija tajba. Malta kisbet ukoll rati tajbin ħafna fis-settur tal-impjiegi b' 94% jgħidu li sejrin tajjeb fl-impjieg tagħhom. Insomma aħbarijiet pożittivi ferm li jimlewna b'kuraġġ għas-sena li ġejja. *** Kemm ħadt gost inżur il- villaġġ tal-Milied li ħejjew il- ħbieb tagħna tal-Fondazzjoni Inspire f 'Marsaskala. Jien għandi l-isbaħ opinjoni tal-Inspire. Ix-xogħol li jagħmlu hu wieħed enormi u l-ġid li joħroġ inkalkolabbli. Il-villaġġ tal-Milied fil- park tal-Inspire hu verament sabiħ. Fetaħ ilbieraħ u se jkompli jkun miftuħ sat-3 ta' Jannar. Inħeġġeġ lill-familji jżuruh u b'hekk ikunu wkoll qed jgħinu lill-Inspire. Ħaqqhom kull tifħir. *** Bl-istess mod ħaqqhom kull tifħir il-ħbieb tagħna ta' TeatruMalta li din is-sena tellgħu panto... fid-dlam! F'din il-panto, li qed issir l-Esplora, l-udjenza tkun ġo kamra fid-dlam u tista' tuża biss is-sens ta' smiegħ. Min attenda l-provi finali baqa' impressjonat. Naturalment min irid jagħmel analiżi kritika tal-isforz artistiku bilfors irid jaċċenna għas-saff ta' referenza li qed issir għal min f 'pajjiżna huwa bla dawl. Din il-reċta hija wkoll turija kbira ta' solidarjetà lejn min huwa bla dawl f 'pajjiżna. Verament mod ta' kif bil- kultura tagħmel differenza! *** Nawgura lill-editur, ħaddiema u qarrejja tal-Illum u l-familji tagħhom, Milied mill-isbaħ. Il-fiduċja Il-Malti huwa l-aktar poplu li għandu fiduċja fil-Gvern fost il- pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea OWEN BONNICI Ir-rapport juri wkoll li dawk li għandhom fiduċja fil-Gvern żdiedu bi 12%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018