Illum previous editions

ILLUM 23 December 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, Valletta rkupraw il- logħba nieqsa li kellhom fil-kampjonat, minħabba l-impenji li kellhom fil- UEFA Futsal Champions League, meta għelbu lit- tim ta' taħt il-21 sena ta' Swieqi United bl-iskor ta' 10-1. B'hekk il-Beltin telgħu waħedhom fil-quċċata b'27 punt segwiti minn Luxol li għandhom 24, Swieqi United 21, Birkirkara 18, it-tim tal-Istudenti tal-Università ta' Malta 15 u Tarxien Rainbows 12-il punti. Imbagħad insibu lil Pietà Hotspurs li għandhom disa' punti segwiti mill-UM Futsal Academy, it-tim ta' taħt il- 21 sena ta' Swieqi United u t-tim ta' taħt id-19-il sena ta' Luxol li għandhom tliet punti. Il-kowċ ferm ħabrieki u bravu ta' Valletta FC Futsal Xavier Saliba tana iktar dettalji: "Wara li bdejna l-istaġun fuq nota pożittiva fl- Ewropa u rbaħna s super cup wara kien imiss li nibdew id-difiza tat-titlu li rbaħna s-sena l-oħra u prattikament ma stajniex nibdew id-difiża tat-titlu b'mod aħjar hekk kif irbaħna l-logħob kollu tal-ewwel rawnd biex b'hekk għalaqna l-ewwel rawnd b'disa' rebħiet minn daqstant logħbiet b'27 punt - tliet punti vantaġġ fuq Luxol. Din hija ħaġa li għamilna anke s-sena l-oħra fejn l-istess konna għalaqna l- ewwel rawnd b'punti massimi. Ovvjament ħaqqhom kull tifhir il- plejers u l-istaff kollu għal dan. L-isbaħ logħba ta' dan ir-rawnd kienet dik kontra Luxol fejn wara biss erba' minuti konna diġà 3-0 minn taħt biex imbagħad ħareġ il- karattru ta' kull wiehed minna u rnexxielna ndawru l-iskor favurina u rbaħna l-partita bl- iskor ta 4-3. Biss però, dan ma jfisser xejn għax xejn m'għadu mirbuħ u issa ħa tibda l-fażi kruċjali tal-kampjonat fejn l-ewwel sitta ninqasmu għalina fl-elite round u nilagħbu żewġ rawnds kontra xulxin għal total ta' 10 logħbiet kull tim biex l-ewwel tnejn biss jilagħbu l-finali tar-rebħ tal-kampjonat. Dan minħabba l-fatt li għal din is-sena nqatgħu l-play-offs tal-ewwel erba' timijiet imma huma l-ewwel tnejn biss u jilagħbu finali best out of 5 (min jirbaħ 3 jsir champion). Aħna bdejna l-impenji tagħna nhar it-Tlieta li għadda kontra Tarxien u bħalissa ninsabu fil-waqfa tal-Milied. Ovvjament, l-objettiv tagħna huwa dak li nilagħbu l-finali imma biex dan iseħħ, irridu nkomplu naħdmu bl- umiltà kollha u nibqgħu b'saqajna mal-art. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq nawgura l-festi t-tajba lil kulħadd!" illum Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 "Irridu nkomplu naħdmu bl-umiltà kollha u nibqgħu b'saqajna mal-art" - Xavier Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 December 2018