Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 | illum Wayne Hewitt: 'Qatt ma kien hawn produzzjoni ta' kwalità daqs din ta' X Factor Malta f 'dawn l-aħħar 40 sena' M'iniex wieħed li s-soltu nsegwi programmi Maltin, ħlief dawk politiċi. Però rajt wieħed mill-ewwel programmi ta' X Factor Malta u sammarni. Għall-bidu kont xettiku mill-kwalità tal-ġurija, għax għalkemm stabbiliti fix-xena mużikali, ħadd minnhom m'għandu xi kwalifiki partikolari biex jiġġudika. Però iktar ma beda jipprogressa l-programm, bdejt ninnota t-talent li beda jiġi skopert u naħseb li X Factor Malta se jikkontribwixxi biex jagħmel bidla ġenerazzjonali għall-aħjar fix-xena mużikali Maltija. Impressjonat ukoll bil-kwalità tal-produzzjoni, u nista' ngħid li qatt ma kien hawn produzzjoni ta' kwalita daqs din tal-X Factor Malta, kemm ili nosserva x-xena tal-midja lokali f 'dawn l-aħħar 40 sena. Kieku ma kienx għal X Factor Malta, tfajliet żgħażagħ ta' talent kbir bħal Michela Pace u Nicole Frendo ma kienu qatt jingħataw ċans li jiskopru t-talent tagħhom fuq pjattaforma Nazzjonali. Apparti hekk, il-ġudizzju, taqbel jew ma taqbilx miegħu, sar b'mod mill-iktar trasparenti. Żgur avvanz enormi mill-Malta Song for Europe li kien laħaq il-quċċata tiegħu u beda jsir monotonu u mhux trasparenti. X Factor Malta ħoloq entużjażmu ġdid fl-udjenzi tax-xena mużikali lokali. Elaine Zahra: 'Ma naqbilx li min se jirbaħ se jirrappreżenta lil Malta fil- Eurovision' X Factor Malta għoġobni ħafna. Huwa programm mimli ħajja u jagħti opportunitajiet ġodda lill- artisti li qatt ma dehru fix- xena mużikali Maltija. Ma naqbilx mal-fatt li min se jirbaħ se jirrappreżentana fil-Eurovision għax naħseb li se nħossu n-nuqqas tal-Malta Song Festival u l-eċitament li jġib miegħu. Għaldaqstant xorta se nerġa' narah għax huwa wieħed mill-isbaħ programmi televiżivi lokali. Steve Compagno: 'qegħdin nifgaw l-ikbar spazju fejn kompożituri u awturi Maltin jistgħu juru t-talent tagħhom' Fl-opinjoni tiegħi, il-produzzjoni ta' X Factor Malta kienet ta' livell għoli ħafna. Nemmen ukoll illi kien ta' opportunità għal dawk il-kantanti illi huma promettenti iżda illi għadhom qatt ma ngħataw iċ-ċans li 'jsemmgħu leħinhom'. U dan jawgura tajjeb għal kantanti ġodda illi, bħalma nafu, il-promozzjoni għalihom tirrekjedi finanzi mhux ħazin – recordings, spots pubbliċitarji, PR, marketing u anke vidjow muzikali. Li kieku kelli nieħu deċiżjoni però, l-X Factor tas-sena d-dieħla, ma nużahx bħala metodu sabiex tintgħażel il-kanzunetta li ser tirrappreżentana fil-Eurovision Song Contest. Ir-raġuni wara dan il-ħsieb hu li aħna l-Maltin nagħżlu l-kanzunetta li togħġobna aktar milli nagħżlu l-kantant. Però filwaqt illi ninsab pożittiv illi billi nużaw metodi ġodda bħalma huma l-X Factor għall-ESC, inħoss illi filwaqt illi qegħdin nagħtu opportunità lil kantanti ġodda – u hekk għandu jkun, qegħdin nifgaw l-ikbar spazju fejn kompożituri u awturi Maltin jistgħu juru t-talent tagħhom jekk aħna nibqgħu nużaw l-X Factor bhala metodu għall-ESC. Però hemm soluzzjoni. Kienet tkun xi ħaġa interessanti li kieku konna nużaw l-X Factor sabiex jintgħażlu l-aqwa tlieta jew erba' kantanti u dawn awtomatikament jingħatalhom post fil-finali tal-Malta Song Festival għall- Eurovision, b'kanzunetta oriġinali kull wieħed. B'hekk tkun qiegħed toħloq bilanċ tajjeb. Però, kollox ma' kollox, apparti xi mumenti fejn il- ġurija tal-X Factor għamlu għażliet kalkolattivi aktar milli ġenwini meta għażlu li jaqilgħu kantanti li kien jixirqilhom ma jiġux eliminati, nemmen illi kienet esperjenza sabiħa ħafna. Roderick Schembri: 'Jalla jibqa' jsir, sena wara oħra' Nemmen li l-X Factor Malta kien xi ħaġa ta' suċċess li minnu nemmen li ħareġ ħafna talent ġdid. U f 'Ottubru iva, jien se nerġa' narah il-programm. U jalla jibqa' jsir u jerġa' jsir, sena wara oħra. Andrew Borg Carbott: 'Ma naħsibx li kienet l-aktar ġurija professjonali' X Factor Malta bla dubju laħaq livelli kbar ta' professjonalità f 'dak li jirrigwarda x-xandir lokali; mill- produzzjoni televiziva sa anke spettakli live. Nista' ngħid li għoġobni l-aktar għall-fatt li minn dari ltqajt ma' artisti ġodda li qas biss kont naf li għandna f 'Malta. Iva, se nerġa' narah f 'Ottubru. Għaldaqstant ikolli ngħid illi naħseb li l-iktar ħaġa li dejqitni kienet il-ġurija. Ma naħsibx li kienet l-aktar ġurija professjonali, u le, m'iniex qed nitkellem fuq Alex u l-kontroversja li ġabet magħha. Jien nemmen li kemm il-kummenti tajbin imma anke l-kritika kellha tkun aktar kostruttiva u li tagħmel aktar sens. tobogħdu, kulħadd jitkellem dwaru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019