Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1065917
9 Aħbarijiet Il-Ħadd 23 ta' Diċembru 2018 | illum L-isbaħ 10 għanjiet tal-Milied bil-Malti Id-diski tal-Milied għandhom ġeneru għalihom, huma parti integrali minn dak li nsejħulu l-ispirtu tal-Milied. L-ILLUM tat ħarsa lejn ir-repartwarju ta' mużika bl-ilsien Malti tal-Milied fi lwaqt li ġabret u kklassifi kat f 'lista l-aqwa 10 għanjiet tal-Milied bil-Malti. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter ILMILIED jinsab verament fuq l-għatba tagħna hekk kif propju jumejn oħra nkunu qegħdin niċċelebraw it-twelid ta' sidna Ġesù Kristu. Madankollu jista' jagħti l-każ li għal xi raġuni jew oħra inti għadek ma dħaltx fl-ispirtu tal-Milied, għalhekk l-ILLUM ħejjiet lista tal-aqwa 10 għanjniet jew kanzunetti (skont l-ILLUM) tal-Milied bil- Malti propju bl-għan li ġġiegħlek tisma' xi waħda minnhom u b'hekk tħalli ġo fik xrara ta' mħabba lejn din il-ġurnata tant speċjali. (Nota: Għal dan l-eżerċizzju ma ġewx ikkunsidrati d-diski tradizzjonali li huma interpretati b'lingwi oħra). L-Ewwel Milied Fr Karm Debattista Fl-għaxar post nsibu diska ta' Fr Karm Debattista. Silta mużikali li tpoġġina lura fil-ġurnata tat-twelid tal-Bambin Ġesù, propju mill-perspettiva ta' persuna li esperjenzat l-ewwel sigħat tal-Bambin f 'dak l-għar fqir ġewwa Betlem. Alla Jberikna Federica & Ludwig Kanzunetta meħuda mill-Album, 'Ħelu Bambin tal-Milied' li jiġi prodott ta' kull sena b'risq id-dar tal-Providenza. F'din is-silta partikolari jispikkaw l-ilħna distinti taż-żagħżugħa Federica Falzon kif ukoll tal-kantant Ludwig Galea. Kliem ta' Fr George Ocar Buttigieg u mużika ta' Alan Silvestri u Glen Ballard. Milied ta' Tama Artisti Varji Hawnhekk insibu kanzunetta li ta' kull sena terġa' tiġi interpretata minn diversi kantanti prominenti f 'Malta, dan bħala parti mill- programm tal-Istrina. Silta mużikali li toħloq paragun bejn it-twelid ta' Ġesù u ż-żminijiet u diffikultajiet tal-lum il-ġurnata. Kliem ta' Joe Azzopardi u mużika ta' Philip Vella. Ġej il-Milied Kor ta' Phyllisienne Brincat Diska relattivament moderna li diffiċli ma tqanqallekx ferħ. L-ilħna tal-kor tat-tfal ta' Phyllisienne Brincat jikkumplemtaw il-lirika ta' antiċipazzjoni apparti li tinkludi wkoll biċċa 'rap'. Allura ċertament li ħaqqha post fil-lista tal-ILLUM. Kliem u mużika ta' Michael Piscopo, arranġament mużikali ta' Phyllisienne Brincat. Tini Tini Żmien il-Milied X-Tend Waħda miż-żewġ siltiet mużikali li għandna mill- grupp X-Tend fuq il-lista tagħna. Lirika verament mill-isbaħ li jirnexxilha tiġbor fiha s-sentimenti kollha assoċjati mal-Milied. Ħarġet l-ewwel darba fis- sena 1988 u fl-2018 żgur li hi silta denja għal-lista tagħna. Bambin Iswed David Azzopardi Tibda b'erba' daqqiet vjolin li jippreparaw għal-leħen paċifiku ta' David Azzopardi. Oriġinarjament miktuba fis- snin 70 però għad għandha revelanza kbira għall-illum il-ġurnata. 'Bambin Iswed' ċertament li hi waħda mill- aktar siltiet mużikali Maltin tal-Milied popolari. Kliem u mużika ta' David Azzopardi. Ħelu Bambin Chiara Siracusa u Ludwig Galea Għanja ħelwa tal-Milied li faċilment tqabiżżlek demgħa. L-ilħna komplimentari ta' Chiara u Ludwig bil-kisra partikolari u verament fenomenali fl-ilħna tagħhom jagħtu interpretazzjoni partikolari lis-silta mużikali. Kliem ta' Fr George Ocar Buttigieg u mużika ta' Andrew Zammit. Christmas Father (Ġibli Pupa) X-Tend "Christmas father ġibli pupa, Christmas father ġib suldat Christmas father ejja ħdejja Nkun qed nistenniek sa tard." It-tieni diska tal-grupp mużikali X-Tend fuq il-lista tal-ILLUM. Ħarġet fl-1991, diska ferrieħa u żgur mhux forsi tqanqal nostalġija. Apparti li tismagħha darba u daqshekk, għid li f 'xi ħin fil- ġurnata se tirrepeti l-korus popolarisimu tagħha. Avolja wieħed jista' jgħid li f '27 sena żgur mhux forsi li t-talbiet li jirċievi Santa Klaws inbidlu. Ninu Ninu tal- Milied Awtur mhux magħruf "Ninu Ninu tal-Milied, Ommi għamlet il-qagħqiet, Il-qagħqiet tal-qastanija, Santu Rokku tat-tiġrija." Għanja oħra folkloristika fuq il-lista tal-ILLUM. Ċertament li din hi silta mużikali oħra li xbajna nisimgħu però dejjem tqanqal ġewwa fina sentimenti sbieħ forsi anke dawk li jfakkruna fi żmien aktar sempliċi meta ta' kull sena nkunu għaddejjin qatta' bla ħabel biex intellgħu xi produzzjoni tal-Milied fl-iskola primarja. F'dan l-eżerċizzju l-ILLUM ippruvat tiskorpi min kiteb din l-għanja però, skont Fr George Ocar Buttigieg, din hi kantaliena li ġejja mill- Italja mxerrda popolarment fil-Knijsa Katttolika, u għalhekk waslet f 'Malta fl-ibgħad żminijiet, u minn hemm inxterdet ma' Malta kollha." Ninni La Tibkix Iżjed Patri Ġiżwita Indri Schembri "Ninni la tibkix iżjed Ninni Ġesù Bambin Ħallih għalina l-biki Għax aħna midinbin." Ikonika. Klassika. Silta li żgur kull wieħed u waħda minna l-Maltin f 'xi punt smajna jew anke kantajna. Għanja li nkitbet fl-1846 minn Patri Ġiżwita Indrì Schembri meta dan kien l-Alġerija. Skont l-istoriċi, Schembri kien kiteb din id- diska għal dawk il-Maltin li kienu emigraw lejn l-Afrika ta' Fuq. Ċertament li ħaqqha l-ewwel post fil-lista tagħna, mhux biss minħabba l-fatt li rnexxielha ssalva 172 sena ta' taqlib mużikali, iżda wkoll għaliex hi parti strumentali mill-Milied Malti. X-Tend X-Tend 10 9 8 7 6 5 4 3 2 1