Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 18 Opinjoni W aqt xi sfida fil-ħajja, l-akbar tendenza fija u fik hija li nfittxu l-kawża tagħha barra minnha. L-isfidi jinsabu kullimkien, fuq ix- xogħol, fis-soċjetà, fl-istat, fil-familji, fir-relazzjonijiet u anki saħansitra fina nfusna. Madanakollu nippruvaw nikkonvinċu lilna nfusna li l-isfida jew aħjar il-problema tinsab fis-sitwazzjoni jew fis- sistema u mhux fina. Allura s-soluzzjoni jew rimedju nfittxuhom 'il barra minna. Ninsew bosta drabi li minn ġo fina jibdew l-affarijiet u li fl-aħħar mill-aħħar aħna rridu ninbidlu l-ewwel, kemm fl-attitudni u aktar u aktar fl-imġiba tagħna. Meta tkun fil-qalba tal- isfida, mhuwiex faċli tifhem artiklu bħal dan, għax hija naturali li tiffoka fuq il- problema u mhux fuq il-mod ta' kif qed taħseb jew minn fejn ġibt dan il-ħsieb. Aktar ma tirreagixxi aktar tiftaħ kanuni u aktar titbiegħed mir-raġuni. L-atitudni, l-imġiba u l-valuri jsawruna bħala bnedmin. Sfortunatament mhux dejjem nifhmu dan l-argument li bdejt bih f ' din l-introduzzjoni u allura tibda tħoss li int m'intix ta' did- dinja, jew aħjar li kulħadd jobogħdok jew kulħadd jgħir għalik. Paranoja. Tensjoni kullimkien... minn xħin tirfes l-għatba tad-dar sal-post tax- xogħol fejn taħdem u anki saħansitra jekk tiffrekwenta xi post tad-divertiment. Ma tindunax li l-gaġġa hija int. Mill-banda l-oħra rrid ukoll inġib quddiem għajnejja li hawn bnedmin li huma aktar sensittivi minn oħrajn, allura t-tbatija ta' dawn tkun aktar fonda u jgħidulek li għaddew minn esperjenza diffiċli u iebsa bħal ferita li ma tagħlaq qatt. Nifhimhom ... iżda tibqa' mwaħħal jekk ma taħdimx fuq l-emozzjonijiet tiegħek. F'dawn iż-żminijiet min għaddej minn dawn it-tipi ta' sfidi , iħoss aktar dawn is-sentimenti. L-agħar sentiment huwa dak tal- abbandun, li tħoss ruħek waħdek, li tħossok imwarrab. Id-dixxerniment tiegħek għandu jkun f 'dan il-mument, fil-ħin opportun biex tidħol fik innifsek, taħseb, twieġeb, tfittex jekk hemm bżonn professjonisti sabiex tibda s-sena bit-tajjeb u tinvesti fik innifsek. Idħol fik innifsek u nnota li r-relazzjonijiet tiegħek mhumiex b'saħħithom, iżda dgħajfa, morda anzi ġa mejtin. U allura nifhem lil min ikun għaddej minn Triq ir-Repubblika u jara żejjed id-dwal u l-mużika għaddejja. Nifhem lil min jirrabbja jara lil kulħadd jonfoq il-flus u jixtri r-rigali għal bnedmin tal-qalb. Nifhem li tweġġa', speċjalment jekk għadek kif għaddejt minn mument xejn faċli fil-ħajja, bħal mewt ta' xi ħadd għażiż jew xi separazzjoni minn dak li kien ibus il-passi li tgħaddi minnhom. Jiġini f 'moħħi missier imwarrab saħansitra minn uliedu. Tiġini f ' moħħi dik il-mara li żewġha telaq ma' waħda barranija ħafna iżgħar fl-età. Għidli int, x'jibqa' fik meta f 'dawn iż-żminijiet tisma' xi diska sentimentali jew xi frażijiet bħal "All I want for Christmas is you". Mill-banda l-oħra, hemm oħrajn li bħal donnu f ' dawn iż-żminijiet jinsew il-passat u bħal donnu qisu qatt ma ġara xejn ... imbagħad malli jgħaddu l-festi jerġgħu għal li kienu. Veru li kull persuna hija unika u għandha l-karattru individwali tagħha. Il-ħajja tiegħi u tiegħek tkun aktar faċli billi taċċetta lil kulħadd kif inhu u mhux kif irridha tkun jien. Fil- ħajja rridu nikbru fis-sens ta' responsabbilità lejn xulxin u fir-rispett ta' libertà lejn l-oħrajn. Ma narawx dejjem l-ikrah tal-ħajja, imma napprezzaw it-tajjeb u s-sabiħ fl-oħrajn. Ma ninsewx li wara kull wiċċ, kulħadd għandu xi tip ta' storja x'jirrakkonta. Tensjoni kontinwa tiġi meta tfittex l-irqaqat. Għaddej minn xiex għaddej, programma moħħok u ħares lejn il-ħajja b'ottimiżmu. Ħares lejn is-sena li riesqa b'entużjażmu u għid lilek innifsek li the best is yet to come! L-emozzjoni sentimentali taf tfarrkek. Naħseb il- maġġoranza tal-bnedmin fid-dinja għaddew minn din it-tip ta' emozzjoni ... Xi wħud jaqtgħu jdejhom u ma jridux jgħaddu minn din it-tip ta' esperjenza. Mhijiex faċli, iżda aħjar tkun ħabbejt u b'hekk tissogra li xi darba tinfired minn dak li tħobb, milli ma tkun ħabbejt qatt. Jgħaddi ż-żmien u ttini raġun! Jgħaddi ż-żmien u tinduna kemm kbirt, wara li tkun missejt il-qiegħ bla qiegħ u sfortunatament ikunu għaffġu minn fuqek. Jgħaddi ż-żmien u tibda faċilment tifhem lil dawk li jiftħu qalbek miegħek. Jgħaddi ż-żmien u tibda tfittex lil dawk li ssammru bħalek u tkissru. Tarahom aktar maturi u kull kelma li jgħidu, takkwista minjiera ta' għerf. All I want for Christmas is you Għaddej minn xiex għaddej, programma moħħok u ħares lejn il-ħajja b'ottimiżmu. Ħares lejn is-sena li riesqa b'entużjażmu u għid lilek innifsek li the best is yet to come! Id-dixxerniment tiegħek għandu jkun f 'dan il-mument, fil-ħin opportun biex tidħol fik innifsek, taħseb, twieġeb, tfittex jekk hemm bżonn professjonisti sabiex tibda s-sena bit-tajjeb u tinvesti fik innifsek IVAN BARTOLO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018